Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0278

    Kawża T-278/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Diċembru 2014 – Inter-Union Technohandel vs UASI – Gumersport Mediterranea de Distribuciones (PROFLEX) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROFLEX — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PROFEX — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

    ĠU C 34, 2.2.2015, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 34/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Inter-Union Technohandel vs UASI – Gumersport Mediterranea de Distribuciones (PROFLEX)

    (Kawża T-278/12) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROFLEX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PROFEX - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2015/C 034/36)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Inter-Union Technohandel GmbH (Landau in der Pfalz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Schmidt-Hern u A. Feutlinske, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gumersport Mediterranea de Distribuciones, SL (Barcelona, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Marzu 2012 (Każ R 413/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Inter-Union Technohandel GmbH u Gumersport Mediterranea de Distribuciones, SL.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-27 ta’ Marzu 2012 (Każ R 413/2011-2), hija annullata.

    2)

    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C ##, ##


    Top