This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0625
Case C-625/10: Judgment of the Court (First Chamber) of 18 April 2013 — European Commission v French Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Transport — Development of the Community’s railways — Directive 91/440/EEC — Article 6(3) and Annex II — Directive 2001/14/EC — Article 14(2) — Lack of legal independence of the railway infrastructure manager — Article 11 — Absence of a performance scheme — Incomplete transposition)
Kawża C-625/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport — Żvilupp tal-linji tal-ferrovija Komunitarji — Direttiva 91/440/KEE — Artikolu 6(3) u Anness II — Direttiva 2001/14/KE — Artikolu 14(2) — Nuqqas ta’ indipendenza ġuridika tal-amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja — Artikolu 11 — Assenza ta’ sistema ta’ titjib tal-ħidma — Traspożizzjoni inkompleta)
Kawża C-625/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport — Żvilupp tal-linji tal-ferrovija Komunitarji — Direttiva 91/440/KEE — Artikolu 6(3) u Anness II — Direttiva 2001/14/KE — Artikolu 14(2) — Nuqqas ta’ indipendenza ġuridika tal-amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja — Artikolu 11 — Assenza ta’ sistema ta’ titjib tal-ħidma — Traspożizzjoni inkompleta)
ĠU C 164, 8.6.2013, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-625/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Żvilupp tal-linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 91/440/KEE - Artikolu 6(3) u Anness II - Direttiva 2001/14/KE - Artikolu 14(2) - Nuqqas ta’ indipendenza ġuridika tal-amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja - Artikolu 11 - Assenza ta’ sistema ta’ titjib tal-ħidma - Traspożizzjoni inkompleta)
2013/C 164/02
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues, M. Perrot u S. Menez, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341) u mal-Artikoli 6(2) sa (5), 14(2) u 11 tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404)
Dispożittiv
(1) |
Billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-entità fdata bl-eżerċizzju tal-funzjonijiet essenzjali elenkati fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità, kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, tkun indipendenti mill-impriża li tipprovdi s-servizzi ta’ trasport ferrovjarju b’mod konformi mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà, kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, u billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet. |
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
(4) |
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |