Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0522

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/522 tas-27 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 fir-rigward tar-rapportar ta' data dwar il-produzzjoni u l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' polioli li fihom idrofluworokarburi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

C/2019/2206

ĠU L 86, 28.3.2019, p. 37–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/09/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R2195

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/522/oj

28.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/522

tas-27 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 fir-rigward tar-rapportar ta' data dwar il-produzzjoni u l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' polioli li fihom idrofluworokarburi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 (2) jispeċifika il-mezzi u l-għamla tar-rapport li jrid jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 b'rabta mal-użu ta' ċerti gassijiet fluworurati b'effett ta' serra bħala materja prima jew meta l-produtturi, l-importaturi jew l-esportaturi ta' dawk il-gassijiet jew l-impriżi li jeqirdu dawk il-gassijiet iqiegħdu fis-suq prodotti jew tagħmir li jkun fih dawk il-gassijiet.

(2)

Id-Deċiżjoni XXX/10 (3) tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fil-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-Protezzjoni tas-Saff tal-Ożonu (4) (il-Protokoll ta' Montreal) tistabbilixxi l-formoli riveduti ta' rappurtar li jridu jintużaw għar-rappurtar dwar sustanzi kontrollati, fosthom dwar il-produzzjoni sekondarja tal-idrofluworokarbur-23 (HFC-23) u l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' polioli li fihom idrofluworokarburi wara d-dħul fis-seħħ globali tal-Emenda ta' Kigali f'dak il-Protokoll rigward it-tnaqqis gradwali tal-idrofluworokarburi (HFCs) fl-1 ta' Jannar 2019 (5).

(3)

L-għamla tar-rapportar stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 għandha tiġi emendata sabiex tiġi allinjata mal-għamla tar-rapportar stabbilita fid-Deċiżjoni XXX/10 użata mill-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal. Dan jippermetti lill-Unjoni tikkonforma mal-obbligi tar-rappurtar tagħha skont il-Protokoll ta' Montreal.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (ĠU L 318, 5.11.2014, p. 5).

(3)  Id-Deċiżjoni XXX/10 tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal adottata fid-9 ta' Novembru 2018.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/540/KEE tal-14 ta' Ottubru 1988 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-ħarsien tas-saff tal-ożonu u l-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jdgħajfu s-saff tal-ożonu (ĠU L 297, 31.10.1988, p. 8).

(5)  Id-Deċiżjoni XXVIII/1 tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal adottata fil-15 ta' Ottubru 2016.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 1, it-tabella qed tinbidel b'dan li ġej:

 

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI RRAPPURTATA

KUMMENTI

1 A

Il-kwantità totali tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni

 

 

1Aa

minn dan l-ammont: Ammonti mhux maqbuda

 

 

 

1 A_a

minn dan l-ammont: Ammonti meqruda

Jekk il-qerda in-line titwettaq minn impriża oħra, din tal-aħħar għandha tiġi speċifikata

Rapporti mill-produtturi li jwettqu l-qerda dwar il-kwantitajiet totali meqruda għandhom isiru fir-rappurtar tat-Taqsima 8

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

1Ab

minn dan l-ammont: Ammont totali ġġenerat u maqbud

1Ab = 1 A - 1Aa

 

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI RRAPPURTATA

 

 

 

1B

minn dan l-ammont: Il-kwantità tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni li tikkonsisti fi produzzjoni sekondarja rkuprata jew prodotti mhux mixtieqa fejn dik il-produzzjoni sekondarja jew dawk il-prodotti jkunu ġew meqruda fil-faċilitajiet qabel it-tqegħid fis-suq

Rapporti mill-produtturi li jwettqu l-qerda dwar il-kwantitajiet totali meqruda għandhom isiru fir-rappurtar tat-Taqsima 8

 

 

1C

minn dan l-ammont: Il-kwantità tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni li tikkonsisti fi produzzjoni sekondarja rkuprata jew prodotti mhux mixtieqa fejn dik il-produzzjoni sekondarja jew dawk il-prodotti jkunu ngħataw lil impriżi oħra sabiex jinqerdu u ma kinux tqiegħdu fis-suq qabel

Għandha tiġi identifikata l-impriża li twettaq il-qerda

 

1C_a

minn dan l-ammont: L-ammont ta' idrofluworokarburi prodott biex jintuża bħala materja prima fl-Unjoni

Għandu jiġi indikat l-Istat Membru fejn se jsir l-użu tal-materja prima

 

 

1C_a1

minn dan l-ammont: Mingħajr qbid minn qabel

Irid jiġi rrapportat biss għall-HFC-23

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

 

1C_a2

minn dan l-ammont: Mingħajr qbid minn qabel

1C_a2 = 1C_a – 1C_a1;

Irid jiġi kkalkulat biss għall-HFC-23

 

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI RRAPPURTATA

 

 

1C_b

minn dan l-ammont: L-ammont ta' idrofluworokarburi prodott għal użi fl-Unjoni li huma eżentati skont il-Protokoll ta' Montreal

Għandu jiġi speċifikat it-tip ta' użu li jkun eżentat

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

 

1D

minn dan l-ammont: Il-kwantità totali tal-produzzjoni proprja maqbuda u meqruda li ma tkunx tqiegħdet fis-suq qabel

1D = 1B + 1C

1E

 

Il-produzzjoni disponibbli għall-bejgħ jew għall-użu bħala materja prima

1E = 1A – 1D – 1A_a”

(2)

Fit-Taqsima 2, fit-tabella, tiżdied ir-ringiela 2F li ġejja:

 

“2F

L-ammont ta' idrofluworokarburi li hemm f'polioli mħalltin minn qabel”

 

(3)

Fit-Taqsima 3, fit-tabella, tiżdied ir-ringiela 3J li ġejja:

 

“3J

L-ammont ta' idrofluworokarburi li hemm f'polioli mħalltin minn qabel”

 


Top