Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0341

Kawża C-341/12 P: Appell ippreżentat fis- 17 ta’ Lulju 2012 minn Mizuno KK kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat- 8 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-101/11 — Mizuno KK vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

ĠU C 287, 22.9.2012, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/25


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2012 minn Mizuno KK kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-101/11 — Mizuno KK vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-341/12 P)

2012/C 287/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Mizuno KK (rappreżentanti: T. Wessing, T. Raab u H. Lauf, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 Mejju 2012 fil-Kawża T-101/11 kif ukoll id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Każ R 0821/2010-1;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż kemm tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 Mejju 2012 fil-Kawża T-101/11, li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-15 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 821/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Golfino AG u Mizuno KK.

Insostenn tal-appell tagħha l-appellanti essenzjalment tinvoka l-aggravji li ġejjin:

 

Il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali sabiex jipproteġu l-iskop ta’ protezzjoni u l-karattru distintiv ta’ trade mark figurattiv eżistenti li tikkonsisti mill-ittra “G” u mis-simbolu “+” kienu vvizzjati legalment. Il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, kienet assumiet li l-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ elementi ma għandha l-ebda tifsira.

 

Għalhekk, wieħed jassumi li l-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, sabet probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark figurattiva eżistenti u t-trade mark figurattiva li għaliha saret applikazzjoni milll-appellanti, li tikkonsisti mill-ittra “G”, mis-simbolu “+” kif ukoll mis-simbolu ta’ vleġġa, billi bbażat l-evalwazzjoni tax-xebh bejn is-sinjali mhux fuq impressjoni ġenerali ta’ dawn iż-żewġ trade marks, iżda fuq komponenti individwali tagħhom.

 

F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat, li x-xebh li hemm bejn iż-żewġ trade marks permezz tal-ittra “G” hija sostanzjali metq mqabbla ma’ dik tal-komponenti differenti l-oħra. Għal evalwazzjoni xierqa, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiddeċiedi dwar l-ittra “G” waħedha, iżda biss fir-rigward tas-simbolu globali.

 

Filwaqt li huwa veru li fiż-żewġ trade marks kunfliġġenti jikkonsistu mill-fonema/g/, l-enfasi tinsab b’mod ċar fuq il-grafika ta’ dawn it-trade marks u mhux fuq il-fonetika tagħhom. Għalhekk ma tistax titqies li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks.


Top