EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0300

Kawża magħquda T-300/05 u T-316/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 2 ta’ Ottubru 2009 — Ċipru vs Il-Kummissjoni ( Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda — Regolament (KE) Nru 651/2005 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Punt ta’ tluq — Dewmien — Emenda ta’ dispożizzjoni ta’ regolament — Ftuħ mill-ġdid tar-rikors kontra din id-dispożizzjoni u kontra d-dispożizzjonijiet kollha li flimkien magħha jifformaw grupp ta’ regoli wieħed — Inammissibbiltà — Regolament (KE) Nru 832/2005 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, isoglukożju u fruttożju — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Kompetenza — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Rikors għal annullament — Proporzjonalità — Motivazzjoni — Nonretroattività — Kolleġjalità )

ĠU C 282, 21.11.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/37


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Ottubru 2009 — Ċipru vs Il-Kummissjoni

(Kawża magħquda T-300/05 u T-316/05) (1)

(“Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Regolament (KE) Nru 651/2005 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Punt ta’ tluq - Dewmien - Emenda ta’ dispożizzjoni ta’ regolament - Ftuħ mill-ġdid tar-rikors kontra din id-dispożizzjoni u kontra d-dispożizzjonijiet kollha li flimkien magħha jifformaw grupp ta’ regoli wieħed - Inammissibbiltà - Regolament (KE) Nru 832/2005 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, isoglukożju u fruttożju - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Kompetenza - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Rikors għal annullament - Proporzjonalità - Motivazzjoni - Nonretroattività - Kolleġjalità”)

2009/C 282/68

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: P. Kliridis, K. Lykourgos u A. Pantazi-Lamprou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Visaggio u H. Tserepa-Lacombe, sussegwentement T. van Rijn u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Estonja (Kawża T-316/05) (rappreżentant: L. Uibo, aġent); u Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentant: E. Balode-Buraka, aġent)

Suġġett

Fil-Kawża T-300/05, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2005, tat-28 ta’ April 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 108, p. 3), u, fil-Kawża T-316/05, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005, tal-31 ta’ Mejju 2005, dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 138, p. 3).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Ir-Repubblika ta’Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.

(3)

Ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Latvja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 271, 29.10.2005.


Top