EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014DP0217

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u Assemblej Parlamentari multilaterali (2014/2632(RSO))

ĠU C 378, 9.11.2017, p. 265–268 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/265


P7_TA(2014)0217

In-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u Assemblej Parlamentari multilaterali

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u Assemblej Parlamentari multilaterali (2014/2632(RSO))

(2017/C 378/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' kooperazzjoni, u ftehimiet oħra konklużi mill-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi,

wara li kkunsidra l-Artikoli 198 u 200 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

waqt li jinsab anzjuż biex isaħħaħ id-demokrazija parlamentari billi jfittex li jkun hemm djalogu interparlamentari kontinwu;

1.

Jiddeċiedi dwar in-numru tad-delegazzjonijiet u tal-gruppi reġjonali tagħhom kif ġej:

(a)

L-Ewropa, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija

Delegazzjonijiet għal:

Kumitat Parlamentari Konġunt UE-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Isvizzera, l-Islanda u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni (SAPC) UE-Serbja

Delegazzjoni għall-iSAPC UE-Albanija

Delegazzjoni għall-iSAPC UE-Montenegro

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bosnja-Ħerzegovina u mal-Kosovo

(b)

Ir-Russja u l-istati tas-Sħubija tal-Lvant

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Russja

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Ukraina

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Moldova

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bjelorussja

Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Armenja, UE-Azerbajġan u UE-Ġeorġja

(c)

Il-Magreb, Il-Maxreq, l-Iżrael, u l-Palestina

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Iżrael

mal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan

mal-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi

mal-pajjiżi tal-Maxreq

(d)

Il-Peniżola Għarbija, l-Iraq u l-Iran

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afrika t'Isfel:

mal-Peniżola Għarbija

mal-Iraq

mal-Iran

(e)

Il-Kontinent Amerikan

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Istati Uniti

mal-Kanada

mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil

mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali

mal-pajjiżi tal-Komunità Andina

mal-Mercosur

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Cariforum-UE

(f)

l-Ażja/Paċifiku

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Ġappun

mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

mal-Indja

mal-Afganistan

mal-pajjiżi tal-Ażja t'Isfel

mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ażja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Ażja (ASEAN)

mal-Peniżola Koreana

mal-Awstralja u New Zealand

Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Kazakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Uzbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja

(g)

L-Afrika

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Afrika t’Isfel

mal-Parlament Pan-Afrikan

(h)

L-Assemblej Multilaterali

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latina-Amerikana

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO;

2.

Jiddeċiedi li l-membri tal-kumitati parlamentari li nħolqu abbażi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) għandhom ikunu esklussivament mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Iżvilupp – filwaqt li tiġi żgurata ż-żamma tar-rwol prinċipali tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali bħala l-kumitat responsabbli – u dawn għandhom jikkoordinaw b’mod attiv il-ħidma tagħhom mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE;

3.

Jiddeċiedi li s-sħubija tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana u l-Assemblea Parlament Euronest għandhom ikunu esklussivament mid-delegazzjonijiet bilaterali jew sottoreġjonali koperti minn kull Assemblea;

4.

Jiddeċiedi li s-sħubija tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO għandhom ikunu esklussivament mis-Sottokumitat dwar is-Sigurtà u d-Difiża;

5.

Jiddeċiedi li l-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tfassal abbozz ta' kalendarju ta' sitt xhur, li għandu jkun adottat mill-Konferenza tal-Presidenti b'konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bil-patt li, madankollu, il-Konferenza tal-Presidenti tista' tbiddel il-kalendarju sabiex ikun hemm lok għal reazzjoni għal avvenimenti politiċi;

6.

Jiddeċiedi li l-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati għandhom jaħtru sostituti permanenti biex ikunu parti minn kull tip ta' delegazzjoni u li n-numru ta' dawn is-sostituti ma jistax jaqbeż in-numru ta' membri sħaħ li jirrappreżentaw lill-gruppi jew il-Membri mhux affiljati;

7.

Jiddeċiedi li jintensifika l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni mal-kumitati kkonċernati bix-xogħol tad-delegazzjonijiet billi jorganizza laqgħat konġunti bejn dawn il-korpi fil-postijiet tax-xogħol tas-soltu tiegħu;

8.

Se jagħmel ħiltu biex jiżgura fil-prattika li rapporteur wieħed jew aktar jew president wieħed jew aktar tal-kumitati jkunu jistgħu wkoll jieħdu sehem fil-proċedimenti tad-delegazzjonijiet, tal-kumitati interparlamentari konġunti, tal-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u l-assemblej parlamentari multilaterali; u jiddeċiedi li l-Presidenti fuq talba konġunta taċ-chairpersons tad-delegazzjoni u l-kumitat ikkonċernati, għandu jawtorizza missjonijiet ta' dan it-tip;

9.

Jiddeċiedi li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel sessjoni parzjali tat-tmien leġiżlatura;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.


Top