This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0470
Case C-470/11: Reference for a preliminary ruling from the Augstākās tiesas Senāts (Republic of Latvia) lodged on 14 September 2011 — SIA Garkalns v Rīgas dome
Kawża C-470/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta (Ir-Repubblika tal-Latvja) fl- 14 ta’ Settembru 2011 — SIA Garkalns vs Rīgas Dome
Kawża C-470/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta (Ir-Repubblika tal-Latvja) fl- 14 ta’ Settembru 2011 — SIA Garkalns vs Rīgas Dome
ĠU C 331, 12.11.2011, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta (Ir-Repubblika tal-Latvja) fl-14 ta’ Settembru 2011 — SIA “Garkalns” vs Rīgas Dome
(Kawża C-470/11)
2011/C 331/23
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāta
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Garkalns”
Konvenut: Rīgas dome
Domanda preliminari
L-Artikolu 49 KE u l-obbligu ta’ trasparenza li huwa assoċjat miegħu għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu, f’liġi li ġiet ippromulgata b’mod pubbliku u minn qabel, ta’ kunċett legali indeterminat bħal “preġudizzju sostanziali għall-interessi tal-Istat u taċ-ċittadini tat-territorju amministrattivi ikkonċernat”, kunċett li l-kontenut tiegħu għandu, f’kull każ ta’ applikazzjoni individwali, jiġi ddeterminat permezz ta’ linji gwida ta’ interpretazzjoni, iżda li fl-istess ħin jippermetti ċerta flessibbiltà fl-evalwazzjoni tal-preġudizzju għal-libertà, huwa kompatibbli mar-restrizzjonijiet ammissibli għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi?