Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0415

    Kawża C-415/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil de Barcelona (Spanja) fit- 8 ta’ Awwissu 2011 — Mohamed Aziz vs Caixa d’Estalvis de Catalunya, Tarragona i Manresa (Catalunyacaixa)

    ĠU C 331, 12.11.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 331/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil de Barcelona (Spanja) fit-8 ta’ Awwissu 2011 — Mohamed Aziz vs Caixa d’Estalvis de Catalunya, Tarragona i Manresa (Catalunyacaixa)

    (Kawża C-415/11)

    2011/C 331/10

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado Mercantil de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Mohamed Aziz

    Konvenuta: Caixa d’Estalvis de Catalunya, Tarragona i Manresa (Catalunyacaixa)

    Domandi preliminari

    (1)

    Is-sistema ta’ eżekuzzjoni ta’ titoli ġudizzjarji fuq beni ipotekati jew rahan prevista fl-Artikoli 695 et seq tal-Ley de Enjuiciamiento civil (Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Spanjol), bil-limitazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-motivi ta’ oppożizzjoni, tikkostitwixxi limitu ċar tal-protezzjoni tal-konsumatur, sa fejn tinvolvi, formalment u sostantivament, ostakolu ċar għall-konsumatur sabiex jeżerċita azzjonijiet jew rikorsi ġuridiċi li jiggarantixxu protezzjoni effettiva tad-drittijiet tiegħu?

    (2)

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija mitluba tippreċiża l-kunċett ta’ sproporzjon rigward:

    (a)

    il-possibbilta ta’ dekadenza antiċipata ta’ kuntratti ppjanati għal żmien twil (f’dan il-każ 33 sena), għal nuqqasijiet li seħħew f’perijodu speċifiku limitat ħafna;

    (b)

    l-iffissar ta’ interessi moratorji (f’dan il-każ ogħla minn 18 %) li ma jikkorrispondux għall-kriterji ta’ determinazzjoni tal-interessi moratorji f’kuntratti oħra konklużi ma’ konsumaturi (kreditu għall-konsum), li, f’oqsma oħra ta’ kuntratti konklużi ma’ konsumaturi, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala inġusti, u li, madankollu, fil-kuntratti dwar beni immobbli, ma huma suġġetti għal ebda limitu legali ċar, anki meta l-imsemmija interessi għandhom jiġu applikati mhux biss għar-rimborsi dovuti, iżda wkoll għal dawk kollha li saru dovuti minħabba d-dekorrenza antiċipata;

    (c)

    l-iffissar, b’mod unilaterali minn min isellef, ta’ mekkaniżmi għall-kalkolu u l-iffissar tal-interessi varjabbli (kemm dawk ordinarji kif ukoll moratorji) marbuta mal-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, li ma tippermettix lid-debitur li l-eżekuzzjoni hija mitluba kontrih, li jopponi l-kalkolu tal-ammont tad-dejn fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni stess, iżda tirrinvjah għal proċedura fuq il-mertu fejn, meta jikseb sentenza definittiva, l-eżekuzzjoni tkun diġà seħħet jew, tal-Inqas, id-debitur ikun tilef il-beni ipotekat jew mogħti bħala garanzija, li hija kwistjoni partikolarment importanti meta s-self ikun mitlub sabiex tinxtara residenza u li l-eżekuzzjoni timplika t-tkeċċija mill-beni immobbli.


    Top