Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 62011TB0597

    Kawża T-597/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Ottubru 2013 — Michail vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Talba għal assistenza — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Appell manifestament infondat” )

    ĠU C 359, 7.12.2013, str. 12—12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/12


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2013 — Michail vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-597/11 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għal assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Appell manifestament infondat)

    2013/C 359/21

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Appellant: Christos Michail (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas u E. Antypas, avukati)

    Suġġett

    Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-13 ta’ Settembru 2011, Michail vs Il-Kummissjoni (F-100/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Christos Michail għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri.


    (1)  ĠU C 39, 11.2.2012.


    Góra