This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TA0341
Case T-341/07: Judgment of the Court of First Instance (Seventh Chamber) of 30 September 2009 — Sison v Council of the European Union (Common foreign and security policy — Restrictive measures against certain persons and entities with a view to combating terrorism — Common Position 2001/931/CFSP and Regulation (EC) No 2580/2001 — Actions for annulment — Adaptation of heads of claim — Judicial review — Statement of reasons — Conditions for implementation of a Community measure freezing funds)
Kawża T 341/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 30 ta' Settembru 2009 — Sison vs Il Kunsill ( Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u Regolament (KE) Nru 2580/2001 — Rikors għal annullament — Adattament tat-talbiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Motivazzjoni — Kundizzjonijiet tal-implementazzjoni ta’ miżura Komunitarja ta’ ffriżar tal-fondi )
Kawża T 341/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 30 ta' Settembru 2009 — Sison vs Il Kunsill ( Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u Regolament (KE) Nru 2580/2001 — Rikors għal annullament — Adattament tat-talbiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Motivazzjoni — Kundizzjonijiet tal-implementazzjoni ta’ miżura Komunitarja ta’ ffriżar tal-fondi )
ĠU C 282, 21.11.2009, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/42 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta' Settembru 2009 — Sison vs Il Kunsill
(Kawża T 341/07) (1)
(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Rikors għal annullament - Adattament tat-talbiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Motivazzjoni - Kundizzjonijiet tal-implementazzjoni ta’ miżura Komunitarja ta’ ffriżar tal-fondi”)
2009/C 282/78
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Jose Maria Sison (Utrecht, l-Olanda) (rappreżentanti: J. Fermon, A. Comte, H. Schultz, D. Gürses u W. Kaleck, avukati)
Konvenut: Il Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi Spencer u I. Rao, aġenti); Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Mol, M. Noort u Y. de Vries, aġenti); u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Aalto u S. Boelaert, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58) u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni
Dispożittiv
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/868/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/343/KE tad-29 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/868, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/62/KE tas-26 ta’ Jannar 2009 li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/583/KE, u r-Regolament tal-Kusill (KE) Nru 501/2009 tal-15 ta’ Lulju 2009, li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/62/KE, huma annullati sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Jose Maria Sison. |
(2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |