Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0034

    Kawża T-34/10: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Jannar 2010 — Hairdreams vs UASI — Bartmann (MAGIC LIGHT)

    ĠU C 100, 17.4.2010, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 100/46


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2010 — Hairdreams vs UASI — Bartmann (MAGIC LIGHT)

    (Kawża T-34/10)

    2010/C 100/71

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti:“Hairdreams” HaarhandelsgmbH (Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Kresbach, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rüdiger Bartmann (Gladbeck, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tirriforma d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Novembru 2009, fil-Każ R 656/2008-4, b’mod li jintlaqa’ l-appell tar-rikorrenti tat-22 ta’ April 2008 u li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u ta’ dawn il-proċeduri;

    sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrinvija l-każ quddiem l-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MAGIC LIGHT” għal prodotti fil-klassijiet 3, 8, 10, 21, 22, 26 u 44 (Applikazzjoni Nru 5 196 597)

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Rüdiger Bartmann

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “MAGIC LIFE” Nru 30 415 611 għal prodotti fil-klassi 3

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) billi l-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top