Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0567

    Kawża C-567/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 1 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Raad van State — L-Olanda) — Minister voor Wonen, Wijken en Integratie vs Woningstichting Sint Servatius (Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 56 KE — Restrizzjonijiet — Ġustifikazzjonijiet — Politika ta’ akkomodazzjoni soċjali — Servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali)

    ĠU C 282, 21.11.2009, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Raad van State — L-Olanda) — Minister voor Wonen, Wijken en Integratie vs Woningstichting Sint Servatius

    (Kawża C-567/07) (1)

    (Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 56 KE - Restrizzjonijiet - Ġustifikazzjonijiet - Politika ta’ akkomodazzjoni soċjali - Servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali)

    2009/C 282/09

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Minister voor Wonen, Wijken en Integratie

    Konvenuta: Woningstichting Sint Servatius

    Suġġett

    Talb għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56, 58, 86(2), 87 u 88 KE — Liġi nazzjonali li tipprojbixxi, fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-Ministru kkonċernat, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet transkonfinali minn impriża li għandha l-inkarigu, skond il-liġi, li twettaq xogħlha fil-kuntest tal-politika tal-akkomodazzjoni soċjali tal-Istat Membru kkonċernat — Politika tal-akkomodazzjoni soċjali u interess ġenerali

    Dispożittiv

    L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżerċizzju tal-attivitajiet transkonfinali fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali ta’ entitajiet awtorizzati, fis-sens tal-Artikolu 70(1) tal-Liġi dwar l-Akkomodazzjoni Soċjali (Woningwet), għal kisba ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva bil-quddiem, sa fejn tali leġiżlazzjoni ma tkunx ibbażata fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji u magħrufin minn qabel, li jistgħu jillimitaw b’mod suffiċjenti l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali mill-awtoritajiet nazzjonali, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 64, 08.03.2008.


    Top