This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013AE0164
Opinion of the European Economic and Social Committee on the ‘Proposal for a directive of the European Parliament and of the Council on the harmonisation of the laws of the Member States relating to the making available on the market of radio equipment’ COM(2012) 584 final — 2012/0283 (COD)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju” COM(2012) 584 final — 2012/0283 (COD)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju” COM(2012) 584 final — 2012/0283 (COD)
ĠU C 133, 9.5.2013, p. 58–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/58 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju”
COM(2012) 584 final — 2012/0283 (COD)
2013/C 133/11
Relatur: is-Sur HERNÁNDEZ BATALLER
Nhar il-25 ta’ Ottubru 2012 u nhar il-5 ta’ Novembru 2012, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 26 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju
COM(2012) 584 final – 2012/0283 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar il-5 ta’ Frar 2013.
Matul l-487 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-13 u l-14 ta’ Frar 2013 (seduta tat-13 ta’ Frar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’74 vot favur, l-ebda (0) vot kontra u astensjoni waħda (1).
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni fejn tiffaċilita s-sistema legali u tiċċara l-istandards eżistenti, waqt li ttejjeb il-koerenza tal-liġi tal-Unjoni, fil-kuntest tat-tqegħid fis-suq tal-merkanzija. |
1.2 |
Għandu jiġi nnotat li l-operaturi ekonomiċi kollha għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti, skont ir-rwol rispettiv tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-konsumaturi. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fl-ambitu tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, jiggarantixxu li l-prodotti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jirrispettaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva. |
1.3 |
Fir-rigward tar-regoli dwar il-penalitajiet, il-KESE jappella lill-Kummissjoni sabiex in-natura tal-penalitajiet, il-livell minimu tagħhom u t-tip ta’ mġiba li tiġi penalizzata jiġu ppreċiżati aktar fil-livell sovranazzjonali, minkejja li dawn huma previsti fil-leġislazzjoni tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Kumitat qiegħed jistenna b’interess li l-Kummissjoni tapprova l-hekk imsejjaħ “pakkett ta’ sorveljanza tas-suq” li jinkludi dettalji biex jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-armonizzazzjoni. |
1.4 |
Il-Kummissjoni, il-produtturi u l-konsumaturi għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li fil-ġejjieni tinħoloq sistema ġdida għall-immarkar li tiddetermina l-oriġini tal-prodotti u tiggarantixxi t-traċċabbiltà tagħhom, sabiex il-konsumaturi jkunu infurmati aħjar. |
2. Daħla
2.1 |
Il-qafas legali attwali, li ilu jeżisti mill-1999 (1), biex fil-livell tal-UE jitqiegħdu fis-suq, jiċċirkolaw b’mod ħieles u jitqiegħdu fis-servizz tagħmir tar-radju u tagħmir terminali għat-telekomunikazzjoni, kien fundamentali biex jinkiseb suq intern f’dan il-qasam. |
2.2 |
Il-KESE kien diġà stqarr (2) li kien favorevoli għal din id-Direttiva li kienet tinkludi rekwiżiti essenzjali għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà, għall-iżgurar tal-kompatibilità elettromanjetika u għall-evitar tal-interferenzi dannużi. Din segwiet l-hekk imsejjaħ “approċċ ġdid” għal-leġislazzjoni fis-sens li stabbilixxiet rekwiżiti tekniċi bħala standards armonizzati mhux obbligatorji, u llimitat ir-rekwiżiti leġislattivi għal dawk li kienu essenzjali (3). |
2.2.1 |
Il-qafas legali attwali huwa kumpless minħabba li, taħt id-Direttiva 1999/5/KE, huwa biss it-tagħmir li jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva li jista’ jitqiegħed fis-suq. Barra minn hekk, l-Istati Membri ma jistgħux jintroduċu aktar restrizzjonijiet li jindirizzaw l-istess rekwiżiti fil-livell nazzjonali, jiġifieri rigward il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà, il-garanzija tal-kompatibilità elettromanjetika u l-evitar tal-interferenzi dannużi. |
2.2.2 |
Leġislazzjoni oħra tal-UE, dik dwar l-aspetti ambjentali, tapplika wkoll għal dawn il-prodotti, b’mod partikolari d-Direttivi dwar is-sustanzi perikolużi, dwar l-iskart elettriku u elettroniku, dwar il-batteriji, kif ukoll il-miżuri ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-ekodisinn. |
2.2.3 |
Fl-istess ħin, it-tqegħid fis-servizz u l-użu tat-tagħmir tar-radju huma soġġetti għar-regolamentazzjoni nazzjonali. Huma u jeżerċitaw din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-leġislazzjoni tal-UE, partikolarment:
|
2.3 |
Ma’ dan kollu jrid jiżdied ir-rekwiżit li jkun hemm konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-UE, speċjalment mal-qafas leġislattiv il-ġdid għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, adottat fl-2008 (4) u li kien appoġġjat mill-KESE (5), minħabba li l-għan u l-użu tiegħu kienu li jistabbilixxi:
|
2.4 |
Sabiex tindirizza dan il-qafas legali kumpless, il-Kummissjoni qed tippreżenta proposta li għandha l-għan li tiċċara l-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/5/KE, u tissostitwixxiha sabiex tneħħi l-piżijiet amministrattivi bla bżonn għan-negozji u l-amministrazzjonijiet billi żżid il-flessibbiltà tal-ispettru u tiffaċilita l-proċeduri amministrattivi għall-użu tal-ispettru. |
3. Il-proposta tal-Kummissjoni
L-iżjed elementi sinifikanti tal-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva huma dawn li ġejjin:
3.1 |
L-armonizzazzjoni mad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (inklużi d-definizzjonijiet tal-kapitolu R1 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE; l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi; it-tliet moduli għall-valutazzjoni tal-konformità; l-obbligi għan-notifika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità; u l-proċeduri ssemplifikati ta’ salvagwardja). |
3.2 |
Din id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE kienet ġiet adottata flimkien mar-Regolament (KE) 765/2008 (dwar l-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq). Flimkien stabbilixxew kriterji għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern billi ġie introdott approċċ iżjed koerenti tal-politika ta’ armonizzazzjoni teknika fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti, kif ukoll sistema ta’ sorveljanza iżjed effikaċi għall-merkanzija kollha introdotta fis-suq li tkun ġejja mill-UE jew minn pajjiżi terzi. Huma saħħew ukoll il-protezzjoni tal-konsumatur fi ħdan is-suq uniku. |
3.3 |
Ġiet stabbilita definizzjoni ġdida ta’ “tagħmir tar-radju” li tinkludi biss it-tagħmir kollu li intenzjonalment jittrażmetti sinjali li jużaw l-ispettru tar-radju, kemm jekk bl-iskop li ssir komunikazzjoni u kemm jekk le, u għaldaqstant it-titlu l-ġdid ser ikun “Direttiva dwar it-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju”. Din id-Direttiva ma tapplikax għat-tagħmir terminali tal-linja fissa. |
3.4 |
Permezz tal-proposta ser ikun possibbli:
|
3.5 |
Hija tintroduċi l-possibbiltà li jkun hemm rekwiżit għar-reġistrazzjoni f’sistema ċentrali tal-prodotti f’kategoriji li juru livelli baxxi ta’ konformità, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar il-konformità pprovduta mill-Istati Membri. |
3.6 |
Il-proposta tiċċara r-relazzjoni bejn id-Direttiva 1999/5/KE u l-leġislazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar l-użu tal-ispettru tar-radju. |
3.7 |
Hija tissemplifika u tnaqqas l-obbligi amministrattivi li ġejjin:
|
3.8 |
Fl-aħħarnett, il-Proposta għal Direttiva timmira għall-armonizzazzjoni mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 dwar l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni u ta’ delega, kif ukoll l-eżerċizzju tad-delega. B’mod konkret dan ifisser li:
|
4. Kummenti ġenerali
4.1 |
Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, għax din tagħmel il-leġislazzjoni tal-UE aktar koerenti, b’konformità mal-Artikolu 7 tat-TFUE, billi tagħżel it-teknika leġislattiva tas-“sostituzzjoni” fejn il-leġislazzjoni tiġi riformulata permezz tal-adozzjoni ta’ att legali ġdid li jintegra f’test uniku t-tibdil fundamentali u d-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta’ att preċedenti, peress li l-att il-ġdid jieħu post u jħassar dak ta’ qabel, u jadatta t-terminoloġija għal dik tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE u tat-Trattat ta’ Lisbona. |
4.2 |
Il-moviment liberu tal-merkanzija huwa waħda mill-erba’ libertajiet fundamentali tat-Trattati u l-Proposta għal Direttiva tħeġġeġ il-moviment liberu ta’ merkanzija sigura, billi ssaħħaħ il-ħarsien tal-konsumaturi u l-kompetittività tan-negozji, u toħloq kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta għall-operaturi ekonomiċi. |
4.3 |
Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet li għandhom iroddu lura l-kompetittività lill-industrija Ewropea, il-KESE jqis li hu indispensabbli li s-suq intern jiggarantixxi interoperabilità sħiħa, billi titnaqqas il-frammentazzjoni, kemm tas-swieq nazzjonali kif ukoll tal-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni. |
4.4 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi żviluppata politika proattiva tal-industrija li tirrifletti aħjar il-bilanċ bejn il-kapaċitajiet tal-produtturi, qafas tekniku u regolatorju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u fuq kollox, it-tipi ta’ prodotti li jissodisfaw standards, regolamentazzjoni u proċeduri armonizzati komuni. |
4.5 |
L-adozzjoni ta’ standards tekniċi u regolatorji għandha sseħħ skont il-prinċipji tal-politika l-ġdida ta’ standardizzazzjoni, billi tiggarantixxi l-viżibbiltà u t-trasparenza tal-ħidma, u bis-sehem sħiħ tal-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili organizzata. |
5. Kummenti speċifiċi
5.1 |
Rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, l-Artikolu 1(3) jeskludi sensiela sħiħa ta’ tagħmir tar-radju li jintuża esklużivament għas-“sigurtà pubblika”, li barra mid-difiża jew is-sigurtà tal-Istat, jinkludi kunċetti oħra bħall-“ġid ekonomiku tal-Istat”, li għandhom jiġu definiti jew iċċarati biex id-dispożizzjoni tkun aktar ċara. |
5.1.1 |
Barra minn hekk, minkejja li dan it-tip ta’ tagħmir huwa eskluż mill-Artikolu 1(3), xorta waħda ma jidhirx fl-Anness I bħala “Tagħmir mhux kopert minn din id-Direttiva”. |
5.2 |
Il-KESE huwa favur il-promozzjoni tal-interoperabilità permezz ta’ netwerks ma’ tagħmir ieħor tar-radju, kif ukoll tal-konnessjoni ma’ interfaċċji tat-tip adegwat madwar l-Unjoni kollha, għax dan jista’ jissemplifika l-użu tat-tagħmir tar-radju u jiffaċilita l-interoperabilità bejn it-tagħmir tar-radju u l-aċċessorji. |
5.3 |
Sabiex tittejjeb il-protezzjoni tad-data u l-privatezza tal-utenti, għandha tiġi żviluppata dimensjoni etika u soċjali għall-applikazzjonijiet teknoloġiċi tas-sigurtà sa minn mindu jitfasslu, sabiex jiġi żgurat li jiġu aċċettati soċjalment. Il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini għandha tiġi żgurata fil-fażijiet kollha, mit-tfassil sal-istandardizzazzjoni u l-applikazzjoni teknoloġika fil-prattika, billi tiddaħħal sa mill-aktar fażijiet bikrin. |
5.4 |
Għandhom jiġu ċċarati r-rekwiżiti ta’ tqegħid fis-suq applikabbli kemm għall-prodotti tal-UE kif ukoll għall-prodotti ta’ pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-Artikolu 6 għandu jindika s-sitwazzjonijiet li fihom huwa mistenni li jiġu rispettati r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti mid-Direttiva (standards armonizzati Ewropej, standards internazzjonali ppubblikati mill-Kummissjoni) kif ukoll il-każijiet ta’ standards nazzjonali addizzjonali. |
5.5 |
Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-prodotti disponibbli fis-suq ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’rabta mal-medda meqjusa, bil-għan li jiġu evitati interferenzi fil-medda ta’ 800 MHz kif ukoll “kontaminazzjoni bla bżonn tal-ispettru tar-radju”. Rakkomandazzjoni bħal din hija speċjalment bżonjuża fir-reġjuni transkonfinali fejn huwa mixtieq li jiġu armonizzati l-iskedi u t-teknoloġiji li ser jiġu implimentati. |
5.6 |
Il-KESE huwa favur li jingħata aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza, b’mod speċjali għall-persuni b’diżabilità, u għalhekk it-tagħmir irid jitfassal b’mod li jkun kompatibbli mal-funzjonijiet meħtieġa. |
5.7 |
Huwa importanti ħafna li l-operaturi ekonomiċi kollha jkunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwol rispettiv tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-konsumaturi, u fl-istess ħin biex tiġi garantita l-eżistenza ta’ kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. |
5.8 |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fl-ambitu tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, jiggarantixxu li l-prodotti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jirrispettaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Irid jiġi żgurat li l-importaturi li jintroduċu l-prodotti fis-suq jirrispettaw ir-rekwiżiti kollha u ma jdaħħlux prodotti li ma jirrispettawx dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw riskji. |
5.9 |
Għandha tiġi żgurata t-traċċabbiltà tat-tagħmir tar-radju fil-katina kollha tal-provvista bħala mezz ta’ sorveljanza tas-suq li jiffaċilita d-dritt tal-konsumaturi għall-informazzjoni. |
5.10 |
Il-KESE jtenni (6) li s-sistema attwali tal-marka ma tiżgurax li l-prodott ikun għadda minn proċess għall-garanzija tal-kwalità u tas-sigurtà, u dan jiddiżappunta l-istennijiet tal-konsumaturi. |
5.11 |
Rigward is-sistema ta’ akkreditazzjoni u ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-KESE jemmen li għandu jkun hemm l-istess livell ta’ kompetenza għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità notifikati, kriterji ta’ għażla aktar stretti, u proċeduri ta’ għażla armonizzati għall-valutazzjoni tal-konformità. |
5.12 |
Barra minn hekk, il-KESE jqis li hemm bżonn li jissaħħu l-kundizzjonijiet ta’ indipendenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità notifikati, waqt li l-inkompatibbiltajiet li huma stabbiliti fl-Artikolu 26(4) jiġu estiżi għas-sentejn jew tliet snin qabel ma titwettaq il-valutazzjoni. |
5.13 |
Il-KESE jinsab imħasseb dwar l-“atti delegati” previsti fil-proposta li, xi drabi, ma fihomx id-dettalji prattiċi meħtieġa, bħalma hu l-każ pereżempju tal-Artikolu 5 dwar ir-reġistrazzjoni tat-tagħmir tar-radju f’xi kategoriji, li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tagħmel identifikazzjoni ex post mingħajr ma tispeċifika l-ebda kriterju, li jista’ jwassal biex il-marġni ta’ diskrezzjoni jkun wiesa’ wisq. |
5.14 |
Rigward ir-regoli dwar il-penalitajiet, fil-proposta għandu jiġi preċiżat, fil-livell supranazzjonali, it-tip u l-livell minimu tal-penalitajiet, li għandhom jiġu garantiti mil-leġislazzjoni tal-Istati Membri, peress li l-Proposta għal Direttiva ssemmi biss l-obbligu tal-awtoritajiet nazzjonali li jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet għal din l-imġiba permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri li jkunu “effettivi, proporzjonati u dissważivi”. Dan jista’ jwassal biex ċerti operaturi jmorru “forum shopping” għall-ġurisdizzjoni li taqbel l-aktar mal-interessi tagħhom jew li jinkiser il-prinċipju “ne bis in idem” f’każ ta’ penalitajiet konkorrenti. |
5.15 |
Il-KESE jirrakkomanda li jitnaqqas il-perjodu ta’ 5 snin stipulat fl-Artikolu 47(2) minħabba d-dinamiżmu tas-settur. |
Brussell, 13 ta’ Frar 2013.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(2) ĠU C 73, 9.3.1998, p. 10 (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/683/KEE (ĠU L 380 de 31.12.1990, p. 13 (mhux disponibbli bil-Malti)) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23), li llum tħassru.
(4) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30 u 82.
(5) ĠU C 120, 16.5.2008, p. 1.
(6) ĠU C 181, 21.06.2012, p. 105.