This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1638
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1638 of 20 September 2022 amending Annex I to Council Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff as regards subheading 950510 (Articles for Christmas festivities)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1638 tal-20 ta’ Settembru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana f’dak li għandu x’jaqsam mas-subintestatura 950510 (Oġġetti għall-festi tal-Milied)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1638 tal-20 ta’ Settembru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana f’dak li għandu x’jaqsam mas-subintestatura 950510 (Oġġetti għall-festi tal-Milied)
C/2022/6828
ĠU L 247, 23.9.2022, p. 67–68
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31987R2658 | Sostituzzjoni | anness I parti 2 kapitolu 95 Test | 13/10/2022 |
23.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/67 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1638
tal-20 ta’ Settembru 2022
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana f’dak li għandu x’jaqsam mas-subintestatura 9505 10 (Oġġetti għall-festi tal-Milied)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(e) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi nomenklatura għall-merkanzija (“in-Nomenklatura Magħquda”), li hija riprodotta fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Is-subintestatura 9505 10 tan-Nomenklatura Magħquda tkopri l-oġġetti għall-festi tal-Milied. |
(3) |
In-nota Addizzjonali 1(b) tal-Kapitolu 95 tiddefinixxi l-ambitu tal-oġġetti tat-tiżjin għas-siġar tal-Milied li huma kklassifikati taħt is-subintestatura 9505 10. |
(4) |
In-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 9505, (A)(1) u n-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) għall-intestatura 9505 jispjegaw kif għandhom jiġu kklassifikati l-oġġetti tat-tiżjin għas-siġar tal-Milied. |
(5) |
Jeżistu fehmiet diverġenti dwar l-interpretazzjoni tal-kliem tal-aħħar frażi tan-Nota Addizzjonali 1(b) tal-Kapitolu 95, li tgħid li l-oġġetti taħt dik l-intestatura għandu jkollhom konnessjoni mal-Milied. |
(6) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-oġġetti tat-tiżjin għas-siġar tal-Milied ma għandhomx għalfejn ikollhom tema marbuta mal-Milied iżda jeħtieġu biss disinn li jagħmilhom rikonoxxibbli bħala oġġetti tat-tiżjin għas-siġar tal-Milied. |
(7) |
Huwa għalhekk meħtieġ li titħassar l-aħħar frażi tan-Nota Addizzjonali 1(b) tal-Kapitolu 95 tan-Nomenklatura Magħquda biex tiġi żgurata l-interpretazzjoni uniformi tas-subintestatura 9505 10 fl-Unjoni kollha. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-tieni Parti, il-Kapitolu 95, tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, in-Nota addizzjonali 1(b) hija sostitwita b’dan li ġej:
“(b) |
l-oġġetti tat-tiżjin għas-siġar tal-Milied. Dawn huma oġġetti maħsubin biex jiddendlu fuq is-siġra tal-Milied (jiġifieri oġġetti ħfief li ġeneralment ikunu magħmulin minn materjal li ma jdumx iservi maħsubin għat-tiżjin tas-siġra tal-Milied).”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni