Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1666

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1666 tal-10 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bil-għan li jiġi inkluż tip ġdid ta’ fertilizzanti tal-KE fl-Anness I (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/7613

    ĠU L 377, 11.11.2020, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1666/oj

    11.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 377/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1666

    tal-10 ta’ Novembru 2020

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bil-għan li jiġi inkluż tip ġdid ta’ fertilizzanti tal-KE fl-Anness I

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (1), b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Manifattur tal-kelat tal-kalċju tal-aċidu imminodisuċċiniku (“Ca-IDHA”) ressaq talba permezz tal-awtoritajiet Pollakki lill-Kummissjoni biex tinżied entrata ġdida għall-kelat tal-kalċju tal-aċidu imminodisuċċiniku (Ca-IDHA) fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Il-kelat tal-kalċju tal-aċidu imminodisuċċiniku ġie żviluppat b’risposta għal talbiet mis-settur ortikulturali biex jiġu żviluppati alternattivi għas-sorsi eżistenti tal-kalċju, li jistgħu jwasslu, taħt ċerti kundizzjonijiet ta’ użu, għal danni lill-weraq wara li jiġu applikati fuqhom.

    (2)

    Il-kelat tal-kalċju tal-aċidu imminodisuċċiniku jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Għalhekk jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista tat-tipi ta’ fertilizzanti tal-KE fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jiġi emendat kif skont dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.


    ANNESS

    Fit-Tabella D tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, tiddaħħal ir-ringiela 2.3 li ġejja:

    “2.3

    kelat tal-kalċju tal-aċidu imminodisuċċiniku

    Prodott akkwistat kimikament li jkun fih il-kelat tal-kalċju tal-aċidu imminodisuċċiniku bħala ingredjent essenzjali, mingħajr iż-żieda ta’ nutrijenti organiċi ta’ oriġini mill-annimali jew veġetali

    9 % CaO

    Kalċju espress bħala CaO, kelat bl-aċidu imminodisuċċiniku (IDHA) li jinħall fl-ilma.

     

    Kalċju espress bħala CaO, kelat bl-aċidu imminodisuċċiniku (IDHA) li jinħall fl-ilma.”


    Top