Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0174

    Kawża T-174/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 30 ta’ Settembru 2009 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-aċidu monokloraċetiku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq u iffissar tal-prezzijiet — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Attribuzzjoni ta’ aġir illegali — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Prinċipju ta’ legalità tal-pieni — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Abbuż ta’ poter — Multi )

    ĠU C 282, 21.11.2009, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/36


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Settembru 2009 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-174/05) (1)

    (“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-aċidu monokloraċetiku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq u iffissar tal-prezzijiet - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Attribuzzjoni ta’ aġir illegali - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Prinċipju ta’ legalità tal-pieni - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Abbuż ta’ poter - Multi”)

    2009/C 282/66

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Elf Aquitaine SA (Coubevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u É. Friedel, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bouquet u F. Amato, sussegwentement minn A. Bouquet u X. Lewis, aġenti)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba għall-annullament tal-Artikoli 1(d), 2(c), 3 u 4(9) tad-Deċiżjoni C(2004)4876 finali tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/37.773 — AMCA), u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 2(c) tal-imsemmija deċiżjoni u, b’mod iktar sussidjarju, talba għal modifika tal-Artikolu 2(c) tal-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 171, 9.7.2005.


    Top