This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0550
Case C-550/08: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 17 June 2010 (reference for a preliminary ruling from the Finanzgericht München — Germany) — British American Tobacco (Germany) GmbH v Hauptzollamt Schweinfurt (Directive 92/12/EEC — Products subject to excise duty — Importation of raw tobacco not subject to excise duty under the inward processing procedure — Processing into cut tobacco — Movement between Member States — Accompanying document)
Kawża C-550/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München — il-Ġermanja) — British American Tobacco (Germany) GmbH vs Hauptzollamt Schweinfurt (Direttiv 92/12/KEE — Prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa — Importazzjoni ta’ tabakk mhux ipproċessat, li ma huwiex suġġett għad-dazju tas-sisa, taħt il proċedura tal-ipproċessar attiv — Ipproċessar f’tabakk maqtugħ — Ċirkulazzjoni bejn l-Istati Membri — Dokument mehmuż)
Kawża C-550/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München — il-Ġermanja) — British American Tobacco (Germany) GmbH vs Hauptzollamt Schweinfurt (Direttiv 92/12/KEE — Prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa — Importazzjoni ta’ tabakk mhux ipproċessat, li ma huwiex suġġett għad-dazju tas-sisa, taħt il proċedura tal-ipproċessar attiv — Ipproċessar f’tabakk maqtugħ — Ċirkulazzjoni bejn l-Istati Membri — Dokument mehmuż)
ĠU C 221, 14.8.2010, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München — il-Ġermanja) — British American Tobacco (Germany) GmbH vs Hauptzollamt Schweinfurt
(Kawża C-550/08) (1)
(Direttiv 92/12/KEE - Prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa - Importazzjoni ta’ tabakk mhux ipproċessat, li ma huwiex suġġett għad-dazju tas-sisa, taħt il proċedura tal-ipproċessar attiv - Ipproċessar f’tabakk maqtugħ - Ċirkulazzjoni bejn l-Istati Membri - Dokument mehmuż)
2010/C 221/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: British American Tobacco (Germany) GmbH
Konvenuta: Hauptzollamt Schweinfurt
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht München — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 15(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179) — Tabakk imqatta’ suġġett għad-dazju tas-sisa, immanifatturat fi Stat Membru fil-kuntest tal-proċedura tal-ipproċessar attiv taħt arranġament ta’ sospensjoni, minn tabakk mhux ipproċessat li ma huwiex suġġett għad-dazju tas-sisa waqt l-importazzjoni tiegħu fit-territorju tal-Komunità — Neċessità, għall-applikazzjoni tal-arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju għall-moviment intra-Komunitarju ta’ dan it-tabakk, ta’ dokument mehmuż stabbilit mill-kunsinnatarju skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 92/12/KEE?
Dispożittiv
L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad Direttiva tal Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodott, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa (bħat-tabakk maħdum), immanifatturati minn prodotti li ma humiex suġġetti għad-dazju tas-sisa (bħat-tabakk mhux ipproċessat) importati fil-Komunità taħt il proċedura tal-ipproċessar attiv, għandhom jitqiesu li huma suġġetti għal sospensjoni tad-dazju tas-sisa fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, minkejja li dawn ikunu saru prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa biss bis-saħħa tal ipproċessar tagħhom fit-territorju tal-Komunità, b’tali mod li jistgħu jiċċirkulaw bejn l-Istati Memnbri mingħajr ma l-amministrazzjoni tkun tista’ titlob id-dokument amministrattiv jew kummerċjali previst fl Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva.