Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XC1125(04)

    Avviż għall-Importaturi — Importazzjonijiet ta’ prodotti tat-tonn mit-Tajlandja lejn l-Unjoni Ewropea

    ĠU C 392, 25.11.2015, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 392/8


    Avviż għall-Importaturi

    Importazzjonijiet ta’ prodotti tat-tonn mit-Tajlandja lejn l-Unjoni Ewropea

    (2015/C 392/07)

    Permezz ta’ avviż għall-importaturi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 220 tal-1 ta’ Awwissu 2013, p. 7, il-Kummissjoni infurmat lill-operaturi tal-UE li jippreżentaw evidenza tal-oriġini f’forma ta’ dokument (il-Formola A — Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi) bil-għan li jibbenefikaw minn trattament preferenzjali għat-tonn fil-landa u l-flettijiet iffriżati tat-tonn tas-subintestatura 1604 14 tas-SA, importati mit-Tajlandja, biex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, peress li kien hemm dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni xierqa tat-trattament tariffarju preferenzjali u l-applikabbiltà tal-provi tal-oriġini ppreżentati lill-Unjoni għal dawk l-oġġetti. Ir-rilaxx tal-prodotti kkonċernati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jista’ jagħti lok għal dejn doganali, iwassal għall-frodi u, konsegwentement, jaffettwa b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tal-UE.

    F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1421/2013 (1), li jemenda l-Annessi I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015 it-Tajlandja tneħħiet mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP tal-Unjoni.

    Għalhekk l-avviż għall-importaturi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 220 tal-1 ta’ Awwissu 2013 ma għadx għandu skop fir-rigward tal-kunsinni tal-prodotti konċernati ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-1 ta’ Jannar 2015 jew wara din id-data u huwa b’dan irtirat.


    (1)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1421/2013 tat-30 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 355, 31.12.2013, p. 1).


    Top