Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0266

Kawża T-266/08 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 2 ta’ Lulju 2010 — Kerstens vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Bidla fl-assenjazzjoni — Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal — Interessi tas-servizz — Żnaturament tal-fatti u tal-provi — Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Drittijiet tad-difiża” )

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2010 — Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/08 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Bidla fl-assenjazzjoni - Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal - Interessi tas-servizz - Żnaturament tal-fatti u tal-provi - Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Drittijiet tad-difiża)

2010/C 221/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2008, Kerstens vs Il-Kummissjoni (F-119/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li huwa ntiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Petrus Kerstens għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 247, 27.9.2008.


Top