Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0119

    Kawża T-119/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 25 ta’ April 2013 — Gbagbo vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda fir-rigward ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi — Adattament tat-talbiet — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Użu ħażin ta’ poter — Drittijiet tad-difiża — Dritt għall-proprjetà” )

    ĠU C 164, 8.6.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 164/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Gbagbo vs Il-Kunsill

    (Kawża T-119/11) (1)

    (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda fir-rigward ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Iffriżar ta’ fondi - Adattament tat-talbiet - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Drittijiet tad-difiża - Dritt għall-proprjetà)

    2013/C 164/26

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Simone Gbagbo (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

    Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Eworpea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Chavrier, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti); u r-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (rappreżentanti: J.-P. Mignard, J.-P. Benoit u G. Merland, avukati)

    Suġġett

    Inizjalment, talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Simone Gbagbo għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 130, 30.04.2011.


    Top