EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0094

Kawża C-94/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (Id-Danimarka) fis- 17 ta’ Frar 2010 — Danfoss A/S u Sauer-Danfoss ApS vs Skatteministeriet

ĠU C 100, 17.4.2010, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (Id-Danimarka) fis-17 ta’ Frar 2010 — Danfoss A/S u Sauer-Danfoss ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-94/10)

2010/C 100/47

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Danfoss A/S u Sauer-Danfoss ApS

Konvenuta: Skatteministeriet

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil Stat Membru milli jiċħad talba għal rimbors ta’ impriża, li ġie mgħoddi lilha dazju tas-sisa impost kontra direttiva, fejn tali ċaħda, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, hija bbażata fuq l-argument li ma hijiex l-impriża li ħalset id-dazju lill-Istat?

(2)

Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil Stat Membru milli jiċħad talba għal kumpens għad-danni ta’ impriża, li ġie mgħoddi lilha dazju tas-sisa impost kontra direttiva, fejn tali ċaħda, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, hija bbażata fuq argumenti invokati mill-Istat Membru (speċifikament, li l-impriża ma hijiex il-parti li sofriet id-danni direttament u li ma hemmx rabta kawżali bejn kwalunkwe danni u l-imġiba li ħolqot ir-responsabbiltà)?


Top