This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0109
Case F-109/10: Action brought on 26 October 2010 — Schätzel v Commission
Kawża F-109/10: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ottubru 2010 — Schätzel vs Il-Kummissjoni
Kawża F-109/10: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ottubru 2010 — Schätzel vs Il-Kummissjoni
ĠU C 13, 15.1.2011, p. 43–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/43 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2010 — Schätzel vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-109/10)
()
2011/C 13/86
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Michael Wolfgang Schätzel (Ransbach-Baumbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Oehmen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-ħlas ta’ allowance tat-tluq lir-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:
|
— |
jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta’ April 2010, kif ukoll id-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment, tat-30 ta’ Lulju 2010, li tiċħad l-ilment Nru R/351/10, u tordna lill-Kummissjoni tħallsu allowance tat-tluq għas-servizz tiegħu bejn l-1 ta’ Marzu 2009 u t-28 ta’ Frar 2010, li tikkorrispondi għall-ekwivalenti attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni tiegħu kweżiti matul is-servizz tiegħu mal-Kummissjoni. |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |