This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0332
Case C-332/12: Action brought on 10 July 2012 — European Commission v Republic of Poland
Kawża C-332/12: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
Kawża C-332/12: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
ĠU C 287, 22.9.2012, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/24 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-332/12)
2012/C 287/45
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, L. Nicolae u J. Hottiaux, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiv tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Diriettiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u fi kwalunkwe każ billi ma informatx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 25 tad-Direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 56 095,20 għal kull jum, mid-data meta tingħata s-sentenza ta’ din il-kawża, peress li ma osservatx l-obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/18/KE; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fis-17 ta’ Ġunju 2011.
(1) ĠU L 131, p. 114.