This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0261
Case C-261/10: Reference for a preliminary ruling from the Tribunal Superior de Justicia de Castilla-León (Spain) lodged on 25 May 2010 — Pedro Antonio Macedo Lozano v Gerardo García, S.L.
Kawża C-261/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fil- 25 ta’ Mejju 2010 — Pedro Antonio Macedo Lozano vs Gerardo García S.L.
Kawża C-261/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fil- 25 ta’ Mejju 2010 — Pedro Antonio Macedo Lozano vs Gerardo García S.L.
ĠU C 221, 14.8.2010, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2010 — Pedro Antonio Macedo Lozano vs Gerardo García S.L.
(Kawża C-261/10)
()
2010/C 221/34
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pedro Antonio Macedo Lozano.
Konvenuta: Gerardo García S.L.
Domandi preliminari
(a) |
L-Artikoli 3, 5(2), 6 u 7 tad-Direttiva 2003/10/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li impriża, fejn il-livell ta’ ħoss li għalih ikunu esposti l-ħaddiema ta’ kuljum jaqbeż il-85 dB(A), (imkejjel mingħajr it-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti ta’ protetturi tas-smigħ), tosserva l-obbligi ta’ prevenzjoni ffissati mid-direttiva ċċitata iktar ’il fuq f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet materjali ta’ xogħol meta hija tipprovdi protetturi tas-smigħ lil dawn il-ħaddiema b’tali mod li, bis-saħħa tat-tnaqqis li jiggarantixxu dawn il-protetturi, il-ħoss li għalih ikunu esposti dawn il-ħaddiema ta’ kuljum jonqos għal inqas minn 80 dB(A)? |
(b) |
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/10/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-programm ta’ miżuri tekniċi u/jew ta’ organizzazzjoni li għandu jiġi adottat minn impriża fejn il-livell ta’ ħoss li għalih ikunu esposti l-ħaddiema ta’ kuljum jaqbeż il-85 dB(A) (imkejjel mingħajr it-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti ta’ protetturi tas-smigħ), għandu l-għan li jnaqqas il-livell ta’ espożizzjoni għall-ħoss għal livell inqas minn 85 dB(A)? |
(c) |
Jekk ir-risposta għall ewwel domanda tkun negativa, id-Direttiva 2003/10/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regola jew prassi ġudizzjarja nazzjonali li teżenta lill-impriża mill-ħlas ta’ kumpens finanzjarju, li din għandha, bħala prinċipju, tħallas lill-ħaddiema li ta’ kuljum ikunu esposti għal livell ta’ ħoss li jaqbeż il-85 dB(A), minħabba li din ipprovdiet protetturi tas-smigħ lil dawn il-ħaddiema li għandhom l-effett li jnaqqsu l-espożizzjoni ta’ kuljum għal inqas minn 80dB(A)? |
(1) Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Frar 2003, dwar il-ħtiġiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal-riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (Is-Sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 300).