Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC1207(01)

    Avviż mill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill- 1 ta' April sat- 30 ta' Ġunju 2014 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur

    ĠU C 358, 7.12.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 358/2


    Avviż mill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2014 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur

    2013/C 358/03

    Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 (1) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti mis-setturi tal-laħam tat-tjur. It-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni li tressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ottubru 2013 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2014, għall-kwoti 09.4212, 09.4217, 09.4218 u 09.4256, kienu jkopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. F’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux talbiet, huma miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2014, u jidhru fl-Anness ta' dan l-Avviż.


    (1)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


    ANNESS

    Nru tal-ordni tal-kwota

    Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2014

    (f'kg)

    09.4212

    44 864 920

    09.4217

    12 369 400

    09.4218

    9 276 800

    09.4256

    3 245 004


    Top