This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012XX1106(04)
Executive summary of the Opinion of the European Data Protection Supervisor on the Commission proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on improving securities settlement in the European Union and on central securities depositories (CSDs) and amending Directive 98/26/EC
Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tas-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar id-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li temenda d-Direttiva 98/26/KE
Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tas-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar id-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li temenda d-Direttiva 98/26/KE
ĠU C 336, 6.11.2012, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/13 |
Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tas-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar id-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li temenda d-Direttiva 98/26/KE
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR & DE fis-sit tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
2012/C 336/07
1. Daħla
1.1. Konsultazzjoni tal-KEPD
1. |
Fis-7 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tas-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar id-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li temenda d-Direttiva 98/26/KE (“il-proposta”). Din il-proposta ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni fl-istess jum. |
2. |
Il-KEPD jilqa’ l-fatt li jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni u jirrakkomanda li r-referenzi għal din l-Opinjoni jkunu inklużi fil-preamboli tar-Regolament propost. |
3. |
Il-proposta fiha dispożizzjonijiet li f’ċerti każijiet jista' jkollhom implikazzjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta għall-individwi kkonċernati bħas-setgħat investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti, l-iskambju ta’ informazzjoni, iż-żamma ta’ rekords, l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet, il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet u r-rapportar ta’ ksur. |
4. |
Hemm dispożizzjonijiet simili għal dawk imsemmija f’din l-Opinjoni f’bosta proposti pendenti u futuri possibbli, bħal dawk diskussi fl-Opinjonijiet tal-KEPD dwar il-Fondi Ewropej ta’ Kapital ta’ Riskju u l-Fondi ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropej (1), il-pakkett leġiżlattiv dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni bankarja, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MiFID/MiFIR) u l-abbuż tas-suq (2). Għaldaqstant, il-KEPD jirrakkomanda l-qari ta’ din l-Opinjoni b’konnessjoni mill-qrib mal-Opinjonijiet tiegħu dwar l-inizjattivi msemmija hawn fuq. |
1.2. Għanijiet u ambitu tal-Proposta
5. |
Kull kummerċ fit-titoli ġewwa jew barra post tan-negozju huwa segwit minn fluss ta’ proċessi ta’ wara n-negozju, li jwasslu għas-saldu tal-kummerċ, li jfisser l-għoti ta’ titoli lix-xerrej għall-għoti ta’ flus kontanti lill-bejjiegħ. Is-CSDs huma istituzzjonijiet ewlenin li jippermettu s-saldu billi jħaddmu dawk li jissejħu sistemi ta’ saldu ta’ titoli. Dawn huma l-istituzzjonijiet li jiffaċilitaw it-tranżazzjonijiet konklużi fis-swieq. Is-CSDs jiżguraw ukoll ir-reġistrar inizjali u l-manutenzjoni ċentrali tal-kontijiet tat-titoli li jirreġistraw kemm-il titolu nħareġ, minn min u kull bidla fiż-żamma ta’ dawk it-titoli. |
6. |
Filwaqt li huma ġeneralment siguri u effiċjenti fi ħdan il-fruntieri nazzjonali, is-CSDs jingħaqdu u jikkomunikaw b’mod inqas sigur bejn il-fruntieri, u dan ifisser li investitur iħabbat wiċċu ma' riskji u spejjeż akbar meta jagħmel investiment transkonfinali. In-nuqqas ta’ suq intern uniku effiċjenti għas-saldu jqajjem ukoll tħassib serju ieħor bħal pereżempju l-limitazzjoni tal-aċċess tal-emittenti tat-titoli għas-CSDs, reġimi u regoli ta’ liċenzjar nazzjonali differenti għas-CSDs madwar l-UE u kompetizzjoni limitata bejn is-CSDs nazzjonali differenti. Dawn l-ostakli jirriżultaw f’suq frammentat ħafna filwaqt li t-tranżazzjonijiet transkonfinali fl-Ewropa qegħdin dejjem jiżdiedu u s-CSDs qegħdin isiru dejjem aktar interkonnessi. |
7. |
Il-proposta għandha l-għan li tindirizza dawn il-problemi billi tintroduċi l-obbligu li t-titoli trasferibbli kollha jiġu rrappreżentati f’format ta’ entrata fil-kotba u li dawn jiġu rreġistrati fis-CSDs qabel ma jiġu nnegozjati f’ċentri regolati, u b’hekk tarmonizza l-perjodi tas-saldu u r-reġimi dixxiplinarji tas-saldu madwar l-UE, u tintroduċi sett ta’ regoli komuni li jindirizzaw ir-riskji tal-operazzjonijiet u s-servizzi tas-CSDs. |
8. |
Il-proposta sejra tagħlaq il-qafas regolatorju għall-infrastrutturi tas-suq tat-titoli, flimkien mad-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MiFID) għaċ-ċentri tan-negozjar, u l-proposta għal Regolament dwar tranżazzjonijiet tad-derivattivi (EMIR) għall-Kontropartijiet Ċentrali. |
3. Konklużjonijiet
48. |
Il-KEPD jilqa’ l-attenzjoni mogħtija b’mod speċifiku lill-protezzjoni tad-dejta fil-proposta. |
49. |
Il-KEPD jagħmel dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2012.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) Opinjoni tal-KEPD tal-14 ta’ Ġunju 2012, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu
(2) Opinjoni tal-KEPD tal-10 ta’ Frar 2012, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu