EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007TA1219(16)

Rapport fuq il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni tal-Korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

ĠU C 309, 19.12.2007, p. 94–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 309/94


RAPPORT

fuq il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta' Traduzzjoni tal-Korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

(2007/C 309/16)

WERREJ

1-2

INTRODUZZJONI

3-6

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

7-9

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti taċ-Ċentru

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi ta' L-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”) kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (1) Ir-Rwol taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lill-korpi ta' l-UE, u kwalunkwe istituzzjoni u korpi ta' l-UE oħra li jsaqsu għas-servizzi tiegħu, servizzi ta' traduzzjoni neċessarji għall-attivitajiet tagħhom.

2.

It-Tabella 1 tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Sommarju tad-dejta prinċipali meħuda mir-rendikonti finanzjarji ppreparati miċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2006 huwa ppreżentat fit-Tabelli 2, 3 u 4 għal skopijiet ta' informazzjoni.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Din id-Dikjarazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 (2); kienet ippreparata wara eżami tal-kontijiet taċ-Ċentru, kif meħtieġ mill-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2006 (3) ġew magħmula mid-Direttur tiegħu, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2965/94, u mibgħuta lill-Qorti, li hija meħtieġa li tagħti dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.

5.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi ta' Etika ta' l-IFAC u ta' l-INTOSAI, safejn dawn huma applikabbli għall-kuntest tal-Komunità Ewropea. Il-verifika kienet ippjanata u mwettqa bi ħsieb li tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari.

6.

Il-Qorti kisbet għalhekk bażi raġonevoli għad-Dikjarazzjoni mniżżla hawn taħt:

Affidabbiltà tal-kontijietIl-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2006 huma, fl-aspetti materjali kollha, affidabbli.Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażiIt-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru, meħuda fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġux id-Dikjarazzjoni tal-Qorti f'diskussjoni.

OSSERVAZZJONIJIET

7.

Il-bilanċ favur akkumulat tal-baġit (4) għall-2006 kien ta' 16,9 miljun euro. Fl-2005 kien ta' 10,5 miljun euro u fl-2004 kien ta' 3,5 miljun euro. Fl-2007, iċ-Ċentru se jagħti rifużjoni ta' 9,3 miljun euro lill-klijenti tiegħu. Tali akkumulazzjoni ta' bilanċi żejda wriet li l-metodu għall-għoti ta' prezz tat-traduzzjonijiet tiegħu mhuwiex preċiż biżżejjed.

8.

F'każ wieħed (5), sar impenn legali qabel l-impenn baġitarju, bi ksur tar-Regolament Finanzjarju.

9.

Ma kinux jeżistu linji gwida meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kandidati. F'proċedura ta' reklutaġġ ta' tradutturi, iċ-Ċentru naqas milli jagħti provi bil-miktub tar-regoli applikati għall-evalwazzjoni tal-fajls tal-kandidati.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-27 ta' Settembru 2007.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Hubert WEBER

President


(1)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  Dawn il-kontijiet kienu ppreparati fl-1 ta' Lulju 2007 u rċevuti mill-Qorti fit-3 ta' Lulju 2007.

(4)  Ir-riżultat baġitarju huwa kkalkulat abbażi ta' metodu ta' likwidità modifikat u mhux abbażi tal-prinċipju tad-dovuti użat għar-riżultat ekonomiku (ara t-tabella 3).

(5)  Valur: 320 000 euro.


 

Tabella 1

Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi ta' L-Unjoni Ewropea (il-Lussemburgu)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja

Kompetenzi

taċ-Ċentru (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2006

(dejta għall-2005)

Prodotti u servizzi fornuti matul is-sena finanzjarja 2006

(dejta għall-2005)

Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri bi ftehim reċiproku adottaw dikjarazzjoni, taħt l-awspiċi tad-dipartimenti tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu, dwar il-ħolqien ta' Ċentru ta' traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni, li jkun jipprovdi s-servizzi ta' traduzzjoni neċessarji għall-ħidma tal-korpi u servizzi li l-kwartieri tagħhom kienu stabbiliti bid-deċiżjoni tad-29 ta' Ottubru 1993

(Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda skond l-Artikolu 235 tat-Trattat).

Objettivi

Li jipprovdi s-servizzi neċessarji tat-traduzzjoni għall-operazzjoni tal-korpi segwenti:

L-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent,

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ,

Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-drogi,

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini,

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol,

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni),

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Unità Drogi ta’ l-Europol.

Korpi mwaqqfa mill-Kunsill, barra dawk imsemmija hawn fuq jistgħu jużaw is-servizzi taċ-Ċentru. L-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Ewropea li ġa għandhom is-Servizz ta' Traduzzjoni tagħhom stess jistgħu, jekk jiġi l-każ, jsaqsu għas-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja.

Iċ-Ċentru jieħu sehem bis-sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali dwar it-Traduzzjoni.

Kompiti

Li jagħmel arranġamenti għall-koperazzjoni mal-korpi u l-istituzzjonijiet

Li jieħu sehem fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali dwar it-Traduzzjoni.

1   Bord tal-tal-Maniġment

Kompożizzjoni

rappreżentant minn kull Stat Membru;

żewg rappreżentanti mill-Kummissjoni;

rappreżentant minn kull korp jew istituzzjoni li ssaqsi għas-servizzi taċ-Ċentru.

Kompitu

Jadotta il-programm annwali ta' xogħol taċ-Ċentru u r-rapport annwali.

2   Direttur

Maħtur mill-Bord tal-Maniġment fuq proposta mill-Kummissjoni.

3   Kontroll estern

Il-Qorti ta' l-Awdituri.

4   Verifika esterna

L-awditur intern tal-Kummissjoni.

5   Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit finali

40,88 (27,9) miljun euro

Numru ta' persunal fil-31 ta' Diċembru 2006

189 (181) kariga imniżżla fil-pjan ta' twaqqif

karigi okkupati: 169 (163)

Mogħtija lill-

dmirijiet operattivi: 80 (114);

dmirijiet amministrativi: 89 (57);

dmirijiet varji: 0 (4).

Numru ta' paġni tradotti

546 735 (505 438).

Numru ta' paġni skond il-lingwi

lingwi uffiċjali 537 797 (501 475);

lingwi oħrajn 8 938 (3 963).

Numru ta' paġni għal kull klijent

korpi 531 454 (496 665);

istituzzjonijiet 15 281 (8 773).

Numru ta' paġni tradotti freelance

260 301 (226 822)

Sors: Informazzjoni provduta miċ-Ċentru.

Sors: dejta mogħtija miċ-Ċentru — Din it-tabella tagħti sommarju tad-dejta mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu: dawn il-kontijiet huma ppreparati abbażi tad-dovuti.

Tabella 2

Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi ta’ l-Unjoni Ewropea (il-Lussemburgu) — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006

(1000 euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul imdaħħal fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul irċevut

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprijazzjonijiet tal-baġit finali

Approprijazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja preċedenti

imdaħħla

impenjati

imħallsa

trasferiti

annullati

disponibbli

imħallsa

annullati

Dħul proprju

29 731

32 359

Titolu I

Persunal

15 464

13 989

13 793

196

1 475

106

99

7

Dħul ieħor

0

93

Titolu II

Amministrazzjoni

4 421

3 949

2 734

1 215

472

755

673

82

Mgħax

600

844

Titolu III

Attivitajiet operattivi

10 739

8 909

7 434

1 475

1 830

1 291

1 288

3

Bilanċ għas-sena finanzjarja preċedenti

10 545

10 545

Titolu X

Riżerva

10 252

0

0

0

10 252

0

0

0

Total

40 876

43 841

Total

40 876

26 847

23 961

2 886

14 029

2 151

2 060

92

Sors: Dejta mogħtija miċ-Ċentru — Din it-tabella tagħti sommarju tad-dejta mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu. Dħul miġbur u pagamenti huma stmati fuq bażi tal-likwidità.


Tabella 3

Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi ta’ l-Unjoni Ewropea (il-Lussemburgu) — Kont tar-riżultat ekonomiku għas-snin finanzjarji 2006 u 2005

(1000 euro)

 

2006

2005

Dħul operattiv

Riżorsi proprji

32 817

30 408

Dħul ieħor (1)

126

372

Total (a)

32 943

30 780

Nefqa operattiva

Nefqa fuq il-Persunal

13 713

13 200

Nefqa relatata ma' l-attiv fiss

4 195

3 547

Nefqa amministrattiva oħra

2 021

1 849

Nefqa operattiva

8 757

7 397

Total (b)

28 686

25 993

Bilanċ favur/(kontra) minn attivitajiet operattivi (c = a – b)

4 258

4 787

Dħul minn operazzjonijiet finanzjarji (e) (2)

844

429

nefqa fuq operazzjonijiet finanzjarji (f)

3

4

Bilanċ favur /(kontra) minn attivitajiet mhux operattivi (g = e – f)

841

425

Riżultat ekonomiku għas-sena (h = c + g)

5 099

5 212


Tabella 4

Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi ta’ l-Unjoni Ewropea (il-Lussemburgu) — Karta tal-bilanċ tal-31 ta' Diċembru 2006 u 2005

(1000 euro)

 

2006

2005

Attiv mhux kurrenti

Assi fissi mhux tanġibbli

267

343

Assi fissi tanġibbli

391

356

Attiv kurrenti

Stokk

313

279

Riċevibbli ta' skadenza qasira

5 907

6 184

Likwidità u ekwivalenti likwidi

34 618

27 392

Total ta' l-attiv

41 496

34 554

Passiv kurrenti

Proviżjonijiet għal riskji u spejjeż

10 600

9 330

Kontijiet pagabbli (3)

11 286

1 418

Total tal-passiv

21 886

10 748

Attiv nett

Riżervi

466

9 761

Bilanċ favur/kontra akkumulat

14 045

8 833

Riżultat ekonomiku għas-sena

5 099

5 212

Total ta' l-attiv nett

19 610

23 806

Total tal-passiv u ta' l-attiv nett

41 496

34 554


(1)  Fl-2005, iċ-Ċentru inkluda xogħol ta' traduzzjoni għaddej (279 452 euro) fil-Karta tal-Bilanċ tiegħu għall-ewwel darba. Fl-2006, b'kuntrast ma' dan, varjazzjoni biss fil-volum ta' dan ix-xogħol għaddej (33 215 euro) hija reġistrata fil-kont tar-riżultat ekonomiku.

(2)  Fl-2006, kien hemm żjieda fl-attiv finanzjarju disponibbli, li rriżultat f'żjieda fl-imgħax irċevut.

(3)  Dawn l-ammonti jinkludu 9 292 000 euro biex jitħallsu lill-klijenti taċ-Ċentru u żvelati bħala riżerva fir-Rendikonti Finanzjarji taċ-Ċentru (ara r-risposta taċ-Ċentru għall-punt 7)


R-RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

7.

Iċ-Ċentru huwa konxju miż-żjieda tal-bilanċi favorevoli tal-baġġit u iddeċieda li jirrifondi EUR 9.3 miljun lill-klijenti tiegħu fl-2007. Biex jevita illi din is-sitwazzjoni terġa tiġri fil-futur, iċ-Ċentru ser jagħmel ħiltu biex itejjeb il-metodu ta’ kif jikkalkola l-prezzijiet. Barra minn hekk, minħabba li dan il-metodu għandu bżonn stima tad-domanda prevvista tat-traduzzjoni, iċ-Ċentru ser jinkoraġġixxi lill-klijenti tiegħu biex ittejbu t-tbassir tagħhom.

8.

Iċ-Ċentru adatta l-proċedura tiegħu biex jevita repetizzjoni tas-sitwazzjoni deskritta mill-Qorti.

9.

Iċ-Ċentru ser jistudja mezzi ta’ kif itejjeb il-proċedura tar-reklutaġġ tiegħu biex jieħu kont tar-rimarka li għamlet il-Qorti.


Top