This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016IP0276
European Parliament resolution of 9 June 2016 on Vietnam (2016/2755(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-Vjetnam (2016/2755(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-Vjetnam (2016/2755(RSP))
ĠU C 86, 6.3.2018, p. 122–125
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/122 |
P8_TA(2016)0276
Il-Vjetnam
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-Vjetnam (2016/2755(RSP))
(2018/C 086/18)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Vjetnam, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-18 ta' Diċembru 2015 mill-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar l-arrest tal-avukat Nguyễn Văn Đài, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tas-7 ta' Marzu 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kelliem tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-13 ta' Mejju 2016 f'Ġinevra, dwar it-Turkija, il-Gambja u l-Vjetnam, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta' Ġunju 2016 mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, Heiner Bielefeldt, u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura, Juan E. Méndez, li ġiet endorsjata mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, Michel Forst, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, Maina Kiai, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni, David Kaye, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-vjolenza kontra n-nisa, il-kawżi u l-konsegwenzi tagħha, Dubravka Šimonović, u l-Grupp ta' Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2012 u d-djalogu annwali UE-Vjetnam dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Gvern tal-Vjetnam, li l-aħħar laqgħa tiegħu nżammet fil-15 ta' Diċembru 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Vjetnam aderixxa miegħu fl-1982, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, li tagħha l-Vjetnam huwa parti stat kontraenti sa mill-1982, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura, li ġiet irratifikata mill-Vjetnam fl-2015, |
— |
wara li kkunsidra l-Eżitu tal-Eżami Perjodiku Universali dwar il-Vjetnam mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-28 ta' Jannar 2014, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-UE tqis li l-Vjetnam huwa sieħeb importanti fl-Asja; billi fl-2015 seħħ il-25 anniversarju tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Vjetnam; billi dawn ir-relazzjonijiet ġew estiżi rapidament mill-kummerċ u l-għajnuna għal relazzjoni aktar globali; |
B. |
billi l-Vjetnam ilu Stat b'partit wieħed sa mill-1975, fejn il-Partit Komunista tal-Vjetnam (CPV) ma jippermetti l-ebda kontestazzjoni għat-tmexxija tiegħu u jikkontrolla l-Assemblea Nazzjonali u l-qrati; |
C. |
billi l-awtoritajiet Vjetnamiżi ħadu miżuri ħorox b'reazzjoni għal serje ta' dimostrazzjonijiet li seħħew fil-pajjiż kollu f'Mejju 2016, li kienu organizzati insegwitu ta' katastrofu ekoloġiku li qered l-istokkijiet tal-ħut tal-pajjiż; |
D. |
billi avukat u attivist tad-drittijiet tal-bniedem Vjetnamiż Lê Thu Hà, ġie arrestat fis-16 ta' Diċembru 2015, fl-istess waqt li ġie arrestat għal twettiq ta' propaganda kontra l-istat, sieħbu Nguyễn Văn Đài, avukat prominenti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; billi fit-22 ta' Frar 2016, id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Trần Minh Nhật ġie attakkat minn uffiċjal tal-pulizija f'daru fid-distrett ta' Lâm Hà fil-Provinċja ta' Lâm Đồng; billi Trần Huỳnh Duy Thức, li ntbagħat il-ħabs fl-2009 wara proċess mingħajr difiża effettiva, ġie kkundanat b'sentenza ta' 16-il sena segwiti minn ħames snin ta' arrest domiċiljarju; billi hemm tħassib serju għall-qagħda tas-saħħa li sejra għall-agħar tad-dissident Buddist Thích Quảng Độ, li bħalissa qiegħed taħt arrest domiċiljarju; |
E. |
billi partiti politiċi indipendenti, trejdjunjins u organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem huma pprojbiti fil-Vjetnam, u hemm bżonn ta' approvazzjoni uffiċjali għal-laqgħat pubbliċi; billi xi protesti paċifiċi ġew kontrollati sew mill-pulizija, u l-attivisti prominenti nżammu taħt arrest domiċiljari, filwaqt li dimostrazzjonijiet oħra ġew sfrattati jew ġew projbiti għalkollox milli jsiru; |
F. |
billi l-miżuri b'firxa wiesgħa tal-pulizija biex jipprevjenu u jikkastigaw il-parteċipazzjoni fid-dimostrazzjonijiet irriżultaw f'għadd ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi t-tortura u trattamenti jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti, kif ukoll fi vjolazzjonijiet tad-drittijiet bażiċi ta' għaqda paċifika u ta' libertà ta' moviment; billi l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni u t-trattament tal-priġunieri huma ħorox, b'rapporti ta' mill-inqas seba' mwiet fil-kustodja tal-pulizija fl-2015 li fir-rigward tagħhom tqajmu suspetti ta' każijiet ta' tortura jew forom oħra ta' trattament ħażin mill-pulizija; |
G. |
billi, minkejja li aċċetta 182 mill-227 rakkomandazzjoni ppreżentati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-eżami perjodika tagħha ta' Ġunju 2014, il-Vjetnam irrifjuta r-rakkomandazzjonijiet bħalma huma l-ħelsien tal-priġunieri politiċi u l-persuni detenuti mingħajr akkuża jew proċess, ir-riforma legali biex tintemm il-priġunerija politika, il-ħolqien ta' istituzzjoni nazzjonali indipendenti għad-drittijiet tal-bniedem u miżuri oħra mmirati lejn il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku; billi, madankollu, il-Vjetnam reċentement ippermetta gruppi internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem jiltaqgħu mar-rappreżentanti tal-oppożizzjoni u uffiċjali tal-gvern għall-ewwel darba mit-tmiem tal-Gwerra tal-Vjetnam; |
H. |
billi l-Vjetnam jibqa' jinvoka dispożizzjonijiet fil-kodiċi kriminali relatati mas-“sigurtà nazzjonali”, ifformulati b'mod vag bħal pereżempju “propaganda kontra l-istat”, “sovversjoni” jew “abbuż tal-libertajiet demokratiċi” sabiex jinkrimina u jsikket lid-dissidenti politiċi, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lil dawk li jitqiesu kritiċi fil-konfronti tal-gvern; |
I. |
billi f'Mejju 2016, il-korrispondent tal-BBC, Jonathan Head, ġie allegatament ipprojbit milli jkopri ż-żjara tal-President Obama fil-Vjetnam u ġie privat mill-akkreditazzjoni, mingħajr ma ngħatatlu raġuni uffiċjali; billi l-liċenzja ta' ġurnalist ta' Kim Quốc Hoa, l-eks Kap Editur tal-gazzetta Người Cao Tuổi, ġiet revokata fil-bidu tal-2015 u aktar tard ġie mħarrek bis-saħħa tal-Artikolu 258 tal-kodiċi kriminali għal abbuż tal-libertajiet demokratiċi, wara li l-gazzetta esponiet għadd ta' uffiċjali korrotti; |
J. |
billi fil-klassifika tal-2016 tal-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-organizzazzjoni Reporters mingħajr fruntieri, il-Vjetnam jinsab fil-175 post minn 180 pajjiż u billi l-midja tal-istampa u tax-xandir hija kkontrollata mill-partit CPV, mill-militari jew entitajiet oħra tal-gvern; billi d-Digriet 72 tal-2013 ikompli jillimita d-diskors fuq blogs u l-midja soċjali, u d-Digriet 174 tal-2014 japplika pieni ħorox fuq il-midja soċjali u l-utenti tal-internet li jesprimu “propaganda kontra l-istat” jew “ideoloġiji reazzjonarji”; |
K. |
billi l-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin hija ripressa u ħafna minoranzi reliġjużi qed isofru persekuzzjoni reliġjuża ħarxa, inklużi membri tal-Knisja Kattolika u reliġjonijiet mhux rikonoxxuti bħalma huma l-Knisja Buddista Unifikata tal-Vjetnam, għadd ta' knejjes Protestanti u membri tal-minoranza etniko-reliġjuża Montagnard, kif osserva r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin meta żar il-Vjetnam; |
L. |
billi f'April 2016, il-Vjetnam adotta Liġi dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni u Liġi dwar l-Istampa emendata li jirrestrinġu l-libertà ta' espressjoni u jsaħħu ċ-ċensura, kif ukoll regolamenti li jipprojbixxu dimostrazzjonijiet barra mill-qrati waqt li jkunu għaddejjin il-proċessi; |
M. |
billi fl-Indiċi ta’ Disparità bejn is-Sessi tal-Forum Ekonomiku Dinji, il-Vjetnam niżel mit-42opost fl-2007 għat-83 post fl-2015, u billi l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa kkritikat lill-awtoritajiet Vjetnamiżi talli naqsu milli jihfmu “il-kunċett ta' ugwaljanza sostantiva tal-ġeneru”; billi minkejja li sar xi progress, il-vjolenza domestika, it-traffikar ta' nisa u bniet, il-prostituzzjoni, l-HIV/AIDS u l-ksur tad-drittijiet sesswali u riproduttivi għadhom jirrappreżentaw problema fil-Vjetnam; |
N. |
billi l-Ftehim Komprensiv ta' Sħubija u Kooperazzjoni għandu l-għan li jistabbilixxi sħubija moderna, b'bażi estensiva u ta' benefiċċju reċiproku, abbażi ta' interessi u prinċipji kondiviżi bħalma huma l-ugwaljanza, ir-rispett reċiproku, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; |
O. |
billi l-UE faħħret lill-Vjetnam għall-progress kontinwu fil-qasam tad-drittijiet soċjoekonomiċi, filwaqt li tesprimi tħassib persistenti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet politiċi u ċivili; billi, madankollu, fid-djalogu annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-UE qajmet il-kwistjonijiet dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' espressjoni, il-libertà tal-midja u l-libertà ta' għaqda; |
P. |
billi l-UE hija l-akbar suq ta' esportazzjoni tal-Vjetnam; billi l-UE flimkien mal-Istati Membri tagħha hija l-akbar fornitur ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp lill-Vjetnam, u billi se jkun hemm żieda fil-baġit tal-UE ta' 30 % għal dan il-għan għal EUR 400 miljun fl-2014-2020; |
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tas-sħubija u d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam; ifaħħar ir-ratifika mill-Vjetnam fis-sena preċedenti tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura; |
2. |
Jistieden lill-Gvern tal-Vjetnam iwaqqaf minnufih kull fastidju, intimidazzjoni, u persekuzzjoni tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, tal-attivisti soċjali u ta' dawk ambjentali; jinsisti li l-Gvern għandu jirrispetta d-dritt ta' dawn l-attivisti għal protesti paċifiċi u għandu jillibera lil dawk li għadhom inġustament miżmuma; jitlob ir-rilaxx immedjat ta' dawk kollha li ġew indebitament arrestati u ntbagħtu l-ħabs bħal Lê Thu Hà, Nguyễn Văn Đài, Trần Minh Nhật, Trần Huỳnh Duy Thức u Thích Quảng Độ; |
3. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-livelli dejjem akbar ta' vjolenza li qed titwettaq kontra dimostranti Vjetnamiżi li jkunu qed jesprimu r-rabja tagħhom dwar l-imwiet tal-massa tal-ħut matul il-kosta ċentrali tal-pajjiż; jitlob għall-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-investigazzjonijiet fuq id-diżastru ambjentali u biex dawk responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom; jitlob lill-Gvern tal-Vjetnam jirrispetta d-dritt għal-libertà ta' għaqda f'konformità mal-obbligi internazzjonali tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; |
4. |
Jikkundanna l-kundanni u l-pieni ħorox mogħtija lill-ġurnalisti u l-bloggers fil-Vjetnam bħalma huma Nguyễn Hữu Vinh u l-kollega tiegħu Nguyễn Thị Minh Thúy, u Đặng Xuân Diệu, u jappella għall-ħelsien tagħhom; |
5. |
Jiddeplora l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam, inkużi l-intimidazzjoni politika, il-fastidju, l-aggressjoni, l-arresti arbitrarji, il-pieni ħorox ta' priġunerija u l-proċessi inġusti, imwettaq kontra attivisti politiċi, ġurnalisti, bloggers, dissidenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kemm onlajn kif ukoll offlajn, ksur li jmur biċ-ċar kontra l-obbligi internazzjonali tal-Vjetnam fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; |
6. |
Jesprimi tħassib dwar il-kunsiderazzjoni mill-Assemblea Nazzjonali ta' Liġi dwar l-Għaqdiet u ta' Liġi dwar it-Twemmin u r-Reliġjon li huma inkompatibbli man-normi internazzjonali tal-libertà ta' għaqda u l-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin; |
7. |
Iħeġġeġ lill-Vjetnam isaħħaħ aktar il-kooperazzjoni mal-mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem u jtejjeb il-konformità ma' mekkaniżmi ta' rappurtar tal-korpi previsti mit-trattati; itenni l-appell tiegħu għal progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perijodiku Universali; |
8. |
Itenni t-talba tiegħu għar-reviżjoni ta' artikoli speċifiċi fil-kodiċi kriminali Vjetnamiż li huma użati biex titrażżan il-libertà ta' espressjoni; iqis li huwa ta' dispjaċir li l-ebda wieħed mit-18 000 priġunier li ngħataw amnestija fit-2 ta' Settembru 2015 ma kien priġunier politiku; jikkundanna l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u fil-ħabsijiet tal-Vjetnam u jitlob li l-awtoritajiet Vjetnamiżi jiggarantixxu l-aċċess bla restrizzjonijiet għal konsulenza legali; |
9. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Vjetnam jistabbilixxi mekkaniżmi ta' responsabbiltà effikaċi għall-forzi tal-pulizija u għall-aġenziji ta' sigurtà tiegħu, bl-għan li jitwaqqaf l-abbuż kontra l-priġunieri u d-detenuti; |
10. |
Jitlob lill-awtoritajiet itemmu l-persekuzzjoni reliġjuża u jemendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar l-istatus tal-komunitajiet reliġjużi bil-għan li jerġa' jiġi stabbilit l-istatus ġuridiku tar-reliġjonijiet mhux rikonoxxuti; Jitlob lill-Vjetnam jirtira l-ħames abbozz tal-Liġi dwar it-Twemmin u r-Reliġjon, li bħalissa għaddejja minn dibattitu fl-Assemblea Nazzjonali, u jħejji abbozz ġdid li jkun konformi mal-obbligi tal-Vjetnam fis-sens tal-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; jappella għall-ħelsien tal-mexxejja reliġjużi, inklużi l-Pastor Nguyễn Công Chính, Trần Thị Hồng u Ngô Hào; |
11. |
Jitlob li l-Vjetnam jiġġieled lid-diskriminazzjoni kontra n-nisa billi jintroduċi leġiżlazzjoni kontra t-traffikar u billi jieħu passi effettivi biex irażżan il-vjolenza domestika u l-ksur tad-drittijiet riproduttivi; |
12. |
Ifaħħar lill-Vjetnam għar-rwol ewlieni tiegħu fl-Asja fir-rigward tal-iżvilupp tad-drittijiet tal-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneri u intersesswali (LGBTI), b'mod partikolari l-liġi adottata reċentement dwar iż-żwieġ u l-familja li tippermetti ċerimonji taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess; |
13. |
Jitlob lill-Kummissjoni Intergovernattiva tal-ASEAN għad-Drittijiet tal-Bniedem teżamina s-sitwazzjoni dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam, b'enfasi speċjali fuq il-libertà ta' espressjoni, u toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-pajjiż; |
14. |
Jistieden lill-Gvern Vjetnamiż joħroġ stedina permanenti għall-Proċeduri Speċjali tan-NU, u b'mod partikolari stediniet lir-Rapporteur Speċjali dwar il-libertà ta' espressjoni u lir-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; |
15. |
Jitlob lill-UE żżid id-djalogu politiku tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Vjetnam fil-qafas tal-Ftehim Komprensiv ta' Sħubija u Kooperazzjoni; |
16. |
Jitlob lid-Delegazzjoni tal-UE tuża l-għodod u l-istrumenti xierqa kollha biex takkumpanja lill-Gvern tal-Vjetnam f'dawn il-passi u jappoġġjaw u jipproteġu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-importanza tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-awtoritajiet Vjetnamiżi, b'mod partikolari jekk dan id-djalogu jiġi segwit minn implimentazzjoni reali; jisħaq li dan id-djalogu għandu jkun effikaċi u orjentat lejn ir-riżultati; |
17. |
Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Gvern Vjetnamiż fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN u l-appoġġ tiegħu għas-sħubija tal-EU mas-Summit tal-Asja tal-Lvant; |
18. |
Ifaħħar lill-Vjetnam talli laħaq għadd sinifikanti ta' Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, u jistieden lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni jkomplu jipprovdu appoġġ kontinwu lill-awtoritajiet Vjetnamiżi u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż fl-ambitu tal-Aġenda għall-Iżvilupp ta' wara l-2015; |
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Vjetnam, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-istati membri tal-ASEAN, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |