Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1554

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1554 tad-19 ta’ Lulju 2023 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fil-Kroazja (notifikata bid-dokument C(2023) 4985) (It-test bil-Kroat biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/4985

    ĠU L 188, 27.7.2023, p. 51–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/08/2023; Imħassar b' 32023R1590

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1554/oj

    27.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 188/51


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1554

    tad-19 ta’ Lulju 2023

    dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fil-Kroazja

    (notifikata bid-dokument C(2023) 4985)

    (It-test bil-Kroat biss huwa awtentiku)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-deni tal-ħnieżer Afrikan huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, li jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-konsenji ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi.

    (2)

    Fil-każ ta’ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi, ikun hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fuq annimali porċini selvaġġi oħra u f’azjendi li jżommu l-annimali porċini.

    (3)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategorija A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari l-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu ċerti miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ konferma uffiċjali tat-tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi, inkluż id-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi. B’mod notevoli, dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona infettata u projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u tal-prodotti li joriġinaw minnhom.

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 (4) jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll speċjali tal-mard rigward id-deni tal-ħnieżer Afrikan. B’mod partikolari, fil-każ tat-tifqigħa ta’ dik il-marda f’annimali porċini selvaġġi f’żona ta’ Stat Membru, l-Artikolu 3(b) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona infettata f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Minbarra dan, l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi li dik iż-żona trid tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tiegħu u li ż-żona infettata, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, tiġi aġġustata mingħajr dewmien biex tkun tinkludi mill-inqas iż-żona ristretta II. Il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, fost l-oħrajn, jinkludu projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u tal-prodotti tagħhom barra minn dawk iż-żoni ristretti.

    (5)

    Barra minn hekk, il-Kroazja għarrfet lill-Kummissjoni dwar il-konferma ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimal porċin selvaġġ fir-reġjun ta’ Karlovacka fit-13 ta’ Lulju 2023. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru stabbiliet żona infettata f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594.

    (6)

    Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni tiġi identifikata ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Kroazja b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru.

    (7)

    Sabiex ikun evitat aktar tixrid tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, sakemm iż-żona tal-Kroazja milquta mit-tifqigħat riċenti f’annimali porċini selvaġġi tiġi elenkata bħala żona ristretta II fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, il-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stipulati fih, li japplikaw għall-movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni ristretti II u tal-prodotti tagħhom barra minn dawn iż-żoni, jenħtieġ li jkunu japplikaw ukoll għall-movimenti ta’ dawk il-kunsinni miż-żona infettata stabbilita mill-Kroazja wara dik it-tifqigħa riċenti, apparti l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

    (8)

    Għalhekk, jenħtieġ li ż-żona infettata tiġi elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tkun soġġetta għall-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan li japplikaw għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Madankollu, minħabba din is-sitwazzjoni epidemjoloġika ġdida tad-deni tal-ħnieżer Afrikan u filwaqt li titqies iż-żieda fir-riskju immedjat li din il-marda tkompli tinxtered, jenħtieġ li, f’konformità ma’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ma jiġux awtorizzati movimenti tal-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma u tal-prodotti tagħhom miż-żona infettata lejn Stati Membri oħra u lejn il-pajjiżi terzi. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll id-durata taż-żonar.

    (9)

    Għalhekk, sabiex jittaffew ir-riskji li jfeġġu mit-tifqigħa reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-annimali porċini selvaġġi fil-Kroazja, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tipprevedi li l-movimenti lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi ta’ kunsinni ta’ annimali porċini fiż-żona infettata u l-prodotti minnhom jenħtieġ li ma jiġux awtorizzati mill-Kroazja sad-data tal-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni.

    (10)

    Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, huwa importanti li l-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

    (11)

    Għaldaqstant, sakemm il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jagħti l-opinjoni tiegħu, jenħtieġ li ż-żona infettata fil-Kroazja tiġi stabbilita minnufih u elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni kif ukoll li jiġi stabbilit it-tul taż-żmien ta’ dak iż-żonar.

    (12)

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kroazja għandha tiżgura li tiġi stabbilita minnufih mill-Kroazja żona infettata għad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mal-Artikolu 3(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u li din tkun tinkludi mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-Kroazja għandha tiżgura li l-miżuri ta’ kontroll speċjali għad-deni tal-ħnieżer Afrikan applikabbli għaż-żoni ristretti II stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 ikunu japplikaw fiż-żoni elenkati bħala żoni infettati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, apparti l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

    Artikolu 3

    Il-Kroazja għandha tiżgura li l-kunsinni tal-annimali porċini miżmuma fiż-żoni elenkati bħala żoni infettati fl-Anness u l-prodotti tagħhom ma jiġux awtorizzati għall-movimenti lejn Stati Membri oħra u lejn il-pajjiżi terzi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-12 ta’ Ottubru 2023.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 65).


    ANNESS

    Żoni stabbiliti bħala ż-żona infettata fil-Kroazja kif imsemmija fl-Artikolu 1

    Data sa meta applikabbli

    a)

    Karlovačka županija

    općina Rakovica

    općina Slunj

    općina Cetingrad

    općina Plaški

    općina Saborsko

    b)

    Ličko-senjska županija

    općina Plitvička jezera

    c)

    Sisačko-moslavačka županija

    općina Dvor

    općina Donji Kukuruzari

    općina Majur

    grad Hrvatska Kostajnica

    općina Hrvatska Dubica

    naselje Slabinja

    naselje Živaja

    grad Glina

    naselje Momčilović Kosa

    naselje Trnovac Glinski

    naselje Brestik

    naselje Martinovići

    naselje Mali Gradac

    naselje Veliki Gradac

    grad Petrinja

    naselje Tremušnjak

    naselje Veliki Šušnjar

    naselje Donja Pastuša

    naselje Mačkovo Selo

    naselje Begovići

    naselje Blinja

    naselje Dodoši

    naselje Miočinovići

    naselje Bijelnik

    naselje Jabukovac

    naselje Jošavica

    naselje Gornja Mlinoga

    naselje Gornja Pastuša

    općina Sunja

    naselje Radonja Luka

    naselje Čapljani

    naselje Drljača

    naselje Kladari

    naselje Vukoševac

    naselje Šaš

    naselje Slovinci

    naselje Četvrtkovac

    naselje Jasenovčani

    naselje Papići

    naselje Mala Gradusa

    naselje Timarci

    naselje Mala Paukova

    naselje Velika Gradusa

    naselje Staza

    naselje Kostreši Šaški

    naselje Pobrđani

    naselje Sjeverovac

    naselje Donji Hrastovac

    12.10.2023


    Top