This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0425
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/425 of 14 March 2022 amending Implementing Regulation (EU) 2019/947 as regards postponing the transition dates for the use of certain unmanned aircraft systems in the ‘open’ category and the date of application for standard scenarios for operations executed in or beyond the visual line of sight (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/425 tal-14 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward tal-posponiment tad-dati ta’ tranżizzjoni għall-użu ta’ ċerti sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-kategorija “miftuħa” u tad-data ta’ applikazzjoni għal xenarji standard għal operazzjonijiet eżegwiti fi jew lil hinn mil-linja viżwali tal-vista (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/425 tal-14 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward tal-posponiment tad-dati ta’ tranżizzjoni għall-użu ta’ ċerti sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-kategorija “miftuħa” u tad-data ta’ applikazzjoni għal xenarji standard għal operazzjonijiet eżegwiti fi jew lil hinn mil-linja viżwali tal-vista (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/1445
ĠU L 87, 15.3.2022, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32019R0947 | Sostituzzjoni | artikolu 20 Test | 04/04/2022 | |
Modifies | 32019R0947 | Sostituzzjoni | artikolu 22 sentenza 1 | 04/04/2022 | |
Modifies | 32019R0947 | Sostituzzjoni | artikolu 23 paragrafu 2 | 04/04/2022 | |
Modifies | 32019R0947 | Sostituzzjoni | artikolu 23 paragrafu 3 | 04/04/2022 | |
Modifies | 32019R0947 | Sostituzzjoni | artikolu 23 paragrafu 4 | 04/04/2022 |
15.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/425
tal-14 ta’ Marzu 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward tal-posponiment tad-dati ta’ tranżizzjoni għall-użu ta’ ċerti sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-kategorija “miftuħa” u tad-data ta’ applikazzjoni għal xenarji standard għal operazzjonijiet eżegwiti fi jew lil hinn mil-linja viżwali tal-vista
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 (2), huwa permess li sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord (“UAS”) li ma jikkonformawx mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (3) u li mhumiex mibnija privatament jibqgħu jintużaw fil-kategorija “miftuħa” taħt ċerti kundizzjonijiet operazzjonali limitati, meta jkunu tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2023. Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, huwa permess li UAS li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Partijiet 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 huwa permess li jintużaw fil-kategorija “miftuħa” biss taħt ċerti kundizzjonijiet operazzjonali limitati għal perjodu ta’ tranżizzjoni li jintemm fl-1 ta’ Jannar 2023. |
(2) |
Skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, mit-3 ta’ Diċembru 2023, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw biss dikjarazzjonijiet magħmula mill-operaturi tal-UAS f’konformità mal-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għal operazzjoni li tikkonforma ma’ wieħed miż-żewġ xenarji standard, jew fi ħdan il-linja viżwali tal-vista f’żona ta’ art ikkontrollata f’ambjent popolat, inkella lil hinn mil-linja viżwali tal-viżta b’Osservaturi tal-Ispazju tal-Ajru f’żona ta’ art ikkontrollata f’ambjent skarsament popolat, stipulati fl-Appendiċi 1 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(3) |
Uħud mill-istandards armonizzati li jindirizzaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-UAS tal-klassijiet C0 sa C6 meħtieġa għall-operazzjoni fil-kategorija “miftuħa” jew taħt ix-xenarji standard, kif ukoll l-identifikazzjoni diretta mill-bogħod ma jkunux disponibbli sa nofs l-2023. Mingħajr dawk l-istandards armonizzati, il-manifatturi tal-UAS ikunu, fil-verità, imxekkla milli jqiegħdu UAS konformi fis-suq qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947. |
(4) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-dati stipulati fl-Artikolu 20 u 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 jiġu estiżi biex jiġi żgurat li l-istandards armonizzati li jindirizzaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-UAS tal-klassijiet C0 sa C6 ikunu disponibbli għall-produtturi u l-operaturi tal-UAS qabel jiskadu dawk il-perjodi. Huwa neċessarju wkoll li d-data tal-applikazzjoni taż-żewġ xenarji standard stipulati fl-Appendiċi 1 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tiġi posposta biex ikun żgurat li dawk l-istandards armonizzati jkunu disponibbli qabel ma l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet għall-operazzjonijiet konformi ma’ dawk ix-xenarji standard. Sa dak iż-żmien, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċettaw id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-operaturi tal-UAS f’konformità mal-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, abbażi ta’ xenarji standard nazzjonali jew ekwivalenti. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 20 “l-1 ta’ Jannar 2023” huwa sostitwit bi “l-1 ta’ Jannar 2024”; |
(2) |
fl-Artikolu 22, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, l-użu fil-kategorija “miftuħa” ta’ UAS li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Partijiet 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (*1) għandu jkun permess għal perjodu ta’ tranżizzjoni li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2023, soġġett għall-kundizzjonijiet segwenti: (*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1).”;" |
(3) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej: “2. L-Artikolu 5(5) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024. 3. Il-Punti UAS.OPEN.060(2)(g) UAS.SPEC.050(1)(l)(i) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2022 u l-Punt UAS.SPEC.050(1)(l)(ii) tal-Anness għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024. 4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(1), sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet magħmula minn operaturi tal-UAS f’konformità mal-Artikolu 5(5), abbażi ta’ xenarji standard nazzjonali jew ekwivalenti, jekk dawk ix-xenarji nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt UAS.SPEC.020 tal-Anness. Tali dikjarazzjonijiet ma għandhomx jibqgħu validi mill-1 ta’ Jannar 2026.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1).