This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0128
Case C-128/11: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 3 July 2012 (reference for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof — Germany) — UsedSoft GmbH v Oracle International Corp. (Legal protection of computer programs — Marketing of used licences for computer programs downloaded from the internet — Directive 2009/24/EC — Articles 4(2) and 5(1) — Exhaustion of the distribution right — Concept of lawful acquirer)
Kawża C-128/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 3 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — UsedSoft GmbH vs Oracle International Corp. (Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter — Kummerċjalizzazzjoni ta’ liċenzji ta’ programmi tal-kompjuter użati mniżżla mill-internet — Direttiva 2009/24/KE — Artikoli 4(2) u 5(1) — Eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni — Kunċett ta’ “akkwirent leġittimu” )
Kawża C-128/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 3 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — UsedSoft GmbH vs Oracle International Corp. (Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter — Kummerċjalizzazzjoni ta’ liċenzji ta’ programmi tal-kompjuter użati mniżżla mill-internet — Direttiva 2009/24/KE — Artikoli 4(2) u 5(1) — Eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni — Kunċett ta’ “akkwirent leġittimu” )
ĠU C 287, 22.9.2012, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — UsedSoft GmbH vs Oracle International Corp.
(Kawża C-128/11) (1)
(Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter - Kummerċjalizzazzjoni ta’ liċenzji ta’ programmi tal-kompjuter użati mniżżla mill-internet - Direttiva 2009/24/KE - Artikoli 4(2) u 5(1) - Eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni - Kunċett ta’ “akkwirent leġittimu”)
2012/C 287/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UsedSoft GmbH
Konvenuta: Oracle International Corp.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, p. 16) — Kopji ta’ programmi tal-kompjuter li jitniżżlu mill-internet fuq sostenn informatiku fuq bażi ta’ liċenzja ta’ softwer bil-kunsens tal-proprjetarju — Possibbiltà li din l-operazzjoni tiġi kklassifikata bħala operazzjoni li teżawrixxi d-dritt ta’ distribuzzjoni tal-proprjetarju fir-rigward tal-kopji li jitniżżlu — Kummerċjalizzazzjoni ta’ liċenzji “użati” ta’ programmi li jitniżżlu mill-ewwel persuna li tikseb — Kunċett ta’ “persuna li tikseb legalment”
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ distribuzzjoni tal-kopja ta’ programm tal-kompjuter huwa eżawrit jekk it-titulari tad-drittijiet tal-awtur, li awtorizza, anki jekk bla ħlas, it-tniżżil ta’ din il-kopja fuq sostenn informatiku permezz tal-internet, ikun offra wkoll, bi ħlas ta’ prezz intiż li jippermettilu jikseb remunerazzjoni li tikkorrispondi għall-valur ekonomiku tal-kopja tax-xogħol li huwa l-proprjetarju tagħha, dritt għall-użu tal-imsemmija kopja, għal żmien indeterminat. |
(2) |
L-Artikoli 4(2) u 5(1) tad-Direttiva 2009/24 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ liċenzja għal użu li tinkludi l-bejgħ mill-ġdid ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter imniżżla minn fuq is-sit internet tat-titulari tad-drittijiet tal-awtur, liema liċenzja kienet inizjalment mogħtija lill-ewwel akkwirent mill-imsemmi titulari tad-dritt għal perijodu indeterminat u bi ħlas ta’ prezz intiż li jippermetti lil dan tal-aħħar li jikseb remunerazzjoni li tikkorrispondi għall-valur ekonomiku tal-imsemmija kopja tax-xogħol tiegħu, it-tieni akkwirent tal-imsemmija liċenzja, kif ukoll kull akkwirent sussegwenti ta’ din tal-aħħar, jistgħu jinvokaw l-eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni stabbilit fl-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala akkwirenti leġittimi ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter fis-sens tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva u jibbenefikaw mid-dritt ta’ riproduzzjoni stabbilit f’din l-aħħar dispożizzjoni. |