This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0454
Case C-454/11: Reference for a preliminary ruling from the Latvijas Republikas Augstākās tiesas Senāta Adminsitratīvo (Republic of Latvia) lodged on 1 September 2011 — Gunārs Pusts v Lauku atbalsta dienests
Kawża C-454/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (Ir-Repubblika tal-Latvja) fl- 1 ta’ Settembru 2011 — Gunārs Pusts vs Lauku atbalsta dienests
Kawża C-454/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (Ir-Repubblika tal-Latvja) fl- 1 ta’ Settembru 2011 — Gunārs Pusts vs Lauku atbalsta dienests
ĠU C 331, 12.11.2011, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (Ir-Repubblika tal-Latvja) fl-1 ta’ Settembru 2011 — Gunārs Pusts vs Lauku atbalsta dienests
(Kawża C-454/11)
2011/C 331/19
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gunārs Pusts
Konvenuta: Lauku atbalsta dienests
Domandi preliminari
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jirregolaw ir-rimbors tal-għajnuna għandhom ikunu interpretati fis-sens li dawn jippermettu li jiġi kkunsidrat li l-ħlas ta’ għajnuna ma huwiex iġġustifikat meta l-benefiċjarju tal-għajnuna kompla jwettaq l-impenji iżda ma osservax il-proċedura imposta għal applikazzjoni għal ħlas? |
(2) |
Regola li permezz tagħha l-impenji meħuda mill-benefiċjarju ta’ għajnuna jitqiesu li huma sospiżi biss minħabba li dan il-benefiċjarju ma ressaqx talba, mingħajr ma nstemgħu l-fehmiet tiegħu, hija konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rimbors ta’ għajnuna? |
(3) |
Regola li permezz tagħha, jekk ma huwiex iktar possibbli li titwettaq verifika fuq il-post (għaliex is-sena tkun għaddiet) u, għaldaqstant, huwa preżunt li l-impenji meħuda mill-benefiċjarju tal-għajnuna ġew sospiżi, dan il-benefiċjarju għandu jirrimborsa l-fondi kollha li diġà tħallsu matul il-perijodu tal-impenji, anki jekk dawn il-fondi ġew allokati u mħallsa għal diversi snin, hija konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rimbors ta’ għajnuna? |