EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1587

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1587 tad-29 ta’ Ottubru 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet pagament parzjali għall-2020

ĠU L 362, 30.10.2020, p. 30–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1587/oj

30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1587

tad-29 ta’ Ottubru 2020

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet pagament parzjali għall-2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877 (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-10 ta’ Ottubru 2020 li tispeċifika (a) l-ammont tat-tielet pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2020, u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2020, f’każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti fil-qafas tal-istrumenti taħt il-ġestjoni tiegħu,

(3)

L-Artikolu 20(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprovdi li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi taħt l-10ar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“l-10 FEŻ”) għall-BEI u taħt il-11-il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) (“il-11-il FEŻ”) għall-Kummissjoni.

(4)

Il-Kunsill, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/1800 (3), li tistabbilixxi l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2020 għal EUR 4 400 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.

(5)

L-Artikoli 152 u 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (4) jistipulaw li r-Renju Unit għandu jibqa’ parti mill-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u tal-FEŻ kollha preċedenti mhux magħluqa. Madankollu, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10ar FEŻ jew FEŻ preċedenti ma għandux jerġa’ jintuża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala t-tielet pagament parzjali għall-2020 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1800 tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2021, l-ammont annwali għall-2020, l-ewwel ħlas parzjali għall-2020 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2022 u 2023 (ĠU L 274, 28.10.2019, p. 9).

(4)  ĠU C 384I, 12.11.2019, p. 1.


ANNESS

L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Skema ta’ ridistribuzzjoni tal-10ar FEŻ f’%

Skema ta’ ridistribuzzjoni tal-11-il FEŻ f’%

It-3et pagament parzjali tal-2020 (f’EUR)

Total

Il-Kummissjoni

Il-BEI

Il-11-il FEŻ

L-10ar FEŻ

IL-BELĠJU

3,53

3,24927

32 492 700,00

3 530 000,00

36 022 700,00

IL-BULGARIJA

0,14

0,21853

2 185 300,00

140 000,00

2 325 300,00

IĊ-ĊEKJA

0,51

0,79745

7 974 500,00

510 000,00

8 484 500,00

ID-DANIMARKA

2

1,98045

19 804 500,00

2 000 000,00

21 804 500,00

IL-ĠERMANJA

20,5

20,5798

205 798 000,00

20 500 000,00

226 298 000,00

L-ESTONJA

0,05

0,08635

863 500,00

50 000,00

913 500,00

L-IRLANDA

0,91

0,94006

9 400 600,00

910 000,00

10 310 600,00

IL-GREĊJA

1,47

1,50735

15 073 500,00

1 470 000,00

16 543 500,00

SPANJA

7,85

7,93248

79 324 800,00

7 850 000,00

87 174 800,00

FRANZA

19,55

17,81269

178 126 900,00

19 550 000,00

197 676 900,00

IL-KROAZJA

0

0,22518

2 251 800,00

0

2 251 800,00

L-ITALJA

12,86

12,53009

125 300 900,00

12 860 000,00

138 160 900,00

ĊIPRU

0,09

0,11162

1 116 200,00

90 000,00

1 206 200,00

IL-LATVJA

0,07

0,11612

1 161 200,00

70 000,00

1 231 200,00

IL-LITWANJA

0,12

0,18077

1 807 700,00

120 000,00

1 927 700,00

IL-LUSSEMBURGU

0,27

0,25509

2 550 900,00

270 000,00

2 820 900,00

L-UNGERIJA

0,55

0,61456

6 145 600,00

550 000,00

6 695 600,00

MALTA

0,03

0,03801

380 100,00

30 000,00

410 100,00

IN-NETHERLANDS

4,85

4,77678

47 767 800,00

4 850 000,00

52 617 800,00

L-AWSTRIJA

2,41

2,39757

23 975 700,00

2 410 000,00

26 385 700,00

IL-POLONJA

1,3

2,00734

20 073 400,00

1 300 000,00

21 373 400,00

Il-PORTUGALL

1,15

1,19679

11 967 900,00

1 150 000,00

13 117 900,00

IR-RUMANIJA

0,37

0,71815

7 181 500,00

370 000,00

7 551 500,00

IS-SLOVENJA

0,18

0,22452

2 245 200,00

180 000,00

2 425 200,00

IS-SLOVAKKJA

0,21

0,37616

3 761 600,00

210 000,00

3 971 600,00

IL-FINLANDJA

1,47

1,50909

15 090 900,00

1 470 000,00

16 560 900,00

L-IŻVEZJA

2,74

2,93911

29 391 100,00

2 740 000,00

32 131 100,00

IR-RENJU UNIT

14,82

14,67862

146 786 200,00

14 820 000,00

161 606 200,00

TOTAL UE-27 U R-RENJU UNIT

100

100

1 000 000 000,00

100 000 000,00

1 100 000 000,00


Top