EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0224

Kawża T-224/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2011 — CEVA vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam tal- Enerġija, ambjent u żvilupp sostenibbli — Proġett Protop — Ftehim ta’ għotja — Talba għar-rimbors ta’ ammonti mħallsa bil-quddiem għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ finanzjament ta’ riċerka — Subappalt — Ittra li tfakkar — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà )

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2011 — CEVA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/09) (1)

(Rikors għal annullament - Programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam tal-‘Enerġija, ambjent u żvilupp sostenibbli’ - Proġett Protop - Ftehim ta’ għotja - Talba għar-rimbors ta’ ammonti mħallsa bil-quddiem għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ finanzjament ta’ riċerka - Subappalt - Ittra li tfakkar - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

2011/C 331/38

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, assistit minn E. Bouttier, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra li tfakkar tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2009, li permezz tagħha din stiednet lir-rikorrent jirrimborsa s-somom kollha mħallsa bil-quddiem minnha fl-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ għotja konkluż għal proġett li għandu jitwettaq fil-kuntesta tal-programm speċifiku ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni intitolat “Enerġija, ambjent u żvilupp sostenibbli”.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Is-Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


Top