Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0076

    Kawża F-76/12: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 287, 22.9.2012, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/41


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-76/12)

    2012/C 287/77

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tittrasforma l-punti ta’ mertu akkwistati fi ħdan istituzzjoni oħra u tan-nota amministrattiva li tippubblika l-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar it-trasformazzjoni tal-punti ta’ mertu akkwistati mir-rikorrent fi ħdan istituzzjoni oħra, flimkien man-nota amministrattiva Nru 48/2011, tas-27 ta’ Ottubru 2011, li tippubblika l-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2011, li ma tinkludix l-isem tar-rikorrent;

    sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

    jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ danni, evalwati b’mod provviżorju u ex aequo et bono bħala EUR 20 000, bħala kumpens għad-dannu materjali mġarrab;

    jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


    Top