Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0269

    Kawża C-269/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 12 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE — Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim ŻEE — Leġiżlazzjoni fiskali — Trasferiment ta’ residenza ta’ persuna taxxabbli lejn pajjiż barrani — Obbligu li jiġi inkluż id-dħul kollu li ma jkunx ittieħed inkunsiderazzjoni fil-bażi taxxabbli tal-aħħar sena fiskali — Telf tal-vantaġġ eventwali li jammonta għal posponiment tad-dejn fiskali)

    ĠU C 287, 22.9.2012, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

    (Kawża C-269/09) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE - Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim ŻEE - Leġiżlazzjoni fiskali - Trasferiment ta’ residenza ta’ persuna taxxabbli lejn pajjiż barrani - Obbligu li jiġi inkluż id-dħul kollu li ma jkunx ittieħed inkunsiderazzjoni fil-bażi taxxabbli tal-aħħar sena fiskali - Telf tal-vantaġġ eventwali li jammonta għal posponiment tad-dejn fiskali)

    2012/C 287/02

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u F. Jimeno Fernández, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez, aġent)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, C. Blaschke u K. Petersen, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. de Ree, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 19 KE, 38 KE u 43 KE u tal-Artikoli 28 u 31 ŻEE — Persuni taxxabbli li jittrasferixxu r-residenza tagħhom barra mill-pajjiż — Obbligu li jiġi inkluż kull dħul li ma jkunx ġie meħud inkunsiderazzjoni fil-bażi taxxabbli tal-aħħar sena fiskali li matulha huma kienu kkunsidrati persuni taxxabbli residenti

    Dispożittiv

    (1)

    Billi adotta u żamm fis-seħħ fl-Artikolu 14(3) tal-liġi 35/2006 dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi u li temenda parzjalment il-liġijiet tat-taxxa fuq il-kumpanniji, fuq id-dħul tal-persuni mhux residenti u fuq il-patrimonju (Ley 35/2006 del Impuesto sobre la Renta de las Personas Físicas y de modificación parcial de las leyes de los Impuestos sobre Sociedades, sobre la Renta de no residentes y sobre el Patrimonio), tat-28 ta’ Novembru 2006, dispożizzjoni li tobbliga lill-persuni taxxabbli li jittrasferixxu r-residenza tagħhom lejn Stat Membru ieħor li jinkludu kull dħul li ma jkunx ġie meħud inkunsiderazzjoni fil-bażi taxxabbli tal-aħħar sena fiskali li matulha huma kienu kkunsidrati persuni taxxabbli residenti, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati t-tliet kwarti tal-ispejjeż kollha. Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-kwart rimanenti.

    (4)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


    Top