Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0494

Kawża T-494/11: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Settembru 2011 — Missir Mamachi di Lusingano et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/27


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2011 — Missir Mamachi di Lusingano et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-494/11)

2011/C 331/53

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Livio Missir Mamachi di Lusignano (Kerkhove-Avelgem, il-Belġju), Anne Jeanne Cécile Magdalena Maria Sintobin (Brussell, il-Belġju), Stefano Missir Mamachi di Lusignano (Shangai, iċ-Ċina), Maria Letizia Missir Mamachi di Lusignano (Brussell, il-Belġju), Alessandro Missir Mamachi di Lusignano (Eredi ta’) (Rabat, il-Marokk) (rappreżentanti: F. Di Gianni, R. Antonimi u G. Coppo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kumpens għad-danni morali sostnuti minnhom wara l-qtil ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano u tal-konjuġi tiegħu Ariane Lagasse de Locht;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-interessi fuq il-kumpens u tal-interessi moratorji li akkumulaw sadanittant;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel motiv qiegħed jintalab li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ħlas tal-kumpens għad-danni morali sostnuti b’mod inġust mir-rikorrenti wara l-qtil ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, li kien uffiċjal tal-Kummissjoni, u tal-konjuġi tiegħu Ariane Lagasse de Locht. Ir-rikorrenti għaldaqstant jinvokaw ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, u dan talli b’negliġenza l-Kummissjoni naqset milli tiżgura ruħha li l-appartament imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-uffiċjal maqtul u tal-familja tiegħu jkun mgħammar bil-miżuri ta’ sigurtà xierqa u effettivi sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tagħhom. Insostenn tat-talbiet tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-konklużjonijiet tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Mejju 2011, fil-Kawża F-50/09.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti jinvokaw, minħabba ċ-ċirkustanzi assolutament eċċezzjonali tal-każ, ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni għad-danni kkawżati minn aġir illegali.


Top