Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0388

Kawża C-388/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal- 5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, The Incorporated Trustees of the National Council for Ageing (Age Concern England) vs Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform) (Direttiva 2000/78 — Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol — Diskriminazzjoni marbuta mal-età — Sensji minħabba l-irtirar — Ġustifikazzjoni)

ĠU C 102, 1.5.2009, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, The Incorporated Trustees of the National Council for Ageing (Age Concern England) vs Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform)

(Kawża C-388/07) (1)

(Direttiva 2000/78 - Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol - Diskriminazzjoni marbuta mal-età - Sensji minħabba l-irtirar - Ġustifikazzjoni)

2009/C 102/08

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, The Incorporated Trustees of the National Council for Ageing (Age Concern England)

Konvenuta: Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(2) u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16) – Kamp ta’ applikazzjoni – Regoli nazzjonali li jippermettu lil min iħaddem ikeċċi impjegati li għandhom 65 sena jew iktar għal irtirar

Dispożittiv

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik stabbilita fl-Artikoli 3, 7(4) u (5) u kif ukoll 30 tar-Regolament tal-2006 dwar l-ugwalità fir-rigward tax-xogħol (età) [Employment Equality (Age) Regulations 2006], taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol.

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix miżura nazzjonali li, bħall-Artikolu 3 tar-Regolament inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkontjenix elenku preċiż tal-għanijiet li jiġġustifikaw li tkun tista’ issir deroga mill-prinċipju tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età. Madankollu, l-imsemmi Artikolu 6(1) jipprovdi l-possibbiltà li ssir deroga minn dan il-prinċipju biss għall-uniċi miżuri ġġustifikati minn għanijiet leġittimi ta’ politika soċjali bħal dawk relatati mal-politika tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol jew tat-taħriġ professjonali. Hija biss il-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tosservax tali għan leġittimu u jekk l-awtorità leġiżlattiva jew regolamentari nazzjonali setgħetx leġittimament tqis, fid-dawl tal-marġni diskrezzjonali li jgawdu minnu l-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-politika soċjali, li l-mezzi magħżula kienu approprjati u neċessarji għat-twettiq ta’ dan il-għan.

3)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 78 jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jipprevedu, fil-kuntest tad-dritt nazzjonali, ċerti forom ta’ trattament differenti bbażat fuq l-età meta dan huwa “objettivament u raġonevolment” iġġustifikat minn għan leġittimu, bħall-politika tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol jew tat-taħriġ professjonali, u li l-mezzi għat-twettiq ta’ dan il-għan huma approprjati u neċessarji. Dan l-Artikolu jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu n-natura leġittima tal-għan invokat bħala ġustifikazzjoni sabiex jintlaħaq il-limitu probatorju mgħolli. Mhemmx lok li tingħata importanza partikolari lill-fatt li l-kelma “raġonevolment”, użata fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmija Direttiva, mhijiex imniżżla fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ din tal-aħħar.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


Top