Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0608

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)

    /* KUMM/2011/0608 finali - 2011/0269 (COD) */

    52011PC0608

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020) /* KUMM/2011/0608 finali - 2011/0269 (COD) */


    {SEC(2011)1130 final}

    {SEC(2011)1131 final}

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    · Il-kuntest ġenerali

    Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar "Baġit għall-Ewropa 2020"[1] il-Kummissjoni Ewropea saħqet dwar il-ħtieġa li tittratta b'mod effettiv għadd ta' sfidi li joħolqu theddida serja għall-koeżjoni soċjali u għall-kompetittività. Dawn l-isfidi li qed joħolqu pressjoni huma prinċipalment: nuqqasijiet fil-livelli tal-ħiliet, rendiment baxx tal-politika tas-suq tax-xogħol attiv u fis-sistemi edukattivi, l-esklużjoni soċjali tal-gruppi marġinalizzati u mobbiltà baxxa tal-ħaddiema.

    F'dan il-kuntest, hija rikonoxxuta l-ħtieġa li jkun ipprovdut, għat-tul kollu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) 2014 – 2020, appoġġ speċifiku ta' darba għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar ipprovokati mill-globalizzazzjoni li qed tiżdied ta' xejriet ta' produzzjoni u ta' kummerċ. Bħalma ġara fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, dan l-appoġġ speċifiku għandu jingħata permezz tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wieħed mill-istrumenti speċjali kurrenti li l-mobilizzazzjoni tiegħu ma taffettwax il-limitu tan-nefqa tal-MFF.

    Fl-istess Komunikazzjoni l-Kummissjoni indikat li permezz tal-FEG l-Unjoni se tkun tista' wkoll tipprovdi sostenn f'każijiet ta' sensji fuq skala kbira li jirriżultaw minn taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi mhux mistennija. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għalhekk se jkompli jestendi biex jipprovdi appoġġ tranżitorju għall-bdiewa biex jiffaċilita l-adattament tagħhom għall-qagħda ġdida tas-suq li tirriżulta mill-konklużjoni tal-Unjoni dwar ftehimiet kummerċjali li jaffettwaw il-prodotti agrikoli.

    · Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

    Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie inizjalment stabbilit għat-tul tal-perjodu ta' programmar 2007 - 2013 bir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[2] biex jipprovdi lill-Unjoni bi strument għat-turija ta' solidarjetà ma' ħaddiema u l-għoti ta' appoġġ lilhom wara li ngħataw is-sensja minħabba f'bidliet stutturali kbar fis-sistemi kummerċjali dinjija kkawżati mill-globalizzazzjoni fejn dawn is-sensji għandhom impatt sinifikanti mhux mixtieq fuq l-ekonomikja reġjonali jew lokali. Billi jikkofinanzja l-miżuri tal-politika tas-suq tax-xogħol attiv, il-FEG jimmira li jiffaċilita l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema f'oqsma, setturi, territorji jew swieq tax-xogħol li ġarrbu xokk minn taqlib serju fl-ekonomija.

    Fid-dawl tal-iskala u tar-ritmu mgħaġġel li bih żviluppat il-kriżi finanzjarja u ekonomika fl-2008, il-Kummissjoni Ewropea, fil-Pjan Ewropew tagħha ta' Rkupru Ekonomiku[3], ħasbet li tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Apparti minn xi bidliet permanenti msejsa fuq l-ewwel snin ta' implimentazzjoni tal-FEG, l-għan ewlieni ta' din ir-reviżjoni[4] kien li l-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG jiġi estiż mill-1 ta' Mejju 2009 sat-30 ta' Diċembru 2011 biex tkun permessa t-turija ta' solidarjietà tal-Unjoni u l-għoti ta' appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba f'konsegwenza diretta tal-kriżi finanzjarja u ekonomika u biex iżżid ir-rata ko-finanzjarja minn 50 % għal 65 % u b'hekk jitnaqqas il-piż għall-Istati Membri. Filwaqt li qieset il-qagħda ekonomika attwali u l-ħtieġa għall-konsolidazzjoni fiskali, il-Kummissjoni pproponiet[5] li tiġi estiża d-deroga temporanja ta' kriżi sal-31 ta' Diċembru 2013, jiġifieri tmiem il-perjodu ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

    L-għan ewlieni ta' din il-proposta huwa li tkun żgurata l-kontinwazzjoni tal-operazzjoni tal-FEG fil-perjodu ta' programmar li jmiss f'konformità mal-prinċipji bażiċi stipulati għall-MFF 2014 - 2020, li wkoll estenda l-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG biex jinkludi l-bdiewa.

    F'konformità mal-għan ewlieni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 il-proposta timmira li turi solidarjetà f'livell tal-Unjoni mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja affettwati minn ċirkostanzi eċċezzjonali u li tipprovdi appoġġ lejn l-integrazzjoni rapida tagħhom mill-ġdid fid-dinja tal-impjiegi f'konformità mal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020.

    Speċifikament, il-FEG se jipprovdi appoġġ f'każijiet fejn il-ħaddiema tilfu l-impjieg minħabba f'bidliet strutturali prinċipali fis-sistemi kummerċjali dinjija, f'konformità mal-kamp ta' applikazzjoni inizjali tal-FEG kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-FEG jkun jista' wkoll jaġixxi f'każjiet ta' kriżi mhux mistennija li jwasslu għal taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali. Kriżijiet mhux mistennija jistgħu jinkludu, pereżempju, riċessjoni kbira f'imsieħba kummerċjali importanti, kollass tas-sistema finanzjarja komparabbli ma dik li seħħet fl-2008, problema serja ta' enerġija jew tal-forniment ta' merkanzija primarja, diżastru naturali, eċċ. Il-FEG se jkun disponibbli wkoll biex jgħin bdiewa jaġġustaw għal sitwazzjoni ta' suq ġdid riżultat ta' ftehim kummerċjali, bħal ftehim dwar prodotti agrikoli konkluż mill-Unjoni. Eżempji ta' ftehimiet kummerċjali possibbli bħal dan li jmiss huma dawk li għaddejjin minn negozjati mal-pajjiżi Mercosur, jew fil-kuntest tal-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji skont l-Aġenda tal-Iżvilupp ta' Doha.

    Biex ikun żgurat li l-FEG jibqa' strument validu fuq livell Ewropew, applikazzjoni għall-FEG għall-appoġġ tal-ħaddiema tista' tinbeda meta l-għadd ta' sensji jilħaq livell minimu. L-esperjenza mit-tħaddim tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 wriet li l-limitu ta' 500 sensja f'perjodu ta' referenza partikolari huwa limitu aċċettabbli, b'mod partikolari meta titqies il-possibbiltà tat-tressiq ta' applikazzjonijiet għal għadd aktar baxx ta' sensji fi swieq tax-xogħol iżgħar jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

    Rigward is-settur agrikolu, applikazzjoni għall-FEG tiġi adottata fuq bażi differenti. Fl-analiżi li twettqet mis-servizzi tal-Kummissjoni għan-negozjati kummerċjali, għandu jingħata tagħrif ex-ante dwar is-setturi u / jew prodotti li x'aktarx jiġu affettwati miż-żieda fl-importazzjonijiet bħala riżultat dirett ta' ftehimiet kummerċjali. Ladarba il-ftehim kummerċjali jinbeda, id-dipartimenti tal-Kummissjoni jiċċekkjaw aktar is-setturi jew il-prodotti li għalihom hija mistennija żieda sostanzjali ta' importazzjonijiet mill-Unjoni u l-waqgħa sinifikanti fil-prezzijiet u jevalwaw l-effett probabbli fuq id-dħul mis-settur. Fuq din il-bażi l-Kummissjoni se taħtar setturi agrikoli jew prodotti u, fejn huwa rilevanti, reġjuni bħala eliġibbli għal appoġġ possibbli mill-FEG. L-Istati Membri se jkollhom il-possibbiltà li jressqu applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni mill-FEG, sakemm ikunu jistgħu jipprovaw li setturi jew prodotti eliġibbli esperjenzaw telf sinifikanti relatat mal-kummerċ, li l-bdiewa li jaħdmu f'dawn is-setturi qed jiġu affettwati u li huma identifikaw u poġġew fil-mira l-bdiewa affettwati.

    Biex ikun żgurat li huwa disponibbli appoġġ mill-FEG għal ħaddiema indipendentament mill-kuntratt tal-impjieg jew mir-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, it-terminu "ħaddiema" qed jiġi estiż biex jinkludi mhux biss ħaddiema b'kuntratti ta' impjieg b'tul ta' żmien indefinit skont ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, iżda wkoll ħaddiema b'kuntratti fuq perjodu fiss, ħaddiema temporanji tal-aġenziji u sidien-ġestjonarji ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa).

    Billi l-aċċess għall-appoġġ tal-FEG huwa kkondizzjonat mill-fatt li l-ħaddiema jridu jkunu tilfu l-impjieg, jew fil-każ tal-bdiewa li ma għadhomx iwettqu dik il-parti tal-attività tagħhom affettwata mill-ftehim kummerċjali rilevanti, il-proposta fiha dispożizzjonijiet speċifiċi dwar kif is-sensja għandha tgħodd għal kull ħaddiem.

    Il-FEG huwa mfassal biex jikkontribwixxi għall-għanijiet ta' tkabbir u impjiegi tal-istrateġija Ewropa 2020. Għalhekk, huwa jiffoka fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida f'impjieg stabbli tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-istess bħar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, din il-proposta tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għal pakkett ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol. Ma tistax tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' miżuri passivi billi dawn mhumiex kompatibbli mal-għanijiet ta' tkabbir u impjiegi tal-istrateġija Ewropa 2020. L-allowances jistgħu jkunu biss inklużi jekk ikunu mfassla bħala inċentivi biex jiffaċilitaw is-sehem tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-miżuri attivi ta' politika dwar is-suq tax-xogħol. Biex ikun żgurat bilanċ raġonevoli bejn il-miżuri reali attivi ta' politika dwar is-suq tax-xogħol u allowances "attivati", is-sehem ta' allowances f'pakkett koordinat ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol huwa limitat.

    Għall-bdiewa, inklużi l-membri kollha tal-familja agrikola attivi fir-razzett, il-miżuri jkunu jiffukaw fuq il-kisba ta' taħriġ u ta' ħiliet xierqa u fuq l-użu ta' servizzi konsultattivi li jgħinuhom jimpenjaw irwieħhom f'attivitajiet ġodda u jorjentaw mill-ġdid l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, fi u / jew barra l-agrikoltura, kif ukoll biex jappoġġjaw sa ċertu punt limitat l-investimenti inizjali fit-tibdil jew l-aġġustament tal-attivitajiet tagħhom biex jgħinhom isiru strutturalment aktar kompetittivi u b'hekk jassiguraw il-mezzi tal-għajxien tagħhom. L-appoġġ jista' jingħata wkoll lill-attivitajiet ta' kooperazzjoni bl-għan li jinħolqu alternattivi ġodda tas-suq speċjalment għall-bdiewa fuq skala żgħira.

    Il-FEG qed jitpoġġa 'l barra mill-MFF minħabba l-karatteristiċi mhux prevedibbli u urġenti taċ-ċirkostanzi li jippermettu l-użu tiegħu. Madankollu, l-effettività tiegħu sofriet mill-ħtieġa ta' proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet twil u proċedurali. It-tqassir kemm jista' jkun possibbli tal-medda ta' żmien bejn id-data ta' applikazzjoni għall-appoġġ mill-FEG u d-data ta' ħlas, u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri, għandhom ikunu ta' interess komuni għall-partijiet kollha involuti fil-proċess tal-FEG. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex iressqu applikazzjoni kompluta minnufih ladarba l-kriterji rilevanti jkunu ntlaħqu; il-Kummissjoni għandha tevalwa u tikkonkludi dwar l-eliġibbiltà ftit wara t-tressiq ta' applikazzjoni kompluta, u l-awtorità baġitarja għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar l-għoti tal-finanzjament tal-FEG malajr. Sabiex ikunu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu fil-bidu tas-sena, il-Kummissjoni se tkompli tipproponi ammont minimu f'pagament ta' approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja rilevanti fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali.

    Fid-dawl tan-natura imprevedibbli tal-ħtiġijiet li jinqalgħu għall-appoġġ mill-Fond, huwa meħtieġ li tkun riservata parti mill-ammont annwali massimu għal applikazzjonijiet li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji wara Settembru ta' kull sena. F'każ li l-ħtiġijiet għall-appoġġ mill-Fond jaqbżu l-ammont disponibbli li jibqa', il-proposti tal-Kummissjoni għandhom jirrifflettu l-proporzjoni stipulat għall-appoġġ tas-settur agrikolu waqt il-perjodu tal-MFF.

    L-għajnuna mill-FEG se tkun komplimentari għall-isforzi tal-Istati Membri, fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Għal raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja soda l-FEG ma jistax jieħu post miżuri li huma diġà koperti mill-Fondi u l-Programmi tal-Unjoni inklużi fl-MFF. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FEG lanqas ma tista' tieħu post miżuri li huma fir-responsabbiltà tal-kumpaniji li jagħtu s-sensja skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

    Il-proċedura tal-baġit fil-proposta ssegwi direttament mill-punt 13 tal-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali[6]. Kull meta huwa possibbli, il-proċess se jitqassar u se jiġi ssimplifikat.

    Fid-dawl tal-fatt li l-miżuri kofinanzjati mill-FEG huma implimentati permezz ta' ġestjoni maqsuma mal-Istati Membri, il-mekkaniżmu tal-ħlas għall-kontribuzzjoni finanzjarja se jibqa' pari ma' dawk applikati għall-mod ta' ġestjoni tal-baġit tal-Unjoni. Fl-istess ħin, l-arranġamenti finanzjarji għandhom jirriflettu l-ambitu tal-azzjonijiet li jkunu se jittieħdu mill-Istati Membri kif proposti fl-applikazzjonijiet tagħhom.

    Ir-rata ta' kofinanzjament se tkun immodulata, b'kontribuzzjoni ta' 50 % għall-kost tal-pakkett u l-implimentazzjoni tiegħu bħala norma, u l-possibbiltà li din ir-rata togħla għal 65 % fil-każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn dawk l-Istati Membri li fit-territorji tagħhom ikollhom tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali. L-għan ta' din il-modulazzjoni huwa biex ikun żgurat li l-espressjoni ta' solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema f'dawn l-Istati Membri u reġjuni ma tkunx ostakolata minn nuqqas ta' riżorsi ta' kofinanzjament mill-Istat Membru, kif rikonoxxut mir-rati ta' kofinanzjament ogħla stabbiliti skont il-Fondi Strutturali. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni ta' tali applikazzjonijiet, se tiddeċiedi jekk ir-rata ta' kofinanzjament ogħla hijiex ġustifikata fil-każ speċifiku propost mill-Istat Membru.

    Wieħed mill-messaġġi ewlenin għall-perjodu 2014 – 2020 huwa li n-nefqa fil-livell tal-Unjoni għandha tkun orjentata lejn ir-riżultati, biex b’hekk ikun żgurat li l-output u l-impatt tan-nefqa jixprunaw l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-kisba tal-miri tagħha. Għan-nefqa relatata mal-FEG, l-MFF tistabbilixxi l-mira li mill-inqas 50 % tal-ħaddiema mgħejjuna permezz tal-FEG għandhom isibu impjieg ġdid u stabbli wara 12-il xahar. Biex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja jekk l-Istati Membri humiex jagħmlu ħilithom b'suċċess lejn din il-mira, l-Istati Membri se jippreżentaw rapport interim dwar l-implimentazzjoni ta’ appoġġ mill-FEG wara 15-il xahar. Fi ħdan l-istess approċċ orjentat lejn ir-riżultati, il-proposta toffri l-possibbiltà li l-Istati Membri, soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, jistgħu jemendaw il-miżuri attivi ppjanati tal-politika dwar is-suq tax-xogħol jekk matul il-perjodu ta' implimentazzjoni ta' 24 xahar miżuri oħra jsiru aktar rilevanti u promettenti biex tintlaħaq rata ta’ riintegrazzjoni ogħla.

    · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

    Kif indikat fil-Komunikazzjoni[7] dwar il-MFF, il-Fondi Strutturali, inklużi l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) se jagħtu l-fondi għal azzjonijiet strutturali għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Dan il-finanzjament se jkun ikkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020, jiġifieri l-promozzjoni tal-impjiegi, l-investiment fil-ħiliet, l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar kif ukoll it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti. Kemm il-FSE kif ukoll il-FEŻR jikkonsistu minn programmi multiannwali b'appoġġ għal miri strateġiċi u fit-tul, partikolarment l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla u r-ristrutturar. Il-FEG, min-naħa tiegħu, hu stabbilit biex jipprovdi appoġġ f'ċirkostanzi eċċezzjonali u l-barra minn rutina ta' pprogrammar multiannwali.

    Kif indikat fl-istess Komunikazzjoni, il-Politika Agrikola Komuni (PAK) se żżomm l-istruttura attwali tagħha msejsa fuq żewġ pilastri u se tissokta tipprovdi appoġġ dirett lill-bdiewa u tappoġġja l-miżuri tas-suq, iffinanzjati għal kollox mill-baġit tal-UE. Hija se tkompli wkoll tagħti prodotti pubbliċi ambjentali speċifiċi, ittejjeb il-kompetittività tas-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u tippromwovi d-diversifikazzjoni tal-attività ekonomika u tal-kwalità tal-ħajja f'żoni rurali taħt it-tieni pilastru tagħha, u b'mod partikolari taħt l-appoġġ ipprovdut mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). L-istess bħall-Fondi Strutturali, il-FAEŻR jikkonsisti minn programmi multiannwali b'appoġġ għal miri strateġiċi u fit-tul.

    Il-FEG, min-naħa tiegħu, huwa stabbilit biex jipprovdi s-solidarjetà tal-Unjoni Ewropea permezz ta' appoġġ limitat fiż-żmien lill-ħaddiema li qed jitilfu l-impjieg u lill-bdiewa li jkollhom bżonn ibiddlu jew jaġġustaw is-settur tal-produzzjoni f’ċirkustanzi eċċezzjonali u 'l barra mir-rutina ta' pprogrammar multiannwali.

    Biex tippromwovi l-użu effettiv tal-istrumenti ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni, l-għażla tal-istrument għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta’ jekk is-sensji humiex ikkawżati minn fatturi strutturali jew minn deterjorament temporanju tal-qagħda tal-impjiegi kkawżat mill-fatturi definiti fir-Regolament.

    · Konsistenza mal-politiki u l-objettivi l-oħra tal-Unjoni

    Il-FEG jikkontribwixxi għall-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, li għandhom jippermettu li l-UE toħroġ iktar b’saħħitha mill-kriżi, u tressaq l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, flimkien ma' livell għoli ta' impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali. Fil-Komunikazzjoni tagħha[8] "Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir għaqli, sostenibbli u inklużiv", il-Kummissjoni tenfasizza r-rwol tal-FEG fil-kuntest tal-inizjattiva ewlenija "Politika industrijali fl-era tal-globalizzazzjoni", partikolarment fid-dawl tar-ridistribuzzjoni tal-ħiliet għas-setturi u s-swieq emerġenti li qed jaraw tkabbir sinifikanti.

    · L-impatt fuq id-drittijiet fundamentali

    Din il-Proposta ma għandha l-ebda impatt fuq id-drittijiet fundamentali.

    2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

    · Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

    Saru żewġ konferenzi għall-partijiet interessati biex jiġi diskuss il-futur tal-FEG, fil-25-26 ta' Jannar 2011[9] u fit-8 ta' Marzu 2011[10].

    Inġabret evidenza[11] dwar l-aċċettazzjoni tal-FEG billi ġew mistoqsija esperti mill-Istati Membri dwar il-futur tal-FEG permezz ta' żewġ kwestjonarji mibgħuta lilhom fis-26 ta’ Awissu 2010 u fit-12 ta’ Ottubru 2010 kif ukoll l-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali Ewropej permezz ta' kwestjonarju mibgħut lilhom fit-2 ta' Frar 2011. Irrispondew ħamsa u għoxrin Stat Membru; relattivament kienu ftit l-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali li wieġbu iżda ħadu sehem b'mod attiv fil-konferenzi. Esperti mill-Istati Membri kienu wkoll ikkonsultati matul laqgħa ta' esperti f'Porto fid-29/30 ta’ Settembru 2010[12] u fi Brussell fid-9 ta’ Marzu 2011[13]. Ir-riżultat prinċipali ta’ dawn il-konsultazzjonijiet kien appoġġ enormi għal strument rapidu ta' intervent għall-kriżijiet fil-każ ta' sensji fuq skala kbira. Madankollu l-kumplessità tal-proċedura u d-dewmien tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet qalgħu kritika ħarxa mingħand kulħadd.

    · Ġbir u użu ta' għarfien espert

    Ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ esperti esterni.

    · Valutazzjoni tal-impatt

    Il-valutazzjoni tal-impatt tal-FEG hija koperta mill-Valutazzjoni tal-Impatt[14] tal-istrumenti finanzjarji tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, jiġifieri il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-FEG, il-programm PROGRESS, EURES u l-faċilità ta' mikrofinanzjament PROGRESS.

    Il-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidrat tliet għażliet għall-FEG:

    – Alternattiva 1 – L-ebda bidla fil-politika, jiġifieri l-FEG se jkompli mingħajr baġit tiegħu stess. Wara kull applikazzjoni l-awtorità baġitarja għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk din is-sitwazzjoni partikolari jistħoqqilhiex l-appoġġ. L-iżvantaġġ ewlieni huwa d-dewmien twil ikkawżat mill-proċeduri amministrattivi li jiċċirkondaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-vantaġġi ewlenin huma l-flessibbiltà tal-istrument, b'mod partikolari meta jitqies kemm hi fil-biċċa l-kbira imprevedibbli n-natura tan-nefqa, l-għarfien li dan iqanqal fil-Parlament Ewropew fir-rigward tas-sensji tal-massa, il-viżibbiltà għolja ta' kull applikazzjoni kif ukoll il-viżibbiltà għolja tal-FEG innifsu.

    – Alternattiva 2 – L-inkorporazzjoni tal-azzjonijiet tal-FEG fil-FSE. L-iżvantaġġi ewlenin huma l-ħtieġa għal allokazzjoni ċara tal-baġit matul il-perjodu ta' programmar minkejja n-natura "mhux programmabbli" tas-sensji tal-massa, il-konflitt possibbli mal-kriterji kumplessivi tal-allokazzjoni użati fil-politika ta’ koeżjoni, u tnaqqis ta' viżibbiltà politika ta' appoġġ tal-Unjoni billi l-awtorità baġitarja ma tkunx involuta. Il-vantaġġi ewlenin ta’ din l-għażla huma ż-żieda fil-koerenza u fil-komplementarjetà mal-FSE, it-tqassir tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u s-simplifikazzjoni u t-twittija tal-applikazzjonijiet tal-FEG billi l-FEG jista' jibbenefika minn strutturi, proċeduri, sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-FSE kif ukoll is-simplifikazzjonijiet tal-FSE f'oqsma bħal l-ispejjeż eliġibbli.

    – Alternattiva 3 – Il-FEG bħala fond indipendenti bl-allokazzjoni baġitarja tiegħu stess. L-iżvantaġġi ewlenin huma t-telf ta' flessibbiltà baġitarja billi dan jalloka ammont fiss ta' nfiq għal skema ta' nfiq varjabbli, il-mekkaniżmu eżekuttiv (impatt negattiv fuq il-mekkaniżmu eżekuttiv meta mqabbel mal-alternattiva 2 billi l-FEG mhux se jibbenefika mill-istrutturi, mill-proċeduri u mis-simplifikazzjoni tal-FSE) u finalment ir-riskju ta' sovrappożizzjoni eventwali mal-FSE. Il-vantaġġ ewlieni huwa l-grad għoli ta' viżibbiltà għal solidarjetà Ewropea.

    Il-valutazzjoni wriet li f’termini ta’ veloċità ta’ twassil tal-għajnuna tal-FEG, l-alternattivi 2 u 3 huma preferibbli. Madankollu, dawn l-alternattivi jinkludu riskju akbar ta' effiċjenza mnaqqsa minħabba nuqqas ta’ riżorsi allokati. L-involviment ta' dawk li jfasslu l-politika fl-alternattiva 1 jiggarantixxi l-ogħla livell ta' impenn pubbliku tal-Unjoni mal-benessri tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. Għalhekk, l-alternattiva 1 hija l-alternattiva ppreferuta, li fil-fatt toffri l-flessibbiltà neċessarja biex tippermetti użu effettiv tar-riżorsi, mingħajr ma taffettwa l-Qafas Finanzjarju Multiannwali. Toffri wkoll il-possibbiltà li tissimplifika aktar il-mekkaniżmu eżekuttiv u b'hekk ittejjeb l-effettività tal-għajnuna pprovduta lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja u lill-bdiewa milquta mill-globalizzazzjoni.

    Safejn għandha x'taqsam l-istruttura finanzjarja, il-proposta preżenti hija bbażata fuq l-alternattiva 1, jiġifieri strument speċifiku li jopera barra l-MFF. Fir-rigward tal-kontenut speċifiku tad-dispożizzjonijiet, u b'mod partikolari l-adattament tar-regoli tal-FEG li jkopru lill-bdiewa, dan kompla jiġi vvalutat fl-evalwazzjoni ex-ante li takkumpanja din il-proposta.

    L-evalwazzjoni ex-ante[15] qieset tliet alternattivi:

    – Alternattiva 1 – L-ebda bidla fil-politika, jiġifieri l-FEG jissokta jopera taħt ir-regoli attwali kif emendati mill-hekk imsejħa "deroga ta' kriżi" u s-sensiela ta' azzjonijiet eliġibbli;

    – Alternattiva 2 – L-estensjoni tal-popolazzjoni eliġibbli, jiġifieri l-FEG jissokta jopera taħt ir-regoli attwali tiegħu kif emendati mill-hekk imsejħa "deroga ta' kriżi" u s-sensiela ta' azzjonijiet eliġibbli bħal fl-alternattiva 1, iżda l-kriterji tal-intervenzjoni tagħha huma estiżi biex jinkludu ħaddiema ta' aġenziji temporanji u ħaddiema b’kuntratti b’terminu fiss:

    – Alternattiva 3 – Estensjoni ulterjuri tal-popolazzjoni eliġibbli u s-sensiela ta' azzjonijiet eliġibbli, jiġifieri l-FEG jespandi l-alternattiva 2 billi jikludi fil-popolazzjoni eliġibbli s-sidien/ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa) u bl-estensjoni tas-sensiela ta' azzjonijiet eliġibbli biex jikkunsidraw ir-rekwiżiti speċifiċi tas-sidien-ġestjonarji.

    Abbażi ta' din il-valutazzjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tat-tliet alternattivi msemmija, din il-proposta testendi l-appoġġ għal dik il-parti tal-forza tax-xogħol milquta negattivament mill-globalizzazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi, sitwazzjonijiet ta' kriżi għal għarrieda jew ftehimiet kummerċjali, kemm bħala ħaddiem permanenti jew temporanju kif ukoll bħala sid-ġestjonarju jew ħaddiem għal rasu.

    3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    · Sommarju tal-azzjoni proposta

    Il-proposta għandha l-għan li tiżgura l-kontinwazzjoni tal-operat tal-FEG fil-perjodu ta’ programmar li jmiss f'konformità mal-prinċipji bażiċi stabbiliti għall-MFF 2014 – 2020. Il-FEG għandu jippermetti lill-UE biex turi solidarjetà fil-livell ta' Unjoni u biex tipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'konsegwenza tal-globalizzazzjoni tal-kummerċ, minħabba fi kriżi mhux mistennija jew b'konsegwenza ta' ftehimiet kummerċjali li għandhom impatt fuq is-settur agrikolu.

    · Bażi legali

    It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikoli 42 u 43.

    L-Artikolu 175(3) jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu azzjoni skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra l-Fondi Strutturali u l-Politika Agrikola Komuni u bla ħsara għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politiki l-oħra tal-Unjoni.

    Fir-rigward speċifikament tad-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament marbuta mal-appoġġ għal bdiewa attivi, l-assistenza tal-FEG tista' tiġi kkunsidrata bħala għajnuna għal attivitajiet agrikoli u bħala azzjoni meħuda fl-eżekuzzjoni ta' objettiv fil-Politika Agrikola tal-Unjoni. Għalhekk, l-Artikoli 42 u 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonstitwixxu l-bażi legali xierqa għall-miżuri mmirati għall-bdiewa.

    · Prinċipju ta’ sussidjarità

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

    L-għanijiet ta' turija ta' solidarjetà fil-livell ta' Unjoni f'ċirkostanzi eċċezzjonali għal dik il-parti tal-forza tax-xogħol li tkun ġiet affettwata b'mod negattiv mill-globalizzazzjoni, minn kriżi għal għarrieda jew minn ftehimiet kummerċjali, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħidhom. Dawn jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell ta' Unjoni meta jitqies li l-FEG huwa espressjoni ta’ solidarjetà min-naħa għall-oħra tal-Istati Membri u bejniethom. Il-mobilizzazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se teħtieġ l-approvazzjoni taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, biex b’hekk tintwera s-solidarjetà tal-Unjoni u tal-Istati Membri. B’dan il-mod, il-proposta se tikkontribwixxi biex l-għan ta' solidarjetà tal-Unjoni jsir aktar tanġibbli f'ċirkostanzi eċċezzjonali għal dik il-parti tal-forza tax-xogħol partikolarment milquta u għaċ-ċittadini tal-Unjoni inġenerali.

    · Prinċipju ta' proporzjonalità

    Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-proposta ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. L-obbligi imposti fuq l-Istati Membri jirriflettu l-bżonn li tingħata għajnuna lill-ħaddiema affettwati sabiex jadattaw irwieħhom għal ċirkustanzi li qed jinbidlu u biex jintegraw mill-ġdid b'mod imgħaġġel fl-impjieg. Il-piż amministrattiv fuq l-Unjoni u fuq l-awtoritajiet nazzjonali ġie limitat għal dak li huwa meħtieġ mill-Kummissjoni biex teżerċita r-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Peress li l-kontribuzzjoni finanzjarja ssir lill-Istat Membru skont il-prinċipju ta' ġestjoni maqsuma, l-Istat Membru se jinħtieġlu jirrapporta dwar l-użu magħmul mill-kontribuzzjoni finanzjarja.

    · Għażla ta' strument

    L-istrument propost: Regolament.

    Mezzi oħra ma jkunux xierqa minħabba r-raġuni li ġejja: l-għan li tintwera solidarjetà fil-livell tal-Unjoni jista’ jinkiseb biss permezz ta' strument legali direttament applikabbli.

    4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Il-FEG huwa wieħed mill-istrumenti speċjali mhux inklużi fil-MFF, b'ammont massimu ta' EUR 3 biljuni minn Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, filwaqt li l-ammont ta' appoġġ għas-settur agrikolu ma għandux jaqbeż EUR 2,5 biljuni (prezzijiet tal-2011)

    Il-funzjonament tiegħu huwa rregolat minn punt 13 tal-Abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali[16] bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar amministrazzjoni finanzjarja serja.

    Ma jistax jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 429 miljun.

    5.           ELEMENTI FAKULTATTIVI

    2011/0269 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175, kif ukoll l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[17],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[18],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1) Fis-26 ta' Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni biex titniedi strateġija ġdida, Ewropa 2020. Waħda mit-tliet prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 hija t-tkabbir inklużiv bl-għoti tal-potenzjal lin-nies permezz ta' livelli għoljin ta' impjiegi, l-investiment fil-ħiliet, il-ġlieda kontra l-faqar u l-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol, it-taħriġ u s-sistemi tal-protezzjoni soċjali sabiex tgħin liċ-ċittadini jantiċipaw u jamministraw il-bidla, u jibnu soċjetà koeżiva.

    (2) Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[19] għat-tul tal-Qafas Finanzjarju mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 biex jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni u biex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg. Dan l-għan inizjali tal-FEG jibqa' validu.

    (3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020"[20] tagħraf ir-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom u jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. L-Unjoni għandha tkompli tipprovdi, għat-tul tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Dicembru 2020, għajnuna speċifika ta’ darba sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja f’oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk serju ta' tfixkil ekonomiku. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li joffri appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u ċirkostanzi mhux mistennija, il-FEG għandu jibqa' barra mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali.

    (4) Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ġie estiż fl-2009 bir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21] bħala parti mill-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku biex jinkludi l-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba fil-kriżi ekonomika u finanzjarja. Sabiex il-FEG ikun jista' jintervjeni f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi futuri, il-firxa tiegħu għandha tkopri s-sensji li jirriżultaw minn taqlib ekonomiku serju meta kkawżat minn kriżi mhux mistennija komparabbli mal-kriżi finanzjarja u ekonomika li laqtet l-ekonomija mill-2008 'l quddiem.

    (5) B'konformità mal-Komunikazzjoni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020", il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jiġi estiz biex jiffaċilita l-adattament tal-bdiewa għall-qagħda ġdida tas-suq li tirriżulta minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali fis-settur agrikolu u li twassal għal bidla jew aġġustament sinifikattiv fl-attivitajiet agrikoli tal-bdiewa affettwati, biex jgħinhom isiru strutturalment aktar kompetittivi jew biex jiffaċilita t-tranżizzjoni tagħhom għal attivtajiet li mhumiex agrikoli.

    (6) Biex tkun żgurata d-dimensjoni Ewropea tal-FEG, għandha tinbeda applikazzjoni għall-appoġġ tal-FEG meta l-għadd ta' sensji jilħaq livell minimu. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni rimoti, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jistgħu jittressqu applikazzjonijiet għal numru inqas ta' sensji. Rigward il-bdiewa, il-kriterji neċessarji għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni skont il-konsegwenzi ta' kull ftehim kummerċjali.

    (7) Il-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandu jkollhom aċċess indaqs għall-FEG ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg. Għalhekk, ħaddiema b'kuntratti ta’ terminu fiss u aġenti temporanji li ngħataw is-sensja kif ukoll is-sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom li jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom u bdiewa li jibdlu jew jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom għal sitwazzjoni ta' suq ġdid skont ftehimiet kummerċjali, għandhom jitqiesu bħala ħaddiema li ngħataw is-sensja għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

    (8) Rigward il-bdiewa, il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jinkludi benefiċjarji affettwati minn ftehimiet bilaterali konklużi mill-Unjoni skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew ftehimiet multilaterali konklużi fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dan ikopri bdiewa li jibdlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli preċedenti tagħhom fi żmien perjodu li jibda mit-tnedija ta' tali ftehimiet kummerċjali u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom

    (9) L-appoġġ mill-FEG għandu jiffoka fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol diretti lejn miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida fl-impjieg, jew ġewwa jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom, inkluż is-settur agrikolu. Għalhekk l-inklużjoni ta’ allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandha tkun ristretta.

    (10) Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjig jew f'attivitajiet ġodda ta' mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni.

    (11) Biex il-ħaddiema li ngħataw is-sensja jiġu appoġġjati b'mod effettiv u rapidu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom kollha sabiex jippreżentaw applikazzjonijiet kompluti. L-għoti ta' tagħrif supplimentari għandu jkun eċċezzjonali u limitat fiż-żmien.

    (12) F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu l-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għal ħaddiema li ngħataw is-sensja fi ħdan il-Fondi Strutturali tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni.

    (13) Għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom. Barra minn hekk, għal aktar effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku ġenerali u għal sinerġija aħjar bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni magħmula bis-saħħa tal-inizzjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn huma relatati mal-iskopijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

    (14) Sabiex ikun żgurat li l-espressjoni ta' solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema ma tkunx ostakolata minn nuqqas ta' riżorsi ta' kofinanzjament mill-Istat Membru, ir-rata ta' kofinanzjament għandha tkun modulata, b'kontribuzzjoni ta' 50 % għall-kost tal-pakkett u l-implimentazzjoni tiegħu bħala norma, u l-possibbiltà li din ir-rata togħla għal 65 % fil-każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn dawk l-Istati Membri li fit-territorji tagħhom tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II huwa eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali.

    (15) Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, in-nefqa għandha tkun eliġibbli jew mid-data li fiha Stat Membru iġarrab nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati jew, fil-każ ta' bdiewa, mid-data stipulata fl-Att tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(3).

    (16) Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu matul l-aħħar xhur tas-sena, huwa neċessarju li jkun żgurat li tal-anqas kwart tal-ammont massimu annwali tal-FEG jibqa' disponibbli fl-1 ta' Settembru. Kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula waqt il-kumplament tas-sena għandhom jiġu allokati fid-dawl tal-limitu ġenerali stabbilit għall-appoġġ lill-bdiewa fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali.

    (17) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ta’ [………….] dwar il-koperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-amministrazzjoni finanzjarja soda[22] ("il-Ftehim Interistituzzjonali") jiddetermina l-qafas baġitarju tal-FEG.

    (18) Fl-interess tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG għandhom jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri.

    (19) Sabiex jippermettu monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-għajnuna tal-FEG, l-Istati Membri għandhom iressqu rapporti interim u finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG.

    (20) L-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja u għall-ġestjoni u l-kontroll tal-azzjonijiet appoġġjati mill-finanzjament tal-Unjoni, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ("ir-Regolament Finanzjarju")[23]. L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw l-użu li jkun sar mill-kontribuzzjoni finanzjarja li jkunu rċevew mill-FEG.

    (21) Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar f'livell ta' Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1 Għanijiet

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

    L-għan tal-FEG għandu jkun biex jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Unjoni billi jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà lejn ħaddiema li ħadu s-sensja kawża ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, ftehimiet kummerċjali li jaffettwaw l-agrikoltura, jew kriżi mhux mistennija, u sabiex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg, jew biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom.

    Azzjonijiet li jgawdu minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond skont l-Artikolu 2(a) u (b) għandu jkollhom l-iskop li jiżguraw li minimu ta' 50 % tal-ħaddiema li qed jipparteċipaw f'dawn l-azzjonijiet isibu impjieg sod fi żmien sena mid-data tal-applikazzjoni.

    Artikolu 2 Kamp ta' Applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu japplika għal applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal kontribuzzjonijiet finanzjarji biex jingħataw lil:

    (a) ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat tal-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, li jidher b'mod partikolari minn żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, mit-tnaqqis rapidu tas-sehem mis-suq tal-Unjoni f’settur partikolari jew minn delokalizzazzjoni ta' attivitajiet lejn pajjiżi terzi, fejn dawn is-sensji kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali;

    (b) ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba tfixkil serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali kkawżat minn kriżi mhux mistennija, sakemm tista' tiġi stabbilita rabta diretta u li tista’ tintwera bejn is-sensji u dik il-kriżi;

    (c) ħaddiema li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet agrikoli preċedenti matul perjodu li jibda mit-tnedija tal-ftehim kummerċjali mill-Unjoni li fih miżuri ta' liberalizzazzjoni kummerċjali għas-settur agrikolu rilevanti u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn il-miżuri u sakemm dawn il-miżuri kummerċjali jwasslu għal żieda sostanzjali f'importazzjonijiet tal-Unjoni ta' prodott jew prodotti agrikolu/i akkumpanjat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet ta' tali prodotti f'livell ta' Unjoni, u fejn rilevanti, livell nazzjonali jew reġjonali.

    Artikolu 3 Definizzjoni

    Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

    (d) "ħaddiem" ifisser ħaddiema b'kuntratti ta' impjieg indefiniti li l-kuntratt jew ir-relazzjoni tal-impjieg tagħhom hija skont l-Artikolu 4; jew

    (e) "ħaddiem" ifisser ħaddiema b'terminu fiss kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE[24], li l-kuntratt jew ir-relazzjoni tal-impjieg tagħhom hija skont l-Artikolu 4(1)(a) jew (b), u jintemm u ma jiġġeddidx fil-perjodu stipulat f'dak il-punt tal-Artikolu 4; jew

    (f) "ħaddiem" ifisser aġent temporanju kif definit mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[25], li l-intrapriża utenti tiegħu hija skont l-Artikolu 4(1)(a) jew (b), u li l-kuntratt fl-intrapriża l-utenti tiegħu jintemm u ma jiġġeddidx fil-perjodu stipulat f'dak il-punt tal-Artikolu 4; jew

    (g) "ħaddiem" ifisser sid-ġestjonarju ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa) u l-membri kollha tal-familja attivi fin-negozju, sakemm, jekk bdiewa, kienu diġà qed jipproduċu l-output affettwat mill-ftehim kummerċjali rilevanti qabel mal-miżuri relatati mas-settur partikolari ġew implimentati.

    Artikolu 4 Il-kriterji ta' intervent

    1. Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fejn hemm kwalunkwe kundizzjoni stipulata fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2 u li tirriżulta fi:

    (a) mill-inqas 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja matul perjodu ta' erba' xhur f'intrapriża fi Stat Membru, inklużi l-ħaddiema li jitilfu l-impjieg tagħhom minħabba nuqqas ta' xogħol fil-fornituri tagħha jew fil-produtturi aktar 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni;

    (b) mill-inqas 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja matul perjodu ta’ disa’ xhur, partikolarment f'intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju, li joperaw f'settur ekonomiku wieħed definit fuq livell tad-diviżjoni NACE Rev 2 u lokalizzat f'reġjun wieħed jew żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS II, jew f’aktar minn żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS II sakemm aktar minn 500 ħaddiem jitilfu l-impjieg f'żewġ reġjuni kombinati.

    2. Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu mill-FEG tista’ tiġi kkunsidrata ammissibbli wkoll jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u l-ekonomija lokali. L-Istat Membru għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunx sodisfatti kompletament.

    3. Rigward il-bdiewa, meta, wara li jkun tnieda ftehim kummerċjali u abbażi tat-tagħrif, id-dejta u l-analiżi disponibbli għalih, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet għall-appoġġ skont l-Artikolu 2(c) huma probabbilment sodisfatti għal numru sinifikanti ta' bdiewa, hija għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 fejn tagħżel setturi jew prodotti fejn tiddefinixxi ż-żoni ġeografiċi affettwati, fejn huwa xieraq, tistipula ammont massimu għall-appoġġ potenzjali fuq livell tal-Unjoni, tistipula perjodi ta' referenza u kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għal bdiewa u dati ta' eliġibbiltà għan-nefqa kif ukoll tistabbilixxi data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, il-kontenut ta' dawn l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2).

    4. Fejn sidien-ġestjonarji ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’daqs medju u ħaddiema impjegati għal rashom jibdlu jew, fil-każ ta' bdiewa, jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom, tali sitwazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala sensji għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 5 Il-kalkolu tas-sensji

    Għall-finijiet tal-kalkolu tal-għadd ta' sensji previsti fl-Artikolu 4(1), sensja għandha titqies bħala tali:

    (a) għall-ħaddiema b'kuntratti ta' impjieg ta' tul indefinit jew għal ħaddiema b'terminu fiss li jintemm qabel l-iskadenza tiegħu:

    (1) mid-data tan-notifika individwali tal-impjegatur ta’ waqfien mix-xogħol jew ta’ tmiem tal-kuntratt tax-xogħol tal-ħaddiem; jew

    (2) mid-data ta’ meta jintemm de facto l-kuntratt tax-xogħol qabel l-għeluq taż-żmien tiegħu; jew

    (3) mid-data meta min iħaddem, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE[26], jgħarraf bil-miktub lill-awtorità pubblika kompetenti bis-sensji kollettivi pproġettati; f'dan il-każ l-Istat Membru applikant għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'tagħrif addizzjonali dwar in-numru reali ta' sensji milquta skont l-Artikolu 4(1), qabel ma titlesta l-valutazzjoni mill-Kummissjoni.

    (b) għall-ħaddiema b'perjodu fiss u għall-aġenti temporanji, jew:

    (1) mid-data ta’ meta jintemm de facto l-kuntratt tax-xogħol, jew

    (2) minn tmiem id-delega mal-impriża utenti, jew

    (3) mid-data li fiha dawn jiġu qiegħda.

    (c) Għal sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u għall-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa), is-sensja għandha tingħadd jew mid-data ta' waqfien tal-attivitajiet ikkawżati minn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, u determinati skont il-liġi nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi, jew mid-data speċifikata mill-Kummissjoni fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4(3).

    Għal kull intrapriża jew ħaddiem għal rasu kopert b'applikazzjoni l-Istat Membru għandu jispeċifika l-mod kif is-sensji qed jingħaddu.

    Artikolu 6 Ħaddiema eliġibbli

    L-Istat Membru applikant jista' jipprovdi servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG lill-ħaddiema affettwati, li jistgħu jinkludu:

    (a) il-ħaddiema kollha li ħadu s-sensja skont l-Artikolu 5, matul il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(1), (2) jew (3),

    (b) ħaddiema ngħataw is-sensja qabel jew wara l-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(1)(a) jew (2), f'każijiet fejn applikazzjoni skont l-Artikolu 4(2) tidderoga mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1)(a),

    (c) bdiewa li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom wara t-tnedija mill-Unjoni tal-ftehim kummerċjali msemmi fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

    Il-ħaddiema msemmija fil-punt (b) huma kkunsidrati eliġibbli, sakemm ikunu ħadu s-sensja wara l-aħbar ġenerali tas-sensji pproġettati u wara li tista' tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li wassal għas-sensja matul il-perjodu ta' referenza.

    Artikolu 7 Azzjonijiet eliġibbli

    5. Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati mfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fil-mira li ngħataw is-sensja fl-impjieg jew f'impjieg indipendenti jew, fil-każ ta' bdiewa, biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet preċedenti tagħhom. Il-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati jista' partikolarment jinkludi:

    (a) għajnuna għat-tfittix ta' impjieg, gwida dwar ix-xogħol, servizzi konsultattivi, konsulenza, għajnuna għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, għajnuna għal impjieg indipendenti u gћall-ftuħ ta’ negozji jew għal tibdil jew aġġustament tal-attività (inklużi investimenti f’assi fiżiċi), attivitajiet ta' kooperazzjoni, taħriġ imfassal apposta u taħriġ mill-ġdid, inkluż ħiliet tat-teknoloġija tat-tagħrif u l-komunikazzjoni u ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba;

    (b) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ ta' min iħaddem, allowances għall-mobbiltà, sussidji jew allowances għat-taħriġ (inklużi allowances għal carers jew servizzi ta' għajnuna azjendali), li kollha huma limitati sakemm idum dokumentat tiftix attiv għax-xogħol jew attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jew ta' taħriġ;

    (c) miżuri li jistimulaw, b’mod partikulari lill-ħaddiema żvantaġġati jew imdaħħla fiż-żmien biex jibqgħu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.

    L-ispejjeż tal-miżuri taħt (b) ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati elenkati f'dan il-paragrafu.

    L-ispiża tal-investimenti f'assi fiżiċi għal xogħol awtonomu u l-bidu ta' negozju jew il-bdil jew l-aġġustament tal-attività ma tistax taqbeż EUR 35 000.

    6. Dawn il-miżuri ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kontribut finanzjarju mill-FEG:

    (a) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien kif elenkati fil-paragrafu 1 (b) li mhumiex marbuta mas-sehem attiv tal-ħaddiema fil-mira f'attivitajiet ta' tfittxija tax-xogħol jew ta' taħriġ;

    (b) azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' intrapriżi bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

    7. Fuq inizjattiva tal-Istat Membru applikanti, tista' ssir kontribuzzjoni finanzjarja għall-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, tagħrif u pubbliċità, kontroll u rappurtaġġ.

    Artikolu 8 Applikazzjonijiet

    1. L-Istat Membru għandu jressaq applikazzjoni kompluta lill-Kummissjoni fi żmien 12-il ġimgħa mid-data meta jiġu sodisfatti l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1) jew (2) jew, fejn applikabbli, qabel id-data tal-għeluq stipulata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(3). F'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati l-applikazzjoni tista' tiġi ssuplimentata b'tagħrif addizzjonali mill-Istat Membru applikanti fi żmien sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni abbażi tat-tagħrif disponibbli. Il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni fi żmien tnax-il ġimgħa mid-data tal-ilqugħ tal-applikazzjoni kompluta jew (fil-każ ta' applikazzjoni mhix kompluta) sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni inizjali, liema minnhom tiġi l-ewwel.

    2. L-applikazzjoni għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

    (a) analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda u mhux mistennija, jew il-qagħda l-ġdida tas-suq fis-settur agrikolu fl-Istat Membru u li tirriżulta mill-effetti tal-ftehim kummerċjali inizjalat mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew minn ftehim multilaterali inizjalat fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, skont l-Artikolu 2(c). Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

    (b) valutazzjoni tal-għadd ta’ sensji skont l-Artikolu 5, u spjegazzjoni tal-avvenimenti li wasslu għal dawk is-sensji;

    (c) l-identifikazzjoni, fejn huwa applikabbli, tal-intrapriżi li keċċew lill-impjegati, il-fornituri jew il-produtturi aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni, is-setturi, u l-kategoriji ta’ ħaddiema fil-mira;

    (d) l-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali;

    (e) il-baġit stmat għal kull komponent tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati b'appoġġ għall-ħaddiema fil-mira;

    (f) id-dati li fihom inbdew jew huwa ppjanat li jinbdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema milquta u l-attivitajiet biex ikun implimentat il-FEG, kif stipulat fl-Artikolu 7(1) u 3 rispettivament;

    (g) il-proċeduri li ttieħdu għall-konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali jew organizzazzjonijiet rilevanti kif applikabbli;

    (h) stqarrija ta' konformità tal-appoġġ mitlub mill-FEG bir-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li s-servizzi personalizzati ma jieħdux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

    (i) is-sorsi ta’ kofinanzjament nazzjonali;

    (j) jekk applikabbli, kwalunkwe rekwiżiti oħra li jistgħu jkunu stabbiliti fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

    3. Abbażi tat-tagħrif stipulat fil-paragrafu 2 u kwalunkwe tagħrif addizzjonali ppreżentat mill-Istat Membru applikanti fi żmien il-perjodu previst fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, jekk il-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja humiex sodisfatti.

    Artikolu 9 Il-komplementarjetà, il-konformità u l-koordinazzjoni

    1. L-għajnuna għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tikkomplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

    2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi solidarjetà u appoġġ għal ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja. L-attivitajiet appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Ewropa, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

    3. Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikanti għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-għajnuna mill-Fondi tal-Unjoni.

    4. L-Istat Membru applikanti għandu jiżgura li l-azzjonijiet speċifiċi li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhomx jirċievu wkoll għajnuna minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni.

    Artikolu 10 Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u non-diskriminazzjoni

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi tiġi promossa matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni msejsa fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali u t-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg fl-aċċess għal u matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-appoġġ.

    Artikolu 11 Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

    1. Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, suġġett għal limitu massimu ta’ 0,5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG, il-FEG jista’ jintuża biex jiffinanzja l-preparazzjoni, il-monitoraġġ, il-ġbir tat-tagħrif u l-kreazzjoni ta’ bażi ta’ konoxxenza rilevanti għall-implimentazzjoni tal-FEG. Huwa jista’ jintuża wkoll sabiex jiffinanzja l-appoġġ amministrattiv u tekniku, attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet ta’ verifika, kontroll u evalwazzjoni li huma meħtieġa biex ikun implimentat dan ir-Regolament.

    2. Suġġett għar-rata massima stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-baġit se tipprovdi ammont għall-għajnuna teknika fil-bidu ta’ kull sena abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni.

    3. Il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament Finanzjarju, kif ukoll ir-regoli ta’ implimentazzjoni applikabbli għal din il-forma ta’ implimentazzjoni tal-baġit.

    4. L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvista ta’ tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi wkoll tagħrif dwar l-użu tal-FEG lill-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali.

    Artikolu 12 Tagħrif, komunikazzjoni u pubbliċità

    1. L-Istat Membru għandu jipprovdi tagħrif dwar l-azzjonijiet iffinanzjati u għandu jagħmilhom pubbliċi. It-tagħrif għandu jkun indirizzat lill-ħaddiema fil-mira, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-imsieħba soċjali, lill-midja u lill-pubbliku ġenerali. Għandu jenfasizza r-rwol tal-Unjoni u għandu jiżgura li l-kontribuzzjoni mill-FEG tkun viżibbli.

    2. Il-Kummissjoni Ewropea għandha twaqqaf sit tal-Internet, li jkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni, li għandu jipprovdi tagħrif dwar il-FEG, gwida dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet, kif ukoll tagħrif dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda, filwaqt li jenfasizza r-rwol tal-awtorità baġitarja.

    3. Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni dwar każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom.

    4. Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll sabiex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn huma relatati mal-iskopijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 13 Id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

    1.           Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b’mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista’ jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2) jew il-65 % ta' dawn l-ispejjeż f'każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru li fit-territorju tiegħu għandu tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali. F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kofinanzjament ta' 65 % huwiex ġustifikat.

    2.           Fejn, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament, hija għandha tagħti bidu minnufih għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

    3.           Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma ntlaħqux, għandha tinnotifika minnufih lill-Istat Membru kkonċernat.

    Artikolu 14 L-eliġibbiltà tan-nefqa

    In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(h) li fihom l-Istat Membru jibda s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema fil-mira jew in-nefqa amministrattiva sabiex ikun implimentat il-FEG f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (3) rispettivament. Fil-każ tal-bdiewa, in-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni mid-data stipulata fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

    Artikolu 15 Il-proċedura baġitarja

    1.           L-arranġamenti għall-FEG għandhom ikunu konformi mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    2.           L-approprjazzjonijiet li jikkonċernaw il-FEG għandhom ikunu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea bħala provvediment.

    3.           Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-immobilizzar tal-FEG intlaħqu, hija għandha tissottometti proposta sabiex tagħmel użu minnu. Id-Deċiżjoni sabiex jintuża l-FEG għandha tittieħed flimkien miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

    Fl-istess ħin li tippreżenta l-proposta għal Deċiżjoni biex tagħmel użu mill-FEG, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti. Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim għandha tinbeda proċedura trialoga.

    Trasferimenti relatati mal-FEG għandhom isiru skont ir-Regolament Finanzjarju.

    4.           Flimkien mal-proposta għal Deċiżjoni biex jintuża l-FEG il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-awtorità baġitarja taddotta d-Deċiżjoni biex jitħaddem il-FEG.

    5.           Proposta skont il-paragrafu 3 għandha tinkludi dan li ġej:

    (a) il-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8 (3), flimkien ma' sommarju tat-tagħrif li fuqu hija bbażata dik il-valutazzjoni;

    (b) evidenza li ntlaħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 4 u 9; kif ukoll

    (c) ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-ammonti proposti.

    6.           Fl-1 ta' Settembru ta' kull sena, mill-inqas kwart tal-ammont annwali massimu tal-FEG għandu jibqa' disponibbli sabiex ikunu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu sakemm tintemm is-sena.

    Artikolu 16 Il-pagament u l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja

    1. Wara d-dħul fis-seħħ ta' Deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 15(4) il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru f’forma ta' prefinanzjament ta' mhux anqas minn 50 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Istat Membru, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata, segwit meta meħtieġ f'forma ta' pagamenti intermedjarji u finali. Il-prefinanzjament għandu jkun ikklerjat meta titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 18(3).

    2. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi implimentata fil-qafas ta’ ġestjoni maqsuma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont ir-Regolament Finanzjarju.

    3. It-termini ta' finanzjament dettaljati, b'mod partikolari ir-rata ta' prefinanzjament u l-mod tal-pagamenti intermedjarji u finali għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 15(4).

    Pagamenti intermedjarji għandhom isiru sabiex jirrimborsaw in-nefqa li jkunu sofrew l-Istati Membri meta jkunu qed iwettqu l-azzjonijiet eliġibbli, soġġetti għat-tressiq ta' dikjarazzjoni tan-nefqa quddiem il-Kummissjoni ffirmata minn rappreżentant ta' korp pubbliku akkreditat skont l-Artikolu 21.

    4. L-Istat Membru għandu jwettaq l-azzjonijiet eliġibbli stipulati fl-Artikolu 6 mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tal-applikazzjoni, skont l-Artikolu 8 (1).

    5. Meta jwettaq l-azzjonijiet li jinsabu fil-pakkett ta’ servizzi personalizzati l-Istat Membru jista' jressaq proposta quddiem il-Kummissjoni sabiex jemenda l-azzjonijiet inklużi biż-żieda ta' azzjonijiet eliġibbli oħrajn elenkati fl-Artikolu 7(1)(a) u (c), sakemm dawk l-emendi huma ġustifikati kif mistħoqq u ma jaqbżux il-kontribuzzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-reviżjonijiet proposti u, jekk taqbel magħhom, għandha tgħarraf b'dan lill-Istat Membru.

    6. In-nefqa skont l-Artikolu 7(3) għandha tkun eliġibbli sad-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tar-rapport.

    Artikolu 17 L-użu tal-Euro

    L-applikazzjonijiet, id-deċiżjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe dokument relatat ieħor, għandhom jesprimu l-ammonti kollha f'Euro.

    Artikolu 18 Rapport interim u finali u għeluq

    1. Mhux aktar tard minn 15-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 8(1) jew mid-data stipulata fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport interim lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż il-finanzjament, iż-żmien u t-tip ta' azzjonijiet diġà meħuda u dwar ir-rata ta' riintegrazzjoni lura fl-impjieg jew l-attivitajiet ġodda miksuba 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni.

    Barra minn hekk, ir-rapport interim għandu jinkludi tagħrif dwar:

    (a) deskrizzjoni tal-pakkett koordinat tas-servizzi personalizzati u n-nefqa relatata, inkluż kif din tikkomplimenta l-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn nazzjonali jew tal-Unjoni kif ukoll tagħrif dwar azzjonijiet li huma mandatorji għall-intrapriżi kkonċernati bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi;

    (b) deskrizzjonji tal-azzjonijiet meħuda u ppjanati mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, Fondi tal-Unjoni, imsieħba soċjali u intrapriżi, inkluża stima ta' kif dawn jikkontribwixxu għar-riintegrazzjoni tal-ħaddiema lura fl-impjieg jew f'attivitajiet ġodda.

    2. Mhux aktar minn sitt xhur wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 16(4), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport finali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż tagħrif dwar it-tip ta’ azzjonijiet u r-riżultati ewlenin, il-karatteristiċi tal-ħaddiema fil-mira u l-istatus tal-impjieg tagħhom, flimkien ma’ dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa u li tindika fejn ikun possibbli l-komplimentarjetà tal-azzjonijiet ma’ dawk iffinanzjati mill-FSE.

    3. Mhux aktar minn sitt xhur wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet it-tagħrif meħtieġ kollu skont il-paragrafu 2, hija għandha tagħlaq il-kontribuzzjoni finanzjarja billi tiddeċiedi l-ammont finali tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun hemm, il-bilanċ li għandu jitħallas mill-Istat Membru skont l-Artikolu 22.

    Artikolu 19 Rapport biennali

    1. Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sentejn, u għall-ewwel darba fl-2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet skont dan ir-Regolament u r-Regolament 1927/2015 matul is-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati milħuqa mill-FEG u għandu jinkludi b'mod partikolari tagħrif li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati inkluża l-komplimentarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' biżżejjed approprjazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà.

    2. Ir-rapport se jiġi trasmess għat-tagħrif lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-imsieħba soċjali.

    Artikolu 20 Evalwazzjoni

    1. Fuq l-inizjattiva tagħha stess u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq:

    (a) evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-effikaċja u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba sat-30 ta' Ġunju 2018;

    (b) evalwazzjoni ex-post, sal-31 ta' Diċembru 2022 bl-għajnuna ta' esperti esterni, sabiex jiġi mkejjel l-impatt tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.

    2. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni se jkunu trasmessi, għat-tagħrif, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-imsieħba soċjali.

    Artikolu 21 Il-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju

    1. Bla ħsara għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà mill-bidunett għall-immaniġġjar tal-azzjonijiet appoġġjati mill-FEG u l-kontroll finanzjarju tal-azzjonijiet. Għal dan l-għan, il-miżuri li huma jieħdu għandhom jinkludu:

    (a) li jivverifikaw li l-arranġamenti ta' mmaniġġjar u kontroll ġew stabbiliti u qed ikunu implimentati b'tali mod li jassiguraw li l-fondi tal-Unjoni qed ikunu użati b'mod effiċjenti u korrett, b'konformità mal-prinċipji ta' mmaniġġjar finanzjarju sod;

    (b) li jivverifikaw li l-azzjonijiet iffinanzjati twettqu kif suppost;

    (c) li jassiguraw li l-infiq iffinanzjat huwa bbażat fuq dokumenti ta’ ġustifikazzjoni verifikabbli, u huwa korrett u regolari;

    (d) li jipprevjenu, jsibu u jikkorreġu irregolaritajiet kif definit fir-[Regoalment (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... dwar l-istipular ta' dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006] dwar il-Fondi Strutturali u fejn huwa xieraq jirkupra ammonti li tħallsu inġustament flimkien mal-interessi fuq pagamenti tard. Huma għandhom jinnotifikaw irregolaritajiet bħal dawn lill-Kummissjoni, u jżommu lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-proċedimenti amministrattivi u legali.

    2. L-Istati Membri għandhom jaħtru korpi responsabbli għal ġestjoni tajba u għall-kontroll tal-azzjonijiet appoġġati mill-FEG skont l-Artikolu 56 tar-Regolament Finanzjarju u mal-kriterji u l-proċeduri stipulati fir-Regolament Ġenerali tal-Fondi Strutturali. Sal-1 ta' Frar tas-sena finanzjarja ta' wara, dawn il-korpi akkreditati għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 56(5) tar-Regolament Finanzjarju.

    3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa fejn tkun aċċertata irregolarità. Il-korrezzjonijiet magħmula mill-Istat Membru għandhom jikkonsistu fit-tħassir ta’ parti jew tal-kontribuzzjoni kollha. Fejn jirriżulta li kien hemm irregolarità l-Istat Membru għandu jirkupra kull ammont mitluf, iħallsu lura lill-Kummissjoni u, meta l-ammont ma jitħallasx f’waqtu fil-limitu ta’ żmien mogħti mill-Istat Membru involut, għandu jitħallas l-imgħax.

    4. Il-Kummissjoni, fir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda u effiċjenti. Hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru li japplika biex jiżgura li għandu sistemi ta' maniġment u ta' kontroll li qed jaħdmu tajjeb; il-Kummissjoni għandha tivverifika hija stess li dawn is-sistemi qegħdin jitħaddmu.

    Għal dan l-iskop, bla ħsara għall-poteri tal-Qorti tal-Awdituri jew għall-verifiki mwettqa mill-Istat Membru skont il-liġijiet nazzjonali, r-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi, uffiċjali jew impjegati tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki fil-post, inklużi verifiki rappreżentattivi, dwar l-azzjonijiet iffinanzjati mill-FEG wara avviż li jintbagħat fiż-żmien minimu ta’ jum ta’ xogħol. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru applikanti bl-iskop li takkwista l-għajnuna neċessarja meħtieġa. Uffiċjali jew impjegati tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jieħdu parti f'dawn il-verifiki.

    5. L-Istat Membru għandu jassigura li d-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni li jirrigwardaw in-nefqa magħmula jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għal perjodu ta’ tliet snin wara l-konklużjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja li tkun waslet mill-FEG.

    Artikolu 22 Ir-rimborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja

    1. F’każijiet fejn l-ammont tal-ispiża ta’ azzjoni effettiva jkun inqas mill-ammont ikkalkulat li kien ikkwotat skont l-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni permezz tal-att ta' implimentazzjoni, fejn titlob lill-Istat Membru jħallas lura l-ammont li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni finanzjarja li jkun ħa.

    2. Fejn Stat Membru jonqos milli jikkonforma mal-obbligi ddikjarati fid-Deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa billi tadotta Deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, sabiex iġġiegħel lill-Istat Membru jħallas lura l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha li jkun ħa jew parti minnha.

    3. Qabel ma tiġi adottata Deċiżjoni skont il-paragrafi 1 jew 2, il-Kummissjoni għandha twettaq eżami xieraq tal-każ u, b'mod partikolari, għandha tagħti lill-Istat Membru perjodu speċifiku ta' żmien li matulu jista' jressaq il-kummenti tiegħu.

    4. Jekk, wara li jkunu tlestew il-verifiki neċessarji, il-Kummissjoni tikkonkludi li Stat Membru mhuwiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 21 (1), jekk l-ebda ftehim ma jkun milħuq u jekk l-Istat Membru jkun għadu ma wettaqx il-korrezzjonijiet f’perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, u wara li jiġi kkunsidrat kwalunkwe kumment magħmul mill-Istat Membru, hi għandha tiddeċiedi fi tliet xhur mill-aħħar tal-perjodu msemmi hawn fuq biex tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa billi tikkanċella l-kontribuzzjoni tal-FEG kollha jew parti minnha għall-azzjonijiet inkwistjoni. Kull ammont mitluf li jirriżulta minn irregolarità misjuba għandu jkun irkuprat u, fejn l-ammont mhux imħallas lura fiż-żmien mogħti mill-Istat Membru applikant, għandu jitħallas l-imgħax .

    Artikolu 23 Ġestjoni finanzjarja u appoġġ lill-bdiewa

    B'deroga mill-Artikoli 21 u 22, l-appoġġ għall-bdiewa għandu jkun ġestit u kkontrollat skont ir-Regolament (KE) Nru ................ dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ ta' politika agrikola komuni.

    Artikolu 24 Eżerċizzju tad-delegazzjoni

    1. Is-setgħat sabiex ikunu adottati atti ddelegati huma kkonferiti lill-Kummissjoni bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2. Id-delegazzjonijiet ta’ setgħa msemmija f'dan ir-Regolament għandhom jingħataw għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    3. Id-delegazzjonijiet tal-poter imsemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jiġu revokati fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

    4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5. Att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 4(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn (2) min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

    Artikolu 25 Revoka

    Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 huwa mħassar b’seħħ mis- 1 ta’ Jannar 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika għal applikazzjonijiet imressqa sal-31 ta' Diċembru 2013.

    Artikolu 26 Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet kollha mressqa bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2020.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

    1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  1.1.    It-titolu tal-proposta/inizjattiva

                  1.2.    Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

                  1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

                  1.4.    L-għan(ijiet)

                  1.5.    Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

                  1.6.    Id-dewmien u l-impatt finanzjarju

                  1.7.    Il-metodu(i) tal-ġestjoni previst(i)

    2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

                  2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

                  2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u ta' kontroll

                  2.3.    Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet

    3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

                  3.2.    L-impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

                  3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

                  3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

                  3.2.5. Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

                  3.3.    L-impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

    1. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titolu tal-proposta/inizjattiva

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 2014 – 2020

    1.2. Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[27]

    L-Attività ABB: Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni kif inkluż fil-Pjan tal-Immaniġġjar tad-DĠ EMPL 2010

    1.3. In-natura tal-proposta/inizjattiva

    ¨ Il-proposta/inizjattiva hi marbuta ma’ azzjoni ġdida

    ¨ Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett bi prova/azzjoni preparatorja[28]

    X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

    ¨ Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

    1.4. Għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    Il-proposta taqa’ taħt "Komunikazzjoni dwar baġit għal Ewropa 2020" li fiha l-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014 – 2020.

    1.4.2. L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/i

    Għan speċifiku Nru 1: Li tinżamm il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema mogħtija s-sensja kawża tal-bidliet fil-mudelli tal-kummerċ dinji u tal-kriżijiet mhux mistennija.

    Għan speċifiku Nru 2: Inklużi ħaddiema għal terminu fiss u l-aġenti temporanji fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG.

    Għan speċifiku Nru 3: Inklużi sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u ħaddiema f'impjieg indipendenti (inklużi bdiewa).

    Attività/attivitajiet tal-ABM/ABB kkonċernati: Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

    1.4.3. Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

    Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

    Il-proposta se tippermetti lill-Unjoni Ewropea tkompli tagħti s-sostenn tagħha permezz tal-FEG b'rata ta' kofinanzjament ta' 50 % għal miżuri attivi għal suq tax-xogħol għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba fil-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ u l-kriżijiet mhux mistennija. Din ir-rata tista' tiżdied għal 65 % fil-każ ta' Stati Membri li fit-territorju tagħhom għandhom tal-anqas reġjun wieħed f'livell ta' NUTS II eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali. Il-popolazzjoni eliġibbli hija mwessa’ biex tinkludi ħaddiema għal terminu fiss, aġenti temporanji u sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u ħaddiema f'impjieg indipendenti (inklużi bdiewa).

    1.4.4. L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    - L-għadd ta' applikazzjonijiet imressqa għall-għajnuna mill-FEG

    - L-għadd ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-mira tal-għajnuna mill-FEG

    - L-għadd ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja riintegrati fl-impjieg wara miżuri sostnuti mill-FEG

    1.5. Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Ir-rekwiżit(i) li għandu jiġi ssodisfat/li għandhom jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil ta' żmien

    Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jrid jiġi rivedut sal-aħħar tal-2013. Ir-reviżjoni, li hija mwettqa permezz tar-Regolament propost, tippermetti lill-Fond ikompli għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014 – 2020, iwessa’ l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu biex jinkludi l-popolazzjonijiet addizzjonali eliġibbli, u jemenda wħud mid-dettalji tekniċi sabiex jittejjeb il-funzjonament tiegħu.

    1.5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni

    L-involviment tal-Unjoni permezz tal-FEG jagħmilha possibbli li jiġu kkumplimentati l-mezzi nazzjonali disponibbli għar-riintegrazzjoni ta' ħaddiema mogħtija s-sensja kawża tal-globalizzazzjoni tal-kummerċ jew ta' kriżijiet mhux mistennija. L-esperjenza miksuba sa issa mill-FEG tindika li l-involviment tal-Unjoni jagħmilha possibbli li tkun ipprovduta għajnuna aktar speċifika, għal perjodu ta' żmien itwal, li ħafna drabi jkunu jinvolvu miżuri li ma kinux jistgħu jiġu pprovduti mingħajr l-involviment tal-FEG.

    1.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Ara l-esperjenza miksuba taħt ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 kif stipulat fil-Memorandum ta' spjegazzjoni.

    1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

    Il-FEG huwa koerenti u joffri sinerġija mal-Fond Soċjali Ewropew.

    1.6. Id-dewmien u l-impatt finanzjarju

    – X Proposta/inizjattiva ta' perjodu limitat

    – X  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020

    – ¨  L-impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

    ¨ Proposta/inizjattiva ta’ dewmien illimitat

    – Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

    – segwita bi skala sħiħa tal-operat.

    1.7. Il-metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[29]

    ¨ Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

    ¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata b’delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil:

    – ¨  aġenziji eżekuttivi

    – ¨  entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet[30]

    – ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku

    – ¨  persuni inkarigati mill-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

    X Ġestjoni maqsuma mal-Istati Membri

    ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

    ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għandhom jiġu speċifikati)

    Jekk jiġi indikat iktar minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti".

    Kummenti

    2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    L-Artikolu 19 tar-Regolament propost jeżiġi li l-Kummissjoni tippreżenta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwalitattiv u kwantitattiv dwar l-attivitajiet li saru taħt dan ir-Regolament fis-sentejn ta’ qabel. Dan ir-rapport fih, fost l-oħrajn, l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni fuq l-attivitajiet ta’ monitoraġġ matul is-snin kkonċernati.

    Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament propost, il-Kummissjoni se twettaq qabel tmiem Ġunju tal-2018, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, evalwazzjoni f’nofs il-perjodu tal-effettività u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba permezz tal-FEG. Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni trid twettaq, bl-għajnuna ta’ esperti esterni, valutazzjoni ex-post biex tkejjel l-impatt tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.

    2.2. Sistema ta’ ġestjoni u ta' kontroll 2.2.1. Riskju(i) identifikat(i)

    Ir-riskji huma dawk marbuta mal-ġestjoni konġunta tal-Fondi Komunitarji.

    2.2.1. Il-metodu(i) tal-kontroll previst(i)

    Ir-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju huma stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament propost.

    2.3. Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

    Il-miżuri biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet huma stipulati fl-Artikolu 20 (1) (d) u fl-Artikolu 20 (2) tar-Regolament propost.

    3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

    · Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Għadd [Deskrizzjoni………………………...……… || AD/AMD ([31]) || minn pajjiżi tal-EFTA[32] || minn pajjiżi kandidati[33] || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    mhux applikabbli || 04.0501 Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 04.010414 Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva 40.0243 Riserva għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni || DA || LE || LE || LE || LE

    · Linji baġitarji ġodda mitlubin

    Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Għadd [Intestatura…………………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    mhux applikabbli || Linja baġitarja ġdida se tkun mitluba għall-implimentazzjoni ta' parti mill-FEG mid-DĠ AGRI || [DA…] || /LE || /LE || /LE || /LE

    3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Għadd ||

    DĠ: EMPL || || || Sena 2014[34] || Sena 2015 || TOTALI

    Ÿ Approprazzjonijiet operazzjonali PM || || ||

    In-numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1) || || ||

    Ħlasijiet || (2) || || ||

    Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || ||

    Ħlasijiet || (2a) || || ||

    Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati  mill-envelopp ta' programmi speċifiċi[35] || || ||

    Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || ||

    TOTAL approprjazzjonijiet għad-DĠ EMPL || Impenji || = 1 + 1a + 3 || || ||

    Ħlasijiet || = 2 + 2a +3 || || ||

    Ÿ TOTAL approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || ||

    Ħlasijiet || (5) || || ||

    Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || || ||

    TOTAL approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA EMPL tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || || ||

    Ħlasijiet || =5+ 6 || || ||

    Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

    Ÿ TOTAL approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || ||

    Ħlasijiet || (5) || || ||

    Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || || ||

    TOTAL approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || ||

    Ħlasijiet || =5+ 6 || || ||

    Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “ Nefqa amministrattiva ”

    EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

    || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Is-snin 2017-2020 || TOTALI

    DĠ: EMPL + AGRI ||

    Ÿ Riżorsi umani || 1.271 || 1.271 || 1.271 || 1.271 kull sena || 8.897 ||

    Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0.140 || 0.140 || 0.140 || 0.140 kull sena || 0.98 ||

    TOTALI || || 1.411 || 1.411 || 1.411 || 1.411 kull sena || 9.877 ||

    TOTAL approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || || ||

    EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

    || || || Sena N[36] || Sena N+1 || TOTALI

    TOTAL approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || || ||

    Ħlasijiet || || ||

    3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

    – X  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2014 || Sena 2015-2020 || ... daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTALI ||

    ||

    Tip ta’ riżultati[37] || Spiża medja tal-output || Għadd ta’ ouputs || Kost || Għadd ta’ ouputs || Kost || Għadd ta’ ouputs || Kost || Għadd ta’ ouputs || Kost || Għadd ta’ ouputs || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Total spiża ||

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[38]... || || || || || || || || || || || || ||

    Output || || || || || || || || || || || || || || ||

    Output || || || || || || || || || || || || || || ||

    Output || || || || || || || || || || || || || || ||

    Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || ||

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || ||

    Output || || || || || || || || || || || || || || ||

    Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || ||

    SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || ||

    3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

    –      Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tal-approprjazzjonijiet amministrattivi

    – Ö            Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

    EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

    || Sena 2014 [39] || Sena 2015 || Is-snin 2016-2020 || TOTALI

    L-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || ||

    Riżorsi umani || 1.271 || 1.271 || 1.271 kull sena || 8.897

    Nefqa amministrattiva oħra || 0.14 || 0.14 || 0.14 kull sena || 0.98

    Is-subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 1.411 || 1.411 || 1.411 kull sena || 9.877

    ’Il barra mill-INTESTATURA 5[40] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || ||

    Riżorsi umani || || ||

    Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || || ||

    Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || ||

    TOTALI || || || || || ||

    3.2.3.2.  Ir-rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tar-riżorsi umani

    – X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-iktar sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

    || Sena 2014 || Sena 2015 || L-istess għas-snin 2016 sa 2020

    XX 01 01 01 (Fil-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 9 || 9 || Bħal qabel

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || ||

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || ||

    10 01 05 01 (Riċerka diretta) || ||

    XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || 2 || 2

    XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || ||

    XX 01 04 ss[41] || fil-Kwartieri ġenerali[42] || ||

    - fid-delegazzjonijiet || ||

    XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || ||

    10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || ||

    Linji oħra tal-baġit (speċifika) || ||

    TOTALI || 11 || 11 || || 11 ||

    XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit konċernat.

    Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni diġà mogħtija biex tiġi ġestita din l-azzjoni u/jew riallokata fid-DĠ, ikkomplementati, jekk ikun il-każ, b'allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni fil-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji ||

    Persunal estern ||

    3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

    – X  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi r-riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

    Spjega x’riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti li jikkorrispondu.

    Mhux applikabbli

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva teżiġi l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[43].

    Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

    Mhux applikabbli

    3.2.5. Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    – X Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

    – Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

    || Sena 2014 || Sena 2015 || ... daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

    Speċifika l-korp ta’ ko-finanzjament || || || || || ||

    TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || ||

    3.3. L-impatt stmat fuq id-dħul

    – X  Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju li ġej:

    ¨         fuq ir-riżorsi proprji

    ¨         fuq id-dħul mixxellanju

    EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

    Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju kontinwu tal-baġit || ||

    Sena 2012 || Sena 2013 || … daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) ||

    Artikolu …............ || || || || || || ||

    Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tal-infiq affetwata/i.

    Mhux applikabbli

    Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

    Mhux applikabbli

    [1]               COM(2011) 500 finali, 21.2.2011.

    [2]               ĠU L 406, 5.12.2008, p. 1.

    [3]               COM(2008) 800 finali, 21.2.2011.

    [4]               Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009, ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26.

    [5]               COM(2011) 336 finali, 21.2.2011.

    [6]               COM(2011) 403 finali, 21.2.2011.

    [7]               COM(2011) 500 finali, 21.2.2011.

    [8]               COM(2010) 2020 finali, 21.2.2011.

    [9]               http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=326&eventsId=320&furtherEvents=yes

    [10]             http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=326&eventsId=323&furtherEvents=yes

    [11]             http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=6578&langId=en

    [12]             http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=326&eventsId=285&furtherEvents=yes

    [13]             http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=326&eventsId=330&furtherEvents=yes

    [14]             SEC(2011)xxx.

    [15]             SEC(2011)yyy.

    [16]             COM(2011) 403 finali, 21.2.2011.

    [17]             ĠU C , , p. .

    [18]             ĠU C , , p. .

    [19]             ĠU L 48, 22.2.2008, p. 82.

    [20]             COM(2011) 500 finali, 21.2.2011.

    [21]             ĠU L 167, 5.12.2008, p. 27.

    [22]             COM(2011) 403 finali, 21.2.2011.

    [23]             ĠU L

    [24]             ĠU L 175, 5.12.2008, p. 43.

    [25]             ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9.

    [26]             ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16.

    [27]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

    [28]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    [29]             Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq il-websajt tal-Baġit: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

    [30]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    [31]             AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD= Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

    [32]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

    [33]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

    [34]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [35]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji ex "BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

    [36]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [37]             Ir-riżultati (outputs) huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

    [38]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. "Għan(ijiet) speċifiku(/ċi)…"

    [39]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [40]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji ex "BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

    [41]             Taħt il-limitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (li qabel kienu linji "BA").

    [42]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

    [43]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    Top