Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0323

Kawża C-323/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 22 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Interflora Inc, Interflora British Unit vs Marks & Spencer plc, Flowers Direct Online Limited ( Trade marks — Reklamar fuq l-Internet abbażi ta’ kliem prinċipali ( keyword advertising ) — Għażla minn min jirreklama ta’ kelma prinċipali li tikkorrispondi għat-trade mark reputata ta’ kompetitur — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 5(1)(a) u (2) — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 9(1)(a) u (ċ) — Kundizzjoni ta’ ħsara lil waħda mill-funzjonijiet tat-trade mark — Dannu kkawżat lill-karattru distintiv ta’ trade mark reputata ( tidjif ) — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni ta’ din it-trade mark ( parassitiżmu ) )

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — Interflora Inc, Interflora British Unit vs Marks & Spencer plc, Flowers Direct Online Limited

(Kawża C-323/09) (1)

(Trade marks - Reklamar fuq l-Internet abbażi ta’ kliem prinċipali (‘keyword advertising’) - Għażla minn min jirreklama ta’ kelma prinċipali li tikkorrispondi għat-trade mark reputata ta’ kompetitur - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 5(1)(a) u (2) - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 9(1)(a) u (ċ) - Kundizzjoni ta’ ħsara lil waħda mill-funzjonijiet tat-trade mark - Dannu kkawżat lill-karattru distintiv ta’ trade mark reputata (‘tidjif’) - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni ta’ din it-trade mark (‘parassitiżmu’))

2011/C 331/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interflora Inc, Interflora British Unit

Konvenuti: Marks & Spencer plc, Flowers Direct Online Limited

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1)(a) u 5(2) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92), tal-Artikolu 9(1)(a) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) u tal-Artikoli 12(1), 13(1) u 14(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399) — Kunċett ta’ “użu” ta’ trade mark — Reġistrazzjoni, minn kummerċjant, ta’ sinjal identiku għal trade mark ta’ fornitur ta’ servizzi li juża mutur ta’ tfittxija fuq l-Internet sabiex, wara l-introduzzjoni ta’ tali sinjal bħala kelma ta’ tfittxija, jitla’ awtomatikament fuq l-iskrin il-URL tas-sit Internet tiegħu li jipproponi merkanzija u servizzi identiċi għal dawk koperti mit-trade mark (“AdWords”) — Servizz ta’ distribuzzjoni ta’ fjuri

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 5(1)(a) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, u 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jipprekludi lil kompetitur milli, abbażi ta’ kelma prinċipali identika għal dik it-trade mark li dan il-kompetitur, mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, għażel fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzjar fuq l-internet, jgħamel reklam għal prodotti jew għal servizzi identiċi għal dawk li t-trade mark imsemmija ġiet irreġistrata għalihom, meta dan l-użu jkun jista’ jikser lil waħda mill-funzjonijiet tat-trade mark. Tali użu:

jikser il-funzjoni ta’ indikazzjoni tal-oriġini tat-trade mark meta r-reklam li jidher abbażi tal-kelma prinċipali msemmija ma jippermettix, jew jippermetti diffiċilment lill-utent tal-Internet normalment informat u raġonevolment attent li jkun jaf jekk il-prodotti jew is-servizzi koperti mir-reklam humiex provenjenti mill-proprjetarju tat-trade mark jew minn impriża ekonomikament marbuta miegħu jew, b’mod kuntrarju, minn terza persuna;

ma jiksirx, fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzjar li għandu l-karatteristiċi ta’ dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-funzjoni ta’ reklamar tat-trade mark, u

jikser il-funzjoni ta’ investiment tat-trade mark jekk itellef b’mod sostanzjali l-użu, mill-proprjetarju msemmi, tat-trade mark tiegħu sabiex jikseb jew iżomm reputazzjoni li tista’ tiġbed u tikseb il-fedeltà tal-konsumaturi.

(2)

L-Artikoli 5(2) tad-Direttiva 89/104 u 9(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark b’reputazzjoni jista’ jipprekludi lil kompetitur milli jgħamel reklamar abbażi ta’ kelma prinċipali li tikkorrispondi għal din it-trade mark li dan il-kompetitur, mingħajr il-kunsens tal-imsemmi proprjetarju, jkun għażel fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzjar fuq l-Internet, meta l-imsemmi kompetitur jikseb b’dan vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark (parassitiżmu) jew meta r-reklamar imsemmi jikkawża dannu lill-karattru distintiv (tidjif) jew lir-reputazzjoni (titbigħ).

Reklamar abbażi ta’ tali kelma prinċipali jikkawża dannu lill-karattru distintiv tat-trade mark b’reputazzjoni (tidjif), b’mod partikolari, jekk din tikkontribwixxi għal żnaturament ta’ din it-trade mark f’terminu ġeneriku.

Min-naħa l-oħra, il-proprjetarju ta’ trade mark b’reputazzjoni ma jistax jipprekludi, b’mod partikolari, reklamar magħmul minn kompetituri abbażi ta’ kliem prinċipali li jikkorrispondi għal din it-trade mark u li jipproponi, mingħajr ma joffri sempliċi imitazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi tal-proprjetarju tat-trade mark imsemmija, mingħajr ma jikkawża tidjif jew titbigħ u barra minn hekk mingħajr ma jikser il-funzjonijiet tat-trade mark b’reputazzjoni, alternattiva fil-konfront tal-prodotti jew tas-servizzi tal-proprjetarju tagħha.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


Top