This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0353
Case C-353/12: Action brought on 25 July 2012 — European Commission v Italian Republic
Kawża C-353/12: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
Kawża C-353/12: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
ĠU C 287, 22.9.2012, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/28 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-353/12)
2012/C 287/54
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Thomas, D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
— |
peress li ma adottatx, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra l-għajnuna mill-Istat li ġiet iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8123, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 59/2007 (ex N 127/2006 u NN 13/2006) li l-Italja implementat favur Ixfin SpA (notifikata fid-29 ta’ Ottubru 2009 u ppubblikata fil-ĠU L 167, 1.7.2010, p. 39), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni u tat-TFUE. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors tal-Kummissjoni għandu bħala s-suġġett in-nuqqas ta’ implementazzjoni mir-Repubblika Taljana tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanzija mogħtija mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku biex tkopri self li ħadet Ixfin mill-Banca Apulia SpA.
Il-Kummissjoni tosserva li l-Italja kellha tiżgura l-implementazzjoni tal-obbligu tal-irkupru tal-għajnuna sal-1 ta’ Marzu 2010 u, barra minn hekk, kellha tinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati sabiex tiġi implementata d-deċiżjoni, sad-29 ta’ Diċembru 2009.
Sad-data li fiha ġie ppreżentat dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex twettaq tali obbligi.