Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0171

    Kawża C-171/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) — Fra.bo SpA vs Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches eV (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein (Moviment liberu tal-merkanzija — Miżuri ta’ effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva — Proċedura nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni — Preżunzjoni ta’ konformità mad-dritt nazzjonali — Applikabbiltà tal-Artikolu 28 KE għal korp privat ta’ ċertifikazzjoni)

    ĠU C 287, 22.9.2012, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) — Fra.bo SpA vs Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches eV (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein

    (Kawża C-171/11) (1)

    (Moviment liberu tal-merkanzija - Miżuri ta’ effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva - Proċedura nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni - Preżunzjoni ta’ konformità mad-dritt nazzjonali - Applikabbiltà tal-Artikolu 28 KE għal korp privat ta’ ċertifikazzjoni)

    2012/C 287/20

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Fra.bo SpA

    Konvenuta: Deutsche Vereinigung des Gas- und Wasserfaches eV (DVGW) — Technisch-Wissenschaftlicher Verein

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal Artikoli 34, 101 u 106(2) TFUE — Applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-attività ta’ assoċjazzjoni privata (Technisch Wissenschaftlicher Verein), approvata minn Stat Membru bħala korp ta’ ċertifikazzjoni għal ċerti prodotti — Effett dirett orizzontali tal-Artikolu 34 TFUE

    Dispożittiv

    L-Artikolu 28 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni ta’ korp privat, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkunsdira li l-prodotti ċċertifikati minn dan il-korp huma konformi mad-dritt nazzjonali u dan ikollu bħala effett li jostakola l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li ma humiex iċċertifikati mill-imsemmi korp.


    (1)  ĠU C 226, 30.07.2011


    Top