EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R2152

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2152 tas-6 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

ST/13891/2021/INIT

ĠU L 436, 7.12.2021, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2152/oj

7.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 436/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2152

tas-6 ta’ Diċembru 2021

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

(2)

Fuq il-bażi ta’ rieżami mill-Kunsill, l-entrata għal persuna waħda u l-informazzjoni dwar id-drittijiet tagħha ta’ difiża u dwar id-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jenħtieġ li jitħassru.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. CIGLER KRALJ


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-taqsima A (“Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2”), l-entrata għall-persuna li ġejja hija mħassra:

“17.

Oleksandr Viktorovych Klymenko (Олександр Вiкторович Клименко)”;

(2)

Fit-Taqsima B (“Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”), l-entrata 17, ukoll rigward Oleksandr Viktorovych Klymenko, hija mħassra.


Top