Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2563

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2563 tad-19 ta' Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2283 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    ST/15067/2022/INIT

    ĠU L 330, 23.12.2022, p. 109–125 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2563/oj

    23.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 330/109


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/2563

    tad-19 ta' Diċembru 2022

    li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2283 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali li mhumiex prodotti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-Unjoni u b’hekk jiġi evitat kwalunkwe disturb fis-suq għal dawk il-prodotti, il-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni ("kwoti") infetħu bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2283 (1). F’dawk il-kwoti, il-prodotti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati tad-dazju żero jew imnaqqsa.

    (2)

    Billi huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ ċerti prodotti industrijali, u filwaqt li jitqies il-fatt li dawk il-prodotti identiċi, ekwivalenti jew ta’ sostituzzjoni mhumiex prodotti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-Unjoni, huwa neċessarju li jinfetħu kwoti tariffarji ġodda bin-numri tal-ordni 09.2921, 09.2922, 09.2923, 09.2924, 09.2925, 09.2926, 09.2927 u 09.2931 b’rati tad-dazju żero għal kwantitajiet xierqa ta’ dawk il-prodotti.

    (3)

    Peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2723 u 09.2763 ma għadux adegwat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni, id-deskrizzjoni tal-prodotti koperti minn dawk il-kwoti jenħtieġ li tiġi emendata. Għalhekk l-indikazzjoni tal-kodiċi TARIC applikabbli għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu emendati.

    (4)

    Peress li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ ċerti prodotti industrijali, il-volumi tal-kwoti bin-numri tal-ordni 09.2563, 09.2682, 09.2828 u 09.2854 jenħtieġ li jiżdiedu.

    (5)

    Peress li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni għal ċerti prodotti industrijali żdiedet, il-volumi tal-kwoti bin-numri tal-ordni 09.2575 u 09.2913 jenħtieġ li jitnaqqsu.

    (6)

    Għall-kwoti bin-numri tal-ordni 09.2583, 09.2819, 09.2839 u 09.2855, il-perjodu tal-kwoti jenħtieġ li jiġi estiż u l-volum tal-kwoti jenħtieġ li jiġi adattat fuq bażi annwali, peress li l-kwoti nfetħu għal perjodu ta’ sitt xhur biss u għadu fl-interess tal-Unjoni li jinżammu.

    (7)

    Peress li ma għadux fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-kwoti bin-numri tal-ordni 09.2003, 09.2576, 09.2577, 09.2592, 09.2650, 09.2673, 09.2688, 09.2694, 09.2708, 09.2710, 09.2734, 09.2799, 09.2829, 09.2866 u 09.2880, dawn jenħtieġ li jingħalqu b'effett mill-1 ta' Jannar 2023.

    (8)

    Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Russja marru għall-agħar f’dawn l-aħħar snin, partikolarment minħabba n-nuqqas ta’ rispett tar-Russja għad-dritt internazzjonali u l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tagħha kontra l-Ukrajna. Fis-6 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta t-tmien pakkett ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni kontinwa tagħha kontra l-Ukrajna u l-atroċitajiet irrapportati li twettqu mill-forzi armati Russi fl-Ukrajna.

    (9)

    Filwaqt li r-Russja hija membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), l-Unjoni tista’ sserraħ fuq l-eċċezzjonijiet li japplikaw skont il-Ftehim li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-“Ftehim tad-WTO”), u b’mod partikolari l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligu li l-prodotti importati mir-Russja jingħataw il-vantaġġi mogħtija lil prodotti simili importati minn pajjiżi oħra (it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit).

    (10)

    Fid-dawl tad-deterjorament tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Russja, sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-azzjonijiet u l-prinċipji tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma jixraqx għalhekk li l-prodotti li joriġinaw mir-Russja jitħallew igawdu minn trattament mingħajr dazju u trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit fir-rigward tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Għalhekk, huwa neċessarju li jitneħħew il-kwoti rispettivi għal dawk il-prodotti.

    (11)

    Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Belarussja marru għall-agħar f’dawn l-aħħar snin, minħabba n-nuqqas ta’ rispett tar-reġim tal-Belarussja għad-dritt internazzjonali, id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, il-Belarussja appoġġat b’mod estensiv il-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna mill-bidu nett tagħha.

    (12)

    Minn Ottubru 2020, l-Unjoni imponiet progressivament miżuri restrittivi kontra l-Belarussja minħabba abbużi kontinwi tad-drittijiet tal-bniedem, l-istrumentalizzazzjoni tal-migranti u l-involviment tal-Belarussja fil-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Peress li l-Belarussja mhijiex membru tad-WTO, l-Unjoni mhijiex obbligata, bir-Regolament tad-WTO, li tagħti t-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit lill-prodotti mill-Belarussja. Barra minn hekk, il-ftehimiet kummerċjali jippermetti li jittieħdu ċerti azzjonijiet li huma ġġustifikati abbażi tal-klawżoli ta’ eċċezzjoni applikabbli, b’mod partikolari eċċezzjonijiet ta’ sigurtà.

    (13)

    Fid-dawl tad-deterjorament tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Belarussja, sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-azzjonijiet u l-prinċipji tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma jixraqx għalhekk li l-prodotti li joriġinaw mill-Belarussja jitħallew igawdu minn trattament mingħajr dazju u trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit fir-rigward tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Għalhekk, huwa neċessarju li jitneħħew il-kwoti rispettivi għal dawk il-prodotti.

    (14)

    Madankollu, sabiex tiġi żgurata provvista xierqa u jiġu evitati disturbi serji f’xi swieq tal-Unjoni, huwa neċessarju li jinżammu l-kwoti bin-numri tal-ordni 09.2600, 09.2742, 09.2698 u 09.2835 għal ċerti prodotti li joriġinaw fir-Russja li jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 2712903910, 2926100010, 3204170030 u 7604291030, rispettivament. Dawk il-prodotti rrappreżentaw aktar minn 50 % tal-valur totali tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mis-sena 2019 sal-2021, bl-ebda fornitur alternattiv jew b’għadd limitat minn pajjiżi terzi oħra. Il-valur ta’ dawk l-importazzjonijiet jindika li l-operaturi tal-industrija tal-Unjoni jiddependu ħafna fuq dawk l-importazzjonijiet u li t-tneħħija tal-kwoti tikkawża tbatija sproporzjonata għal dawk l-operaturi.

    (15)

    Għalhekk, it-tneħħija tas-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni (“TDK”) għal ċerti prodotti li joriġinaw mir-Russja jew mill-Belarussja hija xierqa u permessa, bl-applikazzjoni tal-Artikolu XXI tal-GATT 1994 u tar-Regoli Ġenerali dwar id-dazji stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), u b’mod partikolari l-Ewwel Parti, it-Taqsima I, il-Parti B, il-punt 1, tiegħu.

    (16)

    Kif indikat mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2011 rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (il-“komunikazzjoni”), l-għoti tal-kwoti jikkostitwixxi eċċezzjoni tal-applikazzjoni tad-dazji TDK. L-introduzzjoni mill-ġdid ta’ tali dazji TDK għall-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Russja jew fil-Belarussja għalhekk tikkostitwixxi ritorn għan-normalità. Għalhekk, it-tneħħija limitata tal-kwoti għal ċerti prodotti li joriġinaw mir-Russja jew mill-Belarussja mhijiex miżura restrittiva jew projbittiva, iżda l-għan tagħha huwa li tipprevjeni lil dawk il-pajjiżi milli jibbenefikaw indirettament minn miżura unilaterali tal-Unjoni, u tiżgura l-koerenza ġenerali tal-azzjonijiet tal-Unjoni.

    (17)

    Għalhekk ir-Regolament (UE) 2021/2283 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (18)

    Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-komunikazzjoni, il-bidliet previsti f’dan ir-Regolament rigward il-kwoti tariffarji għall-prodotti kkonċernati jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) 2021/2283 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 1, jinżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.   Is-sospensjoni stipulata fil-paragrafu 2 ma tapplikax għal prodotti li joriġinaw fir-Russja, bl-eċċezzjoni tan-numri tal-ordni tal-kwota 09.2600, 09.2742, 09.2698 u 09.2835, jew fil-Belarussja.”;

    (2)

    l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SÍKELA


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2283 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013 (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 33).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


    ANNESS

    “ANNESS

    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perjodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Rata tal- kwota tad- dazju

    09.2849

    ex 0710 80 69

    10

    Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel  (1)  (2)

    1.1.-31.12.

    700 tunnellata

    0 %

    09.2664

    ex 2008 60 39

    30

    Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut ta’ zokkor ta' mhux aktar minn 9 % skont il-piż, ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 19,9mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (1)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    10 %

    09.2925

    ex 2309 90 31

    ex 2309 90 31

    ex 2309 90 96

    ex 2309 90 96

    41

    49

    41

    49

    Addittiv tal-għalf, li jikkonsisti fuq bażi ta’ piż xott ta’:

    68 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 80 % ta’ sulfat tal-L-liżina, u

    mhux aktar minn 32 % ta’ komponenti oħra bħal karboidrati u aċidi amminiċi oħrajn

    1.1.-31.12.

    100 000 tunnellata

    0 %

    09.2913

    ex 2401 10 35

    ex 2401 10 70

    ex 2401 10 95

    ex 2401 10 95

    ex 2401 10 95

    ex 2401 20 35

    ex 2401 20 70

    ex 2401 20 95

    ex 2401 20 95

    ex 2401 20 95

    91

    10

    11

    21

    91

    91

    10

    11

    21

    91

    Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00  (1)

    1.1.-31.12.

    3 000 tunnellata

    0 %

    09.2828

    2712 20 90

     

    Xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt skont il-piż

    1.1.-31.12.

    140 000 tunnellata

    0 %

    09.2600

    ex 2712 90 39

    10

    Slack wax (CAS RN 64742-61-6)

    1.1.-31.12.

    100 000 tunnellata

    0 %

    09.2578

    ex 2811 19 80

    50

    Aċidu sulfamidiku (CAS RN 5329-14-6) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar, kemm jekk b’żieda ta’ mhux aktar minn 5 % tal-antiagglomerant diossidu tas-siliċju (CAS RN 112926-00-8) u kemm jekk le

    1.1.-31.12.

    27 000 tunnellata

    0 %

    09.2928

    ex 2811 22 00

    40

    Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju, skont il-piż, ta’ 97 %

    1.1.-31.12.

    1 700 tunnellata

    0 %

    09.2806

    ex 2825 90 40

    30

    Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8)

    1.1.-31.12.

    12 000 tunnellata

    0 %

    09.2819

    ex 2833 25 00

    30

    Sulfat tal-idrossidu tar-ram (Cu4(OH)6(SO4)), idrat (CAS RN 12527-76-3) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    240 000 kg

    0 %

    09.2872

    ex 2833 29 80

    40

    Sulfat taċ-ċesju (CAS RN 10294-54-9) f’forma solida jew bħala soluzzjoni milwiema li fiha piż skont il-piż ta’ aktar minn 48 % ta’ sulfat taċ-ċesju iżda mhux aktar minn 52 %

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2567

    ex 2903 22 00

    10

    Trikloroetilene (CAS RN 79-01-6) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    11 885 000 kg

    0 %

    09.2837

    ex 2903 79 30

    20

    Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0 %

    09.2933

    ex 2903 99 80

    30

    1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1)

    1.1.-31.12.

    2 600 tunnellata

    0 %

    09.2700

    ex 2905 12 00

    10

    Propan-1-ol(alkoħol propiliku) (CAS RN 71-23-8)

    1.1.-31.12.

    15 000 tunnellata

    0 %

    09.2830

    ex 2906 19 00

    40

    Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8)

    1.1.-31.12.

    20 tunnellata

    0 %

    09.2851

    ex 2907 12 00

    10

    O-cresol (CAS RN 95-48-7) b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % skont il-piż

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0 %

    09.2704

    ex 2909 49 80

    20

    2,2,2',2'- tetrakis(idrossimetil)-3,3'- ossidipropan-1-ol (CAS RN 126-58-9)

    1.1.-31.12.

    500 tunnellata

    0 %

    09.2565

    ex 2914 19 90

    70

    Aċetilaċetonat tal-kalċju (CAS RN 19372-44-2) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2852

    ex 2914 29 00

    60

    Cyclopropyl methyl ketone (CAS RN 765-43-5)

    1.1.-31.12.

    300 tunnellata

    0 %

    09.2638

    ex 2915 21 00

    10

    Aċtu aċetiku (CAS RN 64-19-7) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    1 000 000 tunnellata

    0 %

    09.2679

    2915 32 00

     

    Aċetat tal-Vinil (CAS RN 108-05-4)

    1.1.-31.12.

    450 000 tunnellata

    0 %

    09.2728

    ex 2915 90 70

    85

    Etil trifluworoaċetat (CAS RN 383-63-1)

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2665

    ex 2916 19 95

    30

    (E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju (CAS RN 24634-61-5)

    1.1.-31.12.

    8 250 tunnellata

    0 %

    09.2684

    ex 2916 39 90

    28

    Klorur ta' 2,5-dimetilfenilaċetil (CAS RN 55312-97-5)

    1.1.-31.12.

    700 tunnellata

    0 %

    09.2599

    ex 2917 11 00

    40

    Ossalat tad-dietil (CAS RN 95-92-1)

    1.1.-31.12.

    500 tunnellata

    0 %

    09.2769

    ex 2917 13 90

    10

    Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

    09.2634

    ex 2917 19 80

    40

    Aċidu dodekandiojku (CAS RN 693-23-2), b’purità ta’ aktar minn 98,5 % skont il-piż

    1.1.-31.12.

    8 000 tunnellata

    0 %

    09.2808

    ex 2918 22 00

    10

    Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2)

    1.1.-31.12.

    120 tunnellata

    0 %

    09.2646

    ex 2918 29 00

    75

    Ottadeċil 3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat (CAS RN 2082-79-3):

    bi frazzjoni ta' mogħdija minn għarbiel b'malji ta' 500 μm ta' aktar minn 99 % skont il-piż u

    b'temperatura tat-tidwib ta' 49°C jew aktar, iżda mhux aktar minn 54 C

    biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti singoli ta' stabilizzaturi għall-ipproċessar tal-PVC abbażi ta' taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli) (1)

    1.1.-31.12.

    380 tunnellata

    0 %

    09.2647

    ex 2918 29 00

    80

    Tetrakis(3-(3,5-di-tert-butil-4-idrossifenil)propjonat) tal-pentaeritritol (CAS RN 6683-19-8)

    bi frazzjoni ta' mogħdija minn għarbiel b'malji ta' 250 μm ta' aktar minn 75 % skont il-piż u b'malji ta' 500 μm ta' mhux aktar minn 99 % skont il-piż, u

    b'temperatura tat-tidwib ta' 110 °C jew aktar, iżda mhux aktar minn 125 °C,

    biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti ta' stabilizzatur wieħed għall-ipproċessar tal-PVC ibbażati fuq taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli) (1)

    1.1.-31.12.

    140 tunnellata

    0 %

    09.2975

    ex 2918 30 00

    10

    Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

    09.2598

    ex 2921 19 99

    75

    Ottadeċilammina (CAS RN 124-30-1)

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2649

    ex 2921 29 00

    60

    Bis(2-dimetilaminoetil)(metil)ammina (CAS RN 3030-47-5)

    1.1.-31.12.

    1 700 tunnellata

    0 %

    09.2682

    ex 2921 41 00

    10

    Anilina (CAS RN 62-53-3) ta' purità ta' 99 % jew aktar skont il-piż

    1.1.-31.12.

    220 000 tunnellata

    0 %

    09.2617

    ex 2921 42 00

    89

    4-Fluworo-N-(1-metilletil)benżeneammina (CAS RN 70441-63-3)

    1.1.-31.12.

    500 tunnellata

    0 %

    09.2602

    ex 2921 51 19

    10

    o-phenylenediamine (CAS RN 95-54-5)

    1.1.-31.12.

    1 800 tunnellata

    0 %

    09.2921

    ex 2922 19 00

    22

    akrilat ta’ 2-(dimetilammino)etil (CAS RN 2439-35-2) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    14 000 tunnellata

    0 %

    09.2563

    ex 2922 41 00

    20

    L-Kloridrat tal-Liżina (CAS RN 657-27-2) jew soluzzjoni milwiema tal-L-liżina (CAS RN 56-87-1), li fiha skont il-piż 50 % jew aktar ta’ L-liżina

    1.1.-31.12.

    300 000 tunnellata

    0 %

    09.2575

    ex 2923 90 00

    87

    Klorur tat-3-kloro-2-idrossipropil)trimetilammonju (CAS RN 3327-22-8), fil-forma ta’ soluzzjoni milwiema li fiha skont il-piż 65 % jew aktar iżda mhux aktar minn 71 % klorur tat-3-kloro-2-idrossipropil)trimetilammonju

    1.1.-31.12.

    12 000 tunnellata

    0 %

    09.2922

    ex 2923 90 00

    88

    Soluzzjoni milwiema li fiha, skont il-piż, 78 % jew aktar iżda mhux aktar minn 82 % ta’ klorur ta’ [2-(akrilojlossi)etil]trimetilammonju (CAS RN 44992–01–0)

    1.1.-31.12.

    10 000 tunnellata

    0 %

    09.2854

    ex 2924 19 00

    85

    3-jodoprop-2-in-1-ilbutilkarbamat (CAS RN 55406-53-6)

    1.1.-31.12.

    450 tunnellata

    0 %

    09.2874

    ex 2924 29 70

    87

    Paracetamol (INN) (CAS RN 103-90-2)

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0 %

    09.2742

    ex 2926 10 00

    10

    Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta' oġġetti tal-kapitolu 55 u l-intestatura 6815  (1)

    1.1.-31.12.

    60 000 tunnellata

    0 %

    09.2583

    ex 2926 10 00

    30

    Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-intestaturi 2921 , 2924 , 3903 , 3906 , 3908 , 3911 and 4002  (1)

    1.1.-31.12.

    40 000 tunnellata

    0 %

    09.2856

    ex 2926 90 70

    84

    2-Nitro-4-(trifluoromethyl)benzonitrile (CAS RN 778-94-9)

    1.1.-31.12.

    900 tunnellata

    0 %

    09.2581

    ex 2929 10 00

    25

    Diisoċjanat ta’ 1,5-naftilen (CAS RN 3173-72-6) b’purità ta’ 90 % jew aktar skont il-piż

    1.1.-31.12.

    300 tunnellata

    0 %

    09.2685

    ex 2929 90 00

    30

    Nitrogwanidina (CAS RN 556-88-7)

    1.1.-31.12.

    6 500 tunnellata

    0 %

    09.2597

    ex 2930 90 98

    94

    Bis[3-(trietossisilil)propil]disulfur (CAS RN 56706-10-6)

    1.1.-31.12.

    6 000 tunnellata

    0 %

    09.2596

    ex 2930 90 98

    96

    Aċidu 2-kloro-4-(metilsulfonil)-3-((2,2,2-trifluworoetossi)metil) benżojku (CAS RN 120100-77-8)

    1.1.-31.12.

    300 tunnellata

    0 %

    09.2580

    ex 2931 90 00

    75

    Eżadeċiltrimetossisilan (CAS RN 16415-12-6) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 95 %, għall-użu fil-manifattura tal-polietilen (1)

    1.1.-31.12.

    165 tunnellata

    0 %

    09.2842

    2932 12 00

     

    2-Furaldeide (furfuraldeide)

    1.1.-31.12.

    10 000 tunnellata

    0 %

    09.2696

    ex 2932 20 90

    25

    Dekan-5-olid (CAS RN 705-86-2)

    1.1.-31.12.

    6 000 kg

    0 %

    09.2697

    ex 2932 20 90

    30

    Dodekan-5-olid (CAS RN 713-95-1)

    1.1.-31.12.

    6 000 kg

    0 %

    09.2812

    ex 2932 20 90

    77

    Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3)

    1.1.-31.12.

    4 000 tunnellata

    0 %

    09.2858

    2932 93 00

     

    Piperonal (CAS RN 120-57-0)

    1.1.-31.12.

    220 tunnellata

    0 %

    09.2839

    ex 2933 39 99

    09

    2-(2-Piridil)etanol (CAS RN 103-74-2) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    700 tunnellata

    0 %

    09.2860

    ex 2933 69 80

    30

    1,3,5-Tris[3-(dimethylamino)propyl]hexahydro-1,3,5-triazine (CAS RN 15875-13-5)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0 %

    09.2566

    ex 2933 99 80

    05

    1,4,7,10-Tetraazacyclododecane (CAS RN 294-90-6) b’purità skont il-piż ta’ 96 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    60 tunnellata

    0 %

    09.2658

    ex 2933 99 80

    73

    5-(Acetoacetylamino)benzimidazolone (CAS RN 26576-46-5)

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2593

    ex 2934 99 90

    67

    5-Klorotijofen-2-aċidu karbossiliku (CAS RN 24065-33-6)

    1.1.-31.12.

    45 000 kg

    0 %

    09.2675

    ex 2935 90 90

    79

    4-[[(2-metossibenżojl)ammino]sulfonil]-klorurtal-benżojl (CAS RN 816431-72-8)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

    09.2945

    ex 2940 00 00

    20

    D-Xylose (CAS RN 58-86-6)

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2686

    ex 3204 11 00

    75

    Koloranti C.I. Disperse Yellow 54 (CAS RN 7576-65-0 ) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma’ kolorant C.I. Disperse Yellow 54 kontenut ta' 99 % jew aktar skont il-piż

    1.1.-31.12.

    250 tunnellata

    0 %

    09.2676

    ex 3204 17 00

    14

    Preparazzjonijiet ibbażati fuq Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2) b’kontenut ta’ 60 % jew aktar, iżda b’inqas minn 85 % skont il-piż

    1.1.-31.12.

    50 tunnellata

    0 %

    09.2698

    ex 3204 17 00

    30

    Kolorant C.I. Pigment Red 4 (CAS RN 2814-77-9) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu b'kontenut ta' 60 % jew aktar tal-Kolorant C.I. Pigment Red 4 skont il-piż

    1.1.-31.12.

    150 tunnellata

    0 %

    09.2659

    ex 3802 90 00

    19

    Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda

    1.1.-31.12.

    35 000 tunnellata

    0 %

    09.2908

    ex 3804 00 00

    10

    Linjosulfonat tas-sodju (CAS RN 8061-51-6)

    1.1.-31.12.

    40 000 tunnellata

    0 %

    09.2889

    3805 10 90

     

    Termentina tas-sulfat

    1.1.-31.12.

    25 000 tunnellata

    0 %

    09.2935

    ex 3806 10 00

    10

    Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

    1.1.-31.12.

    280 000 tunnellata

    0 %

    09.2832

    ex 3808 92 90

    40

    Taħlita li jkollha 38 % jew aktar imma mhux aktar minn 50 % skont il-piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f'dispersjoni milwiema

    1.1.-31.12.

    500 tunnellata

    0 %

    09.2923

    ex 3808 94 20

    40

    Soluzzjoni milwiema li tinkludi skont il-piż:

    10,0 % jew aktar iżda mhux aktar minn 11,3 % ta’ 5-kloro-2-metil-2H-isotijażol-3-on,

    3,0 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4,1 % ta’ 2-metil-2H-isotijażol-3-on,

    konċentrazzjoni kkombinata ta’ isotijażoloni (CAS RN 55965-84-9) ta’ 13,0 % jew aktar iżda mhux aktar minn 15,4 %,

    18 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 22 % ta’ nitrati, ikkalkulati bħala nitrat tas-sodju, u,

    5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 8 % ta’ kloruri, ikkalkulati bħala klorur tas-sodju

    1.1.-31.12.

    3 000 tunnellata

    0 %

    09.2926

    ex 3811 21 00

    31

    Addittiv li jikkonsisti essenzjalment f’:

    Aċidu fosforoditijojku, esteri mħalltin O, O-bis (isobutil u pentil), imluħa taż-żingu (CAS RN 68457-79-4),

    8 % skont il-piż jew aktar iżda mhux aktar minn 15 % skont il-piż jew aktar ta’ żejt minerali

    użat fil-manifattura ta' taħlitiet ta' addittivi għal żjut lubrikanti (1)

    1.1.-31.12.

    700 tunnellata

    0 %

    09.2876

    ex 3811 29 00

    57

    Additivi li jikkonsistu fi prodotti tar-reazzjoni ta' difenilammina u noneni ramifikati bi:

    aktar minn 20 % iżda mhux aktar minn 50 % skont il-piż 4-monononildifenilammina, u

    aktar minn 50 % iżda mhux aktar minn 80 % skont il-piż 4,4’-dinonildifenilammina,

    il-perċentwal totali ta’ 2,4-dinonildifenilammina u 2,4’-dinonildifenilammina li ma jaqbiżx 15 % skont il-piż,

    użati għall-manifattura taż-żjut lubrifikanti (1)

    1.1.-31.12.

    900 tunnellata

    0 %

    09.2927

    ex 3811 29 00

    80

    Addittivi li fihom:

    mhux aktar minn70 % skont il-piż ta'2,5-bis(tert-nonilditju)-[1,3,4]-tjandjażol (CAS RN 89347-09-1), u

    aktar minn15 % skont il-piż ta'5-(tert-nonilditju)- 1,3,4-tjadjażol-2(3H)-tjun (CAS RN 97503-12-3),

    għall-użu fil-manifattura ta' żjut għal-lubrifikazzjoni (1)

    1.1.-31.12.

    500 tunnellata

    0 %

    09.2814

    ex 3815 90 90

    76

    Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

    1.1.-31.12.

    3 000 tunnellata

    0 %

    09.2644

    ex 3824 99 92

    77

    Preparat li jkun fih:

    55 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 78 % ta’ Glutarat Dimetiliku (CAS RN 1119-40-0),

    10 % jew aktar iżda mhux aktar minn 30 % ta’ Adipat Dimetiliku u (CAS RN 627-93-0), u

    mhux aktar minn 35 % ta’ Suċċinat Dimetiliku (CAS RN 106-65-0)

    1.1.-31.12.

    10 000 tunnellata

    0 %

    09.2681

    ex 3824 99 92

    85

    Taħlita ta' sulfuri ta' bis [3-(trietossisilil)propil] (CAS RN 211519-85-6)

    1.1.-31.12.

    9 000 tunnellata

    0 %

    09.2907

    ex 3824 99 93

    67

    Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, skont il-piż:

    75 % jew aktar ta steroli,

    mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

    għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1)

    1.1.-31.12.

    2 500 tunnellata

    0 %

    09.2568

    ex 3824 99 96

    91

    Taħlita, fil-forma ta’ gerbub, li fiha skont il-piż:

    49 % jew aktar iżda mhux aktar minn 50 % ta’ bis[3-(trietossisilil)propil] polisulfuri (CAS RN 211519-85-6), u,

    50 % jew aktar iżda mhux aktar minn 51 % ta’ karbonju iswed (CAS RN 1333-86-4),

    li minnhom 75 % jew aktar skont il-piż jgħaddu minn għarbiel b’apertura ta’ 0,60 mm, iżda mhux aktar minn 10 % skont il-piż jgħaddu minn għarbiel b’apertura ta’ 0,25 mm (kif determinat skont il-metodu ASTM D1511)

    1.1.-31.12.

    1 500 tunnellata

    0 %

    09.2820

    ex 3827 90 00

    10

    Taħlitiet li fihom skont il-piż:

    60 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 90 % ta’ 2-kloropropen (CAS RN 557-98-2),

    8 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 14 % ta’ (Z)-1-kloropropen (CAS RN 16136-84-8),

    5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 23 % ta’ 2-kloropropan (CAS RN 75-29-6),

    mhux aktar minn 6 % ta’ 3-kloropropen (CAS RN 107-05-1), u

    mhux aktar minn 1 % skont il-piż ta' klorur tal-etil (CAS RN 75-00-3)

    1.1.-31.12.

    6 000 tunnellata

    0 %

    09.2671

    ex 3905 99 90

    81

    Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):

    li jkun fih bħala piż 17,5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 % ta’ gruppi idrossiliu

    li d-daqs medju ta’ kull partiċella tiegħu (D50) teċċedi 0,6 mm

    1.1.-31.12.

    12 500 tunnellata

    0 %

    09.2846

    ex 3907 40 00

    25

    Taħlita ta' polimeri ta' polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b'kontenut ta' polikarbonat ta' 98,5 % skont il-piż, f'forma ta' gerbub jew granuli, bi trażmittanza luminuża ta' mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta' kampjun għall-ittestjar ta' ħxuna ta' 4 mm b'tul tal-mewġa ta' λ = 400 nm (skont ISO 13468-2)

    1.1.-31.12.

    2 000 tunnellata

    0 %

    09.2585

    ex 3907 99 80

    70

    Kopolimeru tal-poli(etilen tereftalat) u taċ-ċikloeżandimetanol, li fih aktar minn 10 % skont il-piż ta’ ċikloeżandimetanol

    1.1.-31.12.

    60 000 tunnellata

    2 %

    09.2855

    ex 3910 00 00

    10

    Poli (metilidrosilossan) likwidu bi gruppi terminali ta’ trimetilsilil (CAS RN 63148-57-2) b’purità skont il-piż ta’ 99,9 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    500 tunnellata

    0 %

    09.2931

    ex 3911 90 11

    10

    Poli(ossi-1,4-fenilensulfonil-1,4-fenilenossi-1,4-fenilenisopropiliden-1,4-fenilen) (CAS RN 25135-51-7 u CAS RN 25154-01-2), f’waħda mill-forom imsemmijin fin-nota 6(b) ta’ dan il-kapitolu li fih mhux aktar minn 20 % ta’ addittivi skont il-piż

    1.1.-31.12.

    6 300 tunnellata

    0 %

    09.2723

    ex 3911 90 19

    35

    Poli(ossi-1,4-fenilensulfonil-1,4-fenilenossi-4,4’-bifenilen) (CAS RNs 25608-64-4 u 25839-81-0) li fih skont il-piż mhux aktar minn 20 % ta’ addittivi

    1.1.-31.12.

    5 000 tunnellata

    0 %

    09.2816

    ex 3912 11 00

    20

    Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

    1.1.-31.12.

    75 000 tunnellata

    0 %

    09.2573

    ex 3913 10 00

    20

    Alġinat tas-sodju estratt mill-alka kannella (CAS RN 9005-38-3), b’:

    telf fit-tnixxif ta’ mhux aktar minn 15 % skont il-piż (4 sigħat f’105 °C),

    frazzjoni li ma tinħallx fl-ilma ta’ mhux aktar minn 2 % skont il-piż, ikkalkulata fuq il-piż xott

    1.1.-31.12.

    2 000 tunnellata

    0 %

    09.2641

    ex 3913 90 00

    87

    Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

    b’ piż medju skont il-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000 ,

    b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

    b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % skont il-piż,

    b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % skont il-piż

    1.1.-31.12.

    300 kg

    0 %

    09.2661

    ex 3920 51 00

    50

    Folji ta’ polimetilmetakrilat konformi mal-istandards:

    EN 4364 (MIL-P-5425E) u DTD5592A, jew

    EN 4365 (MIL-P-8184) u DTD5592A

    1.1.-31.12.

    100 tunnellata

    0 %

    09.2645

    ex 3921 14 00

    20

    Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta' 100 cm (± 10 cm) x 100 cm (± 10 cm) x 40 cm (± 5 cm)

    1.1.-31.12.

    1 700 tunnellata

    0 %

    09.2572

    ex 5205 26 00

    ex 5205 27 00

    10

    10

    Ħjut singoli ta’ qoton abjad mhux maħdum

    ta’ fibri mimxuta,

    b’tul medju tal-fibra ta’ 36,5 mm jew aktar,

    prodott permezz tal-proċess kumpatt tat-tidwir taċ-ċirku b’kompressjoni pnewmatika,

    b’reżistenza għat-tiċrit ta’ 26,5 cN/tex jew aktar (skont ISO 2062: 2009, b’veloċità ta’ 5 000  mm/min)

    1.1.-31.12.

    50 000 tunnellata

    0 %

    09.2848

    ex 5505 10 10

    10

    Fdal ta’ fibri sintetiċi (li jinkludi fibri li jibqgħu fil-moxt, fdal tal-ħjut u materjal "garnetted") ta’ najlon jew ta’ poliammidi oħra (PA6 u PA66)

    1.1.-31.12.

    10 000 tunnellata

    0 %

    09.2721

    ex 5906 99 90

    20

    Drapp tat-tessut bil-lastiku minsuġ u laminat bil-karatteristiċi li ġejjin:

    bi tliet saffi,

    saff wieħed ta’ barra magħmul minn drapp tal-akrilik,

    is-saff l-ieħor ta’ barra magħmul minn drapp tal-poliester,

    is-saff tan-nofs huwa magħmul mil-lastiku tal-klorobutil,

    is-saff tan-nofs għandu piż ta’ 452 g/m2 jew aktar iżda mhux aktar minn 569 g/m2,

    id-drapp tat-tessut għandu piż totali ta’ 952 g/m2 jew aktar iżda mhux aktar minn 1159 g/m2, u

    id-drapp tat-tessut għandu ħxuna totali ta’ 0,8 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 4 mm,

    użat għall-manifattura tas-saqaf li jitla’ u jinżel tal-vetturi bil-mutur (1)

    1.1.-31.12.

    375 000 m2

    0 %

    09.2628

    ex 7019 66 00

    10

    Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2 (± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

    1.1.-31.12.

    3 000 000 m2

    0 %

    09.2652

    ex 7409 11 00

    ex 7410 11 00

    30

    40

    Fojl u strixxi tar-ram raffinat, manifatturati permezz tal-elettroliżi, bi ħxuna ta’ 0,015-il mm jew aktar

    1.1.-31.12.

    1 020 tunnellata

    0 %

    09.2662

    ex 7410 21 00

    55

    Pjanċi:

    magħmulin minn tal-anqas saff wieħed ta' tessut tal-fibra tal-ħġieġ mimli bir-reżina tal-epossidu,

    miksija fuq naħa waħda jew iż-żewġ naħat bil-fojl tar-ram bi ħxuna ta' mhux aktar minn 0,15 mm,

    b'kostant dielettriku (DK) ta' anqas minn 5,4 f'1 MHz, kif imkejjel skont IPC-TM-650 2.5.5.2,

    b'tanġenti tat-telf ta' anqas minn 0,035 f'1 MHz, kif imkejjel skont IPC-TM-650 2.5.5.2,

    b'indiċi komparattiv ta' trekkjar (CTI) ta' 600 jew aktar

    1.1.-31.12.

    80 000 m2

    0%

    09.2835

    ex 7604 29 10

    30

    Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta' diametru ta' 300,1 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 533,4 mm

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

    09.2736

    ex 7607 11 90

    ex 7607 11 90

    ex 7607 11 90

    ex 7607 11 90

    75

    77

    78

    79

    Strixxa jew fojl illigati tal-aluminju u tal-manjeżju:

    ta’ liga li tikkonforma mal-istandards 5182-H19 jew 5052-H19,

    f’rombli b’dijametru estern ta’ minimu ta' 1 250 mm iżda mhux aktar minn 1 350 mm,

    ta’ ħxuna (tolleranza - 0,006 mm) ta’ 0,15 mm, 0,16 mm, 0,18 mm jew 0,20 mm,

    ta’ wisa’ (tolleranza ± 0,3 mm) ta’ 12,5 mm, 15,0 mm, 16,0 mm, 25,0 mm, 35,0 mm, 50,0 mm jew 356 mm,

    b'tolleranza kamber ta’ mhux aktar minn 0,4 mm/750 mm,

    ta' kejl tal-pjan: I-unità ±4,

    b’reżistenza għat-tensjoni ta’ aktar minn (5182-H19) 365 MPa jew (5052-H19) 320 MPa, u

    ta' elongazzjoni A50 ta’ aktar minn (5182-H19) 3 % jew (5052-H19) 2,5 %

    għall-użu fil-manifattura tal-paletti għall-blinds (1)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0 %

    09.2722

    8104 11 00

     

    Manjeżju mhux maħdum, li fih talanqas 99,8 % skont il-piż tal-manjeżju

    1.1.-31.12.

    120 000 tunnellata

    0 %

    09.2840

    ex 8104 30 00

    20

    Trab tal-manjeżju:

    ta' purità skont il-piż ta' 98 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 99,5 %, u

    b'daqs tal-partiċella ta' 0,2 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 0,8 mm

    1.1.-31.12.

    2 000 tunnellata

    0 %

    09.2629

    ex 8302 49 00

    91

    Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

    1.1.-31.12.

    1 500 000 biċċa

    0 %

    09.2720

    ex 8413 91 00

    50

    Pump head għal pompa bi pressjoni għolja b'żewġ ċilindri magħmula mill-azzar maħdum b':

    fittings bil-kamin imħaffer b'dijametru ta' 10 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 36,8 mm, u

    kanali tal-fjuwil imtaqqbin b'dijametru ta' 3,5 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 10 mm

    tat-tip użat fis-sistemi tal-injezzjoni tad-diżil

    1.1.-31.12.

    65 000 biċċa

    0 %

    09.2569

    ex 8414 90 00

    80

    Housing tar-roti b’turboċarġer ta’ liga tal-aluminju fondut jew ħadid fondut:

    b’reżistenza għas-sħana sa 400 °C,

    b’toqba ta’ 30 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 300 mm biex tiddaħħal ir-rota tal-kompressur,

    għall-użu fl-industrija tal-karozzi (1)

    1.1.-31.12.

    4 000 000 biċċa

    0 %

    09.2570

    ex 8482 91 90

    10

    Rombli bi profil logaritmiku u b’dijametru ta’ 25 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 70 mm jew blalen b’dijametru ta’ 30 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 100 mm,

    magħmula minn azzar 100Cr6 jew azzar 100CrMnSi6–4 (ISO 3290),

    b’devjazzjoni ta’ 0,5 mm jew inqas kif determinat skont il-metodu FBH

    għall-użu fl-industrija tat-turbini eoliċi (1)

    1.1.-31.12.

    600 000 biċċa

    0 %

    09.2738

    ex 8482 99 00

    30

    Gaġeġ tar-ram bil-karatteristiċi li ġejjin:

    ikkastjati bis-sistema kontinwa jew b'mod ċentrifugu,

    itturnjati,

    li skont il-piż fihom 35 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 38 % ta' żingu,

    li skont il-piż fihom 0,75 %, iżda mhux aktar minn 1,25 % ta' ċomb,

    li fihom skont il-piż 1,0 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 1,4 % ta' aluminju, u

    b'reżistenza għat-tensjoni ta' 415 Pa jew aktar,

    tat-tip użat għall-manifattura tal-bolberings

    1.1.-31.12.

    50 000 biċċa

    0 %

    09.2857

    ex 8482 99 00

    50

    Anelli ta’ ġewwa u ta’ barra magħmula mill-azzar, mhux misnuna, anell ta’ barra b’raceway(s) interna/i, anell ta’ ġewwa b’raceway(s) esterna/i, b’dijametri esterni ta’:

    14-il mm jew aktar iżda mhux aktar minn 77 mm għall-anell ta’ ġewwa, u

    26 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 101 mm għall-anell ta’ barra

    għall-użu fil-manifattura tal-bearings (1)

    1.1.-30.6.

    12 000 000 kg

    0 %

    09.2924

    ex 8501 31 00

    80

    Attwatur elettroniku magħmul minn:

    mutur DC li jkollu potenza elettrika ta’ inqas minn 600 W,

    għall-użu bi provvista ta’ vultaġġ ta’ 12-il V sa 48 V,

    b’konnessjoni bil-mutur (konnessjoni plug-in),

    b’sensur tal-pożizzjoni mingħajr kuntatt,

    mibnija f’qafas rettangolari ta’ wisa’ inqas minn 100 mm u tul ta’ inqas minn 150 mm, b’ger u lieva ta’ riduzzjoni mwaħħla max-xaft tat-trażmissjoni bil-mutur jew

    f’qafas ċilindriku ta’ tul inqas minn 150 mm u b’dijametru ta’ inqas minn 100 mm, bi ħjut integrati fir-rotor tal-mutur għall-moviment lineari tal-virga ta’ kontroll integrata

    1.1.-31.12.

    650 000 biċċa

    0 %

    09.2763

    ex 8501 40 20

    ex 8501 40 80

    65

    60

    Mutur elettriku AC, monofażi, bil-kommutatur jew mingħajru

    b’output nominali ta’ 180 W jew aktar,

    b’potenza ta’ input ta’ 150 W jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 2 700  W,

    b’dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) iżda ta’ mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm),

    b’veloċità nominali ta’ aktar minn 10 000 rpm iżda ta’ mhux aktar minn 50 000 rpm,

    kemm jekk mgħammar b’ventilatur għall-arja u kemm jekk le,

    kemm b’apparat mekkaniku jew mingħajru (pinion, viti, konnessjoni tal-gerijiet eċċ.) fuq ix-xaft,

    għall-użu fil-manifattura tal-apparati domestiċi (1)

    1.1.-31.12.

    2 000 000 biċċa

    0 %

    09.2672

    ex 8529 90 92

    ex 9405 42 31

    75

    70

    Bord ta’ ċirkwit stampat b'diodes LED:

    kemm jekk mgħammra b’priżmi/lenti kif ukoll jekk le, u

    kemm jekk mgħammra b’konnettur(i) kif ukoll jekk le

    għall-manifattura ta’ unitajiet tar-retroluminazjzoni għal oġġetti ta’ titlu 8528  (1)

    1.1.-31.12.

    115 000 000 biċċa

    0 %

    09.2574

    ex 8537 10 91

    73

    Apparat multifunzjonali (sett ta’ strumenti)

    b’unità ta’ displej TFT-LCD ikkurvata (raġġ ta’ 750 mm) b’superfiċi tattili,

    b’mikroproċessuri u ċipep tal-memorja,

    b’modulu akustiku u loudspeaker,

    b’konnessjonijiet għal CAN, 3 x LIN bus, LVDS u Ethernet,

    għall-operat ta’ diversi funzjonijiet (eż. xażi, tidwil), u

    għad-displej ta’ data dwar il-vettura u n-navigazzjoni skont is-sitwazzjoni (eż. il-veloċità, l-odometru, il-livell taċ-ċarġ tal-batterija tat-trazzjoni),

    biex jintuża fil-manifattura tal-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu biss permezz ta’ mutur elettriku koperti bis-subintestatura tas-SA 8703 80  (1)

    1.1.-31.12.

    66 900 biċċa

    0 %

    09.2910

    ex 8708 99 97

    75

    Brekit ta’ appoġġ tal-ħadid jew tal-azzar, b’toqob tal-immuntar, bi skorfini ta’ twaħħil jew mingħajrhom, maħsuba biex twaħħal il-gerboks mal-karozzerija għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Kapitolu 87 (1)

    1.1.-31.12.

    200 000 biċċa

    0 %

    09.2668

    ex 8714 91 10

    ex 8714 91 10

    ex 8714 91 10

    21

    31

    75

    Qafas ta’ rota, mibni mill-fibri tal-karbonju u mir-reżina artifiċjali, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi r-roti elettriċi) (1)

    1.1.-31.12.

    600 000 biċċa

    0 %

    09.2564

    ex 8714 91 10

    ex 8714 91 10

    ex 8714 91 10

    25

    35

    77

    Frejm, maħdum mill-aluminju jew minn fibri tal-aluminju u tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi roti elettriċi) (1)

    1.1.-31.12.

    9 600 000 biċċa

    0 %

    09.2579

    ex 9029 20 31

    ex 9029 90 00

    40

    40

    Pannell tal-istrumenti clustered:

    b’muturi pass pass,

    b’pointers u kwadranti analogi,

    jew mingħajr konsol mikroproċessur,

    jew mingħajr indikaturi LED jew unità tal-wiri LED

    li juri mill-inqas:

    il-veloċità,

    ir-rotazzjonijiet tal-magna,

    it-temperatura tal-magna,

    il-livell tal-fjuwil,

    li jikkomunika permezz tal-protokolli CAN-BUS u/jew K-LINE,

    għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti tal-Kapitolu 87 (1)

    1.1.-31.12.

    160 000 biċċa

    0 %

    .

    (1)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

    (2)  Madankollu, is-sospensjoni tat-tariffi doganali ma għandhiex tapplika meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-forniment tal-ikel jew li jbiegħu bl-imnut.”


    Top