Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2497

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2497 tal-15 ta’ Novembru 2023 li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti għall-konċessjonijiet

    C/2023/7637

    ĠU L, 2023/2497, 16.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2497/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2497/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2497

    16.11.2023

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2497

    tal-15 ta’ Novembru 2023

    li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti għall-konċessjonijiet

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu tagħha,

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern emendat (“il-Ftehim”) huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b’mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Il-Ftehim japplika għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist pubbliku b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti”) stipulati fih u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament.

    (2)

    Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/23/UE huwa li l-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti, li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Sabiex ikun żgurat li l-limitu għall-konċessjonijiet stipulat fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE jikkorrispondi għal-limitu għall-konċessjonjiet stabbilit fil-Ftehim, jeħtieġ li l-limitu stipulat f’dik id-Direttiva jiġi rivedut.

    (3)

    L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/23/UE jeħtieġ li kull sentejn il-limiti jiġu riveduti mill-Kummissjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar. Għalhekk, jenħtieġ li l-limiti għas-snin 2024–2025 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024.

    (4)

    B’konsegwenza, il-kalkolu tal-limiti ma jistax jibda qabel l-1 ta’ Settembru minħabba d-disponibbiltà tad-data. Skont l-Artikolu 9(3) ta’ dik id-Direttiva, il-limiti riveduti f’euro u l-valuri korrispondenti tagħhom fil-muniti nazzjonali l-oħra tal-Istati Membri tal-UE jridu jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu ta’ Novembru. Fid-dawl ta’ dan kollu, u sabiex tintlaħaq l-iskadenza msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (5)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2014/23/UE tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, “EUR 5 382 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 538 000”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern, (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).

    (3)   ĠU L 68, 7.3.2014, p. 2.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2497/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top