This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0348
Case C-348/12 P: Appeal brought on 16 July 2012 by Council of the European Union against the judgment of the General Court (Fourth Chamber) delivered on 25 April 2012 in Case T-509/10 Manufacturing Support & Procurement Kala Naft v Council
Kawża C-348/12 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta’ Lulju 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal- 25 ta’ April 2012 fil-Kawża T-509/10, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill
Kawża C-348/12 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta’ Lulju 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal- 25 ta’ April 2012 fil-Kawża T-509/10, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill
ĠU C 287, 22.9.2012, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/27 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2012 fil-Kawża T-509/10, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill
(Kawża C-348/12 P)
2012/C 287/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-25 ta’ April 2012, fil-Kawża T-509/10; |
— |
tiddeċiedi l-kwistjoni b’mod definittiv u tiċħad bħala inammissibbli r-rikors ta’ Kala Naft kontra l-atti inkwistjoni tal-Kunsill jew, sussidjarjament, tiċħad ir-rikors bħala infondat; |
— |
tikkundanna lil Kala Naft għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fl-ewwel istanza u fil-kuntest ta’ dan l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kunsill iqis li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża ċċitata iktar ’il fuq hija vvizzjata b’żewġ żbalji ta’ liġi u li konsegwentement din is-sentenza għandha tiġi annullata.
L-ewwel nett, il-Kunsill jikkunsidra li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma ċaħditx bħala inammissibbli r-rikors ippreżentat mill-kumpannija Kala Naft, minkejja l-fatt li din il-kumpannija tikkostitwixxi, skont il-Kunsill, entità governattiva Iranjana.
It-tieni nett, il-Kunsill iqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li wieħed mill-motivi magħżula sabiex jiġġustifikaw l-impożizzjoni tal-miżuri restrittivi kontra Kala Naft ma kienx suffiċjenti biex jissodifa l-obbligu ta’ motivazzjoni u li l-Kunsill kien obbligat jipproduċi provi sabiex isostni ieħor minn dawn il-motivi. Il-Kunsill isostni wkoll li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li element tal-motivazzjoni li jgħid li l-kumpannija Kala Naft kienet tikkummerċjalizza tagħmir għas-setturi taż-żejt u tal-gass li seta jintuża għall-programm nukleari Iranjan ma setax jiġi kkunsidrat bħala li “jipprovdu appoġġ” għall-proliferazzjoni nukleari, mingħajr ma rabtet dan l-element mal-elementi l-oħra tal-motivazzjoni.