This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1109
Commission Implementing Decision (EU) 2019/1109 of 27 June 2019 terminating the proceeding concerning imports of welded tubes, pipes and hollow profiles of square or rectangular cross-section, of iron other than cast iron or steel other than stainless, originating in the Republic of North Macedonia, Russia and Turkey
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1109 tas-27 ta' Ġunju 2019 li ttemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta' tubi wweldjati, pajpijiet u profili vojta minn ġewwa b'sezzjoni trasversali fil-forma ta' kaxxa jew rettangolari, tal-ħadid għajr ħadid fondut jew azzar għajr dak stainless, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, mir-Russja u mit-Turkija
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1109 tas-27 ta' Ġunju 2019 li ttemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta' tubi wweldjati, pajpijiet u profili vojta minn ġewwa b'sezzjoni trasversali fil-forma ta' kaxxa jew rettangolari, tal-ħadid għajr ħadid fondut jew azzar għajr dak stainless, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, mir-Russja u mit-Turkija
C/2019/4615
ĠU L 175, 28.6.2019, p. 39–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/39 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1109
tas-27 ta' Ġunju 2019
li ttemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta' tubi wweldjati, pajpijiet u profili vojta minn ġewwa b'sezzjoni trasversali fil-forma ta' kaxxa jew rettangolari, tal-ħadid għajr ħadid fondut jew azzar għajr dak stainless, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, mir-Russja u mit-Turkija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament Bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
(1) |
Fit-28 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' tubi wweldjati, pajpijiet u profili vojta minn ġewwa b'sezzjoni trasversali fil-forma ta' kaxxa jew rettangolari, tal-ħadid għajr ħadid fondut jew azzar għajr dak stainless, iżda esklużi l-pajpijiet li jintużaw għall-pipelines għaż-żejt jew għall-gass u kejsing u tubi tax-xorta użati fit-tħaffir għaż-żejt jew għall-gass (“profili vojta minn ġewwa”), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, ir-Russja u t-Turkija (“il-pajjiżi kkonċernati”), fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta' Bidu”). |
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-14 ta' Awwissu 2018 mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-tubi tal-azzar iwweldjati tal-Unjoni Ewropea (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi tal-Unjoni. Il-kumpaniji rrappreżentati mill-ilmentatur irrappreżentaw aktar minn 40 % tal-produzzjoni kollha tal-Unjoni tal-profili vojta minn ġewwa. L-ilment kien fih evidenza ta' dumping u ta' dannu materjali riżultanti li kien biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Talba għar-reġistrazzjoni
(3) |
Fl-20 ta' Diċembru 2018, l-ilmentatur ippreżenta talba għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. L-ilmentatur allega li kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati billi qabbel:
|
1.3. Partijiet interessati
(4) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tal-Maċedonja ta' Fuq, tar-Russja u tat-Turkija, lill-importaturi, lill-fornituri magħrufa kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li kienu kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem. |
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjonijiet u jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kampjunar
(6) |
Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.4.1. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
(7) |
Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum ta' produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni bejn Lulju 2017 u Ġunju 2018 u l-firxa ġeografika. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Wieħed mill-produtturi proviżorjament fil-kampjun informa lill-Kummissjoni li ma kienx f'pożizzjoni li jimla kwestjonarju sħiħ u għalhekk ma riedx ikun parti mill-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrevedi l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni billi tissostitwixxi lil dan il-produttur mal-akbar produttur tal-Unjoni li jmiss f'termini ta' volum ta' produzzjoni. Il-kampjun definittiv kien jammonta għal aktar minn 30 % tal-produzzjoni stmata tal-Unjoni tal-prodott simili u tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.4.2. Il-kampjunar tal-importaturi
(8) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ teħid ta' kampjuni u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi fl-Unjoni mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. |
(9) |
Tnax-il importatur mhux relatati ppreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni, li minnhom erbgħa ddikjaraw importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta' investigazzjoni, ipprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu wkoll li jiġu inklużi fil-kampjun. B'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet importaturi abbażi tal-akbar volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment. |
1.4.3. Kampjunar ta' produtturi esportaturi fil-Maċedonja ta' Fuq, fir-Russja u fit-Turkija
(10) |
Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fil-Maċedonja ta' Fuq, fir-Russja u fit-Turkija sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjonijiet tal-Maċedonja ta' Fuq, ir-Russja u t-Turkija għall-Unjoni Ewropea biex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħra fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
(11) |
Għaxar produtturi esportaturi fit-Turkija, tlieta fil-Maċedonja ta' Fuq u tnejn fir-Russja pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. |
(12) |
Minħabba n-numru limitat ta' produtturi esportaturi fil-Maċedonja ta' Fuq u r-Russja, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-teħid ta' kampjuni ma kienx meħtieġ f'dawk iż-żewġ pajjiżi. |
(13) |
Fir-rigward tal-produtturi esportaturi fit-Turkija, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet produtturi esportaturi bbażat fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, kif ukoll l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment. |
1.5. Eżami individwali
(14) |
Produttur esportatur fit-Turkija talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tal-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa 97, ma kienx meħtieġ li din it-talba tiġi pproċessata ulterjorment. |
1.5.1. It-tweġibiet għall-kwestjonarju
(15) |
Il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarji disponibbli online fid-data tal-bidu u stiednet lit-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw fil-Maċedonja ta' Fuq, liż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw fir-Russja, lit-tliet produtturi esportaturi fit-Turkija inklużi fil-kampjun, lill-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lit-tliet importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun biex iwieġbuhom. |
(16) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand it-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw fil-Maċedonja ta' Fuq, produttur esportatur li kkoopera fir-Russja, it-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun u produttur esportatur li għamel talba għal eżami individwali fit-Turkija, l-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u t-tliet importaturi mhux relatati fil-kampjun. Produttur esportatur wieħed fir-Russja ma pprovdiex tweġiba u ħabbar li ma xtaqx jikkoopera. |
1.6. Iż-żjarat ta' verifika
(17) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala neċessarja sabiex jiġi stabbilit id-dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.7. Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
(18) |
L-investigazzjoni ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 (il-“perjodu ta' investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2015 u t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
(19) |
Il-prodott ikkonċernat huwa tubi wweldjati, pajpijiet u profili vojta minn ġewwa b'sezzjoni trasversali fil-forma ta' kaxxa jew rettangolari, tal-ħadid għajr ħadid fondut jew azzar għajr l-inossidabbli, iżda esklużi l-pajpijiet li jintużaw għall-pipelines għaż-żejt jew għall-gass u kejsing u tubi tax-xorta użati fit-tħaffir għaż-żejt jew għall-gass, li joriġina mill-Maċedonja ta' Fuq, ir-Russja u t-Turkija, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 7306 61 92 u 7306 61 99 (“il-prodott ikkonċernat”). |
(20) |
Il-profili vojta jintużaw f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet, pereżempju għal skopijiet strutturali u ta' ġarr mill-industrija tal-kostruzzjoni, tagħmir ta' ġestjoni, magni ta' għodda, industrija awtomotiva, makkinarju agrikolu, tagħmir tar-razzett u użi simili oħra. |
2.2. Il-prodott simili
(21) |
L-investigazzjoni indikat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
(22) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għaldaqstant prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. ID-DUMPING
3.1. Il-Maċedonja ta' Fuq
(23) |
Kien hemm tliet produtturi esportaturi fil-Maċedonja ta' Fuq, li kkooperaw fl-investigazzjoni, jiġifieri FZC 11 Oktomvri AD (“FZC”), IGM-Trade Ilija I Dr. d.o.o. (“IGM”) u Metalopromet Dooel (“Metalopromet”). |
3.1.1. Il-valur normali
(24) |
Biex tikkalkula l-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku huwa meqjus rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun mill-anqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali tiegħu għall-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
(25) |
Għal wieħed mill-produtturi esportaturi, jiġifieri FZC, il-bejgħ domestiku globali ma kienx rappreżentattiv skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. |
(26) |
Peress li l-prodott simili ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal FZC skont l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. |
(27) |
Meta ma kienx hemm bejgħ bi profitt għal tip ta' prodott, il-valur normali għal dak it-tip ġie maħdum biż-żieda ta' dan li ġej mal-kost medju tal-manifattura tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta' investigazzjoni:
Meta kien hemm bejgħ bi profitt għal tip ta' prodott, il-valur normali għal dak it-tip ġie maħdum bl-użu tal-SG&A u l-profitt ta' dak it-tip minflok bil-medja ponderata tal-SG&A u l-profitt. |
(28) |
Fil-każ ta' IGM u Metalopromet, abbażi tat-test ta' rappreżentattività deskritt fil-premessa 24, il-Kummissjoni sabet li l-prodott simili nbiegħ fi kwantitajiet ġenerali rappreżentattivi fis-suq domestiku. |
(29) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku reali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
(30) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għat-tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ ikunx profittabbli jew le, jekk:
|
(31) |
F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dan it-tip ta' prodott matul il-PI. |
(32) |
F'każ fejn inqas minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli jew il-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien aktar baxx mill-kost tal-produzzjoni, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss. |
(33) |
Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ ta' tip ta' prodott simili fil-kors ordinarju tal-kummerċ, jew fejn tip ta' prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikoli 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fil-premessa 27 hawn fuq. |
(34) |
L-investigazzjoni sabet li, fil-każ ta' IGM u Metalopromet, għal xi wħud mit-tipi ta' prodott ma kien hemm l-ebda bejgħ, jew il-bejgħ insuffiċjenti, ta' tip ta' prodott tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ jew tip ta' prodott ma kienx mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku. Għal dawk it-tipi ta' prodotti l-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku. Għal dawk li jifdal, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet domestiċi fl-andament normali tal-kummerċ. |
(35) |
Fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar finali, l-ilmentatur argumenta li l-approċċ għall-kalkolu tal-valur normali kif deskritt hawn fuq kien inkonsistenti. L-ilmentatur iddikjara li l-Kummissjoni kellha tuża valur normali kostruwit (għall-kuntrarju tal-bejgħ domestiku) għall-esportaturi kollha fil-Maċedonja ta' Fuq, notevolment minħabba li s-suq domestiku fil-Maċedonja ta' Fuq ma jkunx punt ta' referenza rappreżentattiv għal tqabbil mal-bejgħ magħmul lis-suq tal-Unjoni minħabba d-daqs, il-kapaċitajiet finanzjarji u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. |
(36) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-approċċ tiegħu biex jikkalkula l-valur normali segwa b'mod konsistenti l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. L-injorar tal-prezzijiet fejn ikun hemm biżżejjed bejgħ fl-andament ordinarju tal-kummerċ, kif issuġġerit mill-ilmentatur, imur kontra dik id-dispożizzjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.1.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
(37) |
It-tliet produtturi esportaturi fil-Maċedonja ta' Fuq esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit abbażi tal-prezz reali mħallas jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.1.3. Tqabbil
(38) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. |
(39) |
Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-iskontijiet, il-ġarr, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, it-trasport, l-ispiża tal-kreditu, l-ispejjeż bankarji, l-imballaġġ u l-kummissjonijiet. |
3.1.4. Il-marġini tad-dumping
(40) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
(41) |
Il-livell ta' kooperazzjoni mill-Maċedonja ta' Fuq kien għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ammontaw għal kważi 100 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping, espressi bħala perċentwali tal-valur ta' importazzjoni CIF, huma kif ġej:
|
(42) |
Fid-dawl tal-marġni tad-dumping għal tnejn mit-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun mill-Maċedonja ta' Fuq li huma taħt il-limitu de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vverifikat jekk il-marġni medju peżat ta' dumping mal-pajjiż kollu kienx 'il fuq minn dak il-limitu. |
(43) |
Il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu ġie kkalkulat bħala l-medja ponderata tal-marġini tad-dumping stabbilita għall-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw fil-Maċedonja ta' Fuq. L-ammont ta' dumping, espress bħala perċentwali tal-valur CIF tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, kien ta' 2,9 %, jiġifieri 'l fuq mil-livell limitu de minimis ta' 2 % definit hawn fuq. |
3.2. Ir-Russja
(44) |
Kien hemm produttur esportatur wieħed fir-Russja li kkoopera mal-investigazzjoni, jiġifieri PAO Severstal (“Severstal”). |
3.2.1. Il-valur normali
(45) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' Severstal kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali tiegħu għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali ta' Severstal tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv. |
(46) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku reali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
(47) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għat-tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ ikunx profittabbli jew le, jekk:
|
(48) |
F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dan it-tip ta' prodott matul il-PI. |
(49) |
F'każ fejn inqas minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli jew il-prezz tal-bejgħ medju peżat kien aktar baxx mill-kost tal-produzzjoni, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss. |
(50) |
Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ ta' tip ta' prodott simili fil-kors ordinarju tal-kummerċ, jew fejn tip ta' prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikoli 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fil-premessa 27 hawn fuq. |
(51) |
L-investigazzjoni sabet li l-valur normali għall-uniku produttur esportatur li kkoopera kien ibbażat għal xi tipi tal-prodott fuq medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip ta' prodott rispettiv matul il-PI, għal xi tipi tal-prodott kien ibbażat fuq il-prezzijiet domestiċi fl-andament normali tal-kummerċ u għal xi tipi tal-prodott, inbena skont l-Artikolu 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku. |
3.2.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
(52) |
Severstal użat tliet kanali ta' bejgħ meta biegħet lill-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. B'hekk, biegħet il-prodott ikkonċernat direttament lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni, permezz ta' importaturi relatati fl-Unjoni u permezz ta' negozjant relatat fl-Iżvizzera. |
(53) |
Meta l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, u f'każijiet fejn il-bejgħ sar permezz tal-kummerċjant relatat fl-Iżvizzera, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(54) |
Għall-bejgħ permezz tal-importaturi relatati, il-prezz tal-esportazzjoni nħadem abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa' nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. L-aġġustamenti tal-prezz saru għall-ispejjeż kollha li ġġarrbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-ispejjeż BĠA, u għall-profitti. |
(55) |
Sabiex jiġi stabbilit il-livell xieraq ta' profitti, il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni miġbura mit-tliet importaturi inklużi fil-kampjun. L-investigazzjoni żvelat li tnejn mill-importaturi fil-kampjun kienu madankollu qed jaġixxu bħala distributuri ta' varjetà wiesgħa ta', primarjament, prodotti akkwistati mill-Unjoni, b'importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jirrappreżentaw biss parti żgħira ħafna tan-negozju tagħhom. L-ebda waħda mill-kumpaniji ma setgħet tiżola l-marġni ta' profitt relatat mal-attivitajiet ta' importazzjoni tagħha minn dak tal-attività ġenerali tagħha. Għalhekk, il-marġini ta' profitt ta' dawn il-kumpaniji ma kinux jirriflettu l-attività tagħhom relatata mal-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat. L-attività ewlenija tat-tielet importatur mhux relatat kienet l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat u għalhekk il-marġni ta' profitt irrapportat irrifletta kif xieraq din l-attività. Konsegwentement, il-marġni ta' profitt ta' dan l-importatur kien użat meta ġie kkalkulat il-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Il-marġni tal-profitt kien [minn 2 % sa 6 %]. |
3.2.3. Tqabbil
(56) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur uniku fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika. |
(57) |
Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, il-ġarr, it-tagħbija u spejjeż anċillari, l-assigurazzjoni, l-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, ħlasijiet ta' importazzjoni, spejjeż bankarji, skontijiet u kummissjonijiet. |
(58) |
Il-produttur esportatur li kkoopera talab ukoll aġġustament minħabba l-kost ta' kreditu negattiv għall-bejgħ ta' esportazzjoni fl-euro fuq il-bażi tal-Artikolu 2(10)(g) tar-Regolament bażiku. Il-produttur esportatur argumenta li l-bejgħ kollu lejn l-Unjoni kien f'euro u l-medja tar-rata LIBOR għall-euro matul il-PI kienet negattiva. Il-Kummissjoni tinnota li l-iskop ta' aġġustament tal-ispejjeż tal-kreditu skont l-Artikolu 2(10)(g) huwa li jirrifletti t-termini ta' kreditu li ġew miftiehma bejn il-bejjiegħ u x-xerrej fiż-żmien tal-kuntratt jew tal-bejgħ. Fil-fatt, dan huwa l-fattur li tqies fid-determinazzjoni tal-prezz mitlub, irrispettivament mill-ispejjeż reali jew qligħ eventwalment magħmul fuq dak il-bejgħ billi dawn l-ispejjeż jew qligħ ma setgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni meta l-prezz kien kuntrattwalment determinat. Fi kwalunkwe każ u mingħajr preġudizzju għal dan ta' hawn fuq, il-kumpanija ma wrietx li dan kellu effett fuq il-prezz u t-tqabbil tal-prezzijiet u għalhekk din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(59) |
Rigward il-bejgħ mill-esportazzjoni li sar permezz tal-kummerċjant relatat fl-Iżvizzera, il-produttur esportatur argumenta li n-negozjant Żvizzeru aġixxa bħala d-dipartiment tal-bejgħ intern tiegħu li miegħu kien jifforma entità ekonomika waħda. Il-produttur esportatur ġibed l-attenzjoni li l-kummerċjant Żvizzeru huwa 100 % s-sussidjarju tiegħu li huwa responsabbli mill-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Għal din ir-raġuni, skont il-produttur esportatur li kkoopera, il-Kummissjoni ma kellhiex taġġusta l-prezz tal-esportazzjoni tagħha għall-kummissjoni. |
(60) |
Madankollu, l-investigazzjoni sabet li ma kien hemm l-ebda relazzjoni esklużiva bejn il-kumpanija prinċipali u l-kummerċjant fl-Iżvizzera fir-rigward tal-bejgħ lejn l-Unjoni u kien hemm entitajiet oħrajn fi ħdan il-grupp, inkluż il-produttur esportatur li wkoll biegħ direttament, li kellhom x'jaqsmu ma' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessa 52, il-kumpanija ewlenija fir-Russja żammet tliet kanali differenti ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-prodott ikkonċernat. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-kumpanija relatata tiegħu fl-Iżvizzera ma kinitx waħda ta' dipartiment tal-bejgħ integrat u intern li tista' tagħmel mod li ż-żewġ entitajiet legali jikkostitwixxu entità ekonomika waħda. Minflok, il-Kummissjoni kkunsidrat li hija ekwivalenti għal dik ta' aġent li jaħdem fuq bażi ta' kummissjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni li l-produttur esportatur u tal-kummerċjant relatat tiegħu fl-Iżvizzera jiffurmaw entità ekonomika waħda ġiet miċħuda. B'riżultat ta' dan, il-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku billi tnaqqsu l-kummissjonijiet. Il-kalkolu tal-kummissjonijiet kien ibbażat fuq l-SG&A u marġni ta' profitt raġonevoli tal-kummerċjant kif stabbiliti fil-premessa 55 fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn importaturi mhux relatati fl-Unjoni. |
3.2.4. Il-marġini tad-dumping
(61) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
(62) |
Il-livell ta' kooperazzjoni mir-Russja kien għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera ammontaw għal madwar 85 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-marġni ta' dumping, espress bħala perċentwali tal-valur ta' importazzjoni CIF, huwa kif ġej:
|
(63) |
Minħabba l-kooperazzjoni kbira fir-Russja, il-marġni tad-dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit fl-istess livell tal-marġni tad-dumping stabbilit għall-produttur esportatur li kkoopera. |
(64) |
Fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar finali, l-ilmentatur iddikjara li l-Kummissjoni ma kellhiex tistabbilixxi l-marġini tad-dumping għall-pajjiż kollu fl-istess livell bħall-marġini tad-dumping stabbilit għall-uniku produttur esportatur li kkoopera imma suppost ikkalkulat il-marġni għall-pajjiż kollu skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku minflok. |
(65) |
L-affermazzjoni tal-ilmentatur li kien ikun inġust li l-marġni għall-pajjiż kollu jiġi bbażat fuq is-sejbiet fir-rigward tal-produttur esportatur li kkoopera ma ġietx spjegata aktar u lanqas ma ressaq xi informazzjoni jew evidenza oħra li ssostni l-affermazzjoni tiegħu. Kif innutat fil-premessa 62, il-livell ta' kooperazzjoni mir-Russja kien għoli u d-data pprovduta kienet ikkunsidrata rappreżentattiva irrispettivament minn jekk dawk l-esportazzjonijiet sarux minn produttur esportatur wieħed jew aktar fir-Russja. Barra minn hekk, anke kieku l-Kummissjoni kienet użat l-iktar tipi ta' prodotti esportati tal-produttur esportatur li kkoopera biex tikkalkula d-dazju residwu, il-marġini mal-pajjiż kollu kien jibqa' taħt de minimis. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(66) |
Fid-dawl tal-marġni negattiv ta' dumping għall-pajjiż kollu, skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' profili vojta minn ġewwa mir-Russja għandha tintemm mingħajr miżuri. |
3.3. It-Turkija
(67) |
Għaxar produtturi esportaturi fit-Turkija kkooperaw fl-investigazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa 13, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tlieta, jiġifieri Noksel Celik Boru Sanayi, Tosçelik Profil ve Sac Endüstrisi u Yücel Boru ve Profil Endüstrisi. |
3.3.1. Il-valur normali
(68) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk għal kull produttur esportatur il-volum totali ta' bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali tiegħu għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali tal-prodott simili fuq is-suq domestiku kien rappreżentattiv għal kull produttur esportatur li kkopera. |
(69) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku reali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
(70) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għat-tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ ikunx profittabbli jew le, jekk:
|
(71) |
F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dan it-tip ta' prodott matul il-PI. |
(72) |
F'każ fejn inqas minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli jew il-prezz tal-bejgħ medju peżat kien aktar baxx mill-kost tal-produzzjoni, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss. |
(73) |
Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ ta' tip ta' prodott simili fil-kors ordinarju tal-kummerċ, jew fejn tip ta' prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikoli 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fil-premessa 27 hawn fuq. |
(74) |
L-investigazzjoni sabet li l-valur normali għat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw kien ibbażat għal xi tipi tal-prodotti fuq medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip ta' prodott rispettiv matul il-PI, għal xi tipi tal-prodotti kien ibbażat fuq il-prezzijiet domestiċi fl-andament normali tal-kummerċ u għal xi tipi tal-prodotti, inbena skont l-Artikolu 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku. |
3.3.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
(75) |
It-tliet produtturi esportaturi fit-Turkija esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu stabbilit abbażi tal-prezz reali mħallas jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.3.3. Tqabbil
(76) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tat-tliet produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika. |
(77) |
Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport u tal-ġar, l-ispejjeż ta' kreditu, il-kummissjonijiet, l-imballaġġ, it-tariffi bankarji u r-ribassi ta' tmiem is-sena. |
(78) |
Produttur esportatur wieħed argumenta li l-valur normali għandu jiġi aġġustat skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba s-sistema ta' proċessar attiv fejn id-dazju fuq inputs importati ma jitħallasx jekk l-ammont ekwivalenti ta' prodott lest jiġi esportat. Madankollu, filwaqt li l-produttur esportatur wera li ma kienx iħallas id-dazju fuq uħud mill-inputs, li setgħu ġew inkorporati fil-prodott esportat, ma weriex li d-dazju ekwivalenti tħallas fuq inputs li kienu inkorporati fil-prodott lest maħsub għas-suq domestiku. Konsegwentement, il-produttur esportatur ma weriex li l-użu tal-iskema ta' proċessar attiv jaffettwa l-paragunabilità tal-prezzijiet u għalhekk din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(79) |
Fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar finali, l-ilmentatur argumenta li l-Kummissjoni ma pprovdietx spjegazzjoni biżżejjed dwar l-użu tal-esportatur ta' sistemi ta' pproċessar attiv u l-effett tiegħu fuq il-marġini tad-dumping. L-ilmentatur iddikjara li hemm mistoqsijiet miftuħa oħra imma ma esprimihomx. |
(80) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-għan tagħha fil-premessa 78 kien li tispjega talba għal aġġustament u r-raġunijiet għar-rifjut tagħha, mhux li tispjega l-użu tas-sistema ta' pproċessar attiv mill-produtturi esportaturi. L-użu tas-sistema ta' pproċessar attiv, bħala tali, ma jaffettwax il-kalkoli tad-dumping. Huwa importanti biss fejn jaffettwa l-komparabilità tal-prezz bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Madankollu, kif spjegat fil-premessa 78 hawn fuq, dan mhuwiex il-każ hawnhekk. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(81) |
Fis-sottomissjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019, l-ilmentatur argumenta li kien hemm differenzi fiżiċi bejn allegatament l-istess tipi ta' prodotti mibjugħa fl-Unjoni u mibjugħa fis-suq domestiku billi l-produtturi esportaturi Torok jużaw normi differenti meta jbigħu fl-Unjoni (EN 10219) u meta jbigħu fis-suq domestiku tagħhom (TS 5314). Skont l-ilmentatur, l-istandard Tork jistabbilixxi tolleranza ta' kwantità materjalment differenti mill-istandard tal-Unjoni. Dan ifisser li l-kwantitajiet nominali rrappurtati mill-produtturi esportaturi Torok ifixklu b'mod materjali l-kwantitajiet attwali li ġew ittrasportati bil-baħar, u min-naħa l-oħra l-prezzijiet ta' unità rrapportati. Konsegwentement, il-marġini tad-dumping ikunu baxxi b'mod artifiċjali. Għalhekk, ikun meħtieġ aġġustament 'il fuq tal-valur normali biex tiġi eliminata d-distorsjoni. |
(82) |
L-argument tal-ilmentatur huwa bbażat fuq żewġ suppożizzjonijiet: (i) li l-produtturi esportaturi jużaw it-TS 5314 għall-bejgħ domestiku tagħhom u; (ii) li l-kalkolu tad-dumping kien ibbażat fuq il-piż nominali aktar milli reali. Fis-sottomissjonijiet tagħhom tas-26 ta' Marzu kif ukoll, tal-1 u t-2 ta' April 2019, il-produtturi esportaturi kkontestaw iż-żewġ suppożizzjonijiet bl-argument li (i) ma użawx it-TS 5314 matul il-PI; u (ii) li d-data fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju kienet ibbażata fuq piż reali pjuttost milli dak nominali. Tabilħaqq, iż-żewġ aspetti ġew ivverifikati u kkonfermati mill-Kummissjoni. |
(83) |
Fis-sottomissjoni tagħhom tal-5 ta' April 2019, l-ilmentatur tenna din l-affermazzjoni, u indika li l-produtturi esportaturi setgħu kienu qed isegwu t-TS 5314 barra mill-PI. L-ilmentatur iddubita s-sejba li l-kumpaniji Torok ma jsegwux l-istandards Torok meta jbiegħu fis-suq domestiku tagħhom. L-ilmentatur ikkontesta wkoll kif ġie mkejjel jew ikkalkulat il-piż reali. |
(84) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li kemm l-użu tal-istandards kif ukoll il-piż tal-prodott ġew diskussi mal-produtturi esportaturi u vverifikati matul spezzjonijiet fuq il-post. Dawn il-kwistjonijiet kienu diġà ġew identifikati matul investigazzjonijiet preċedenti ta' dan il-prodott u ngħataw attenzjoni partikolari matul din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, l-affermazzjoni tal-ilmentatur ġiet rifjutata. |
(85) |
Fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar finali, l-ilmentatur tenna l-affermazzjoni tiegħu li l-produtturi esportaturi fit-Turkija jużaw konverżjoni standard tal-piż li twassal għal prezz finali differenti għal kull tunnellata skont l-istandard. L-ilmentatur argumenta li l-Kummissjoni ma pprovdietx spjegazzjoni biżżejjed dwar kif ġie vverifikat l-użu tal-piż attwali minflok dak teoretiku mill-produtturi esportaturi fil-fatturazzjoni tagħhom. |
(86) |
Kif spjegat fil-premessa 84, il-Kummissjoni vverifikat li, fit-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju dwar l-antidumping, il-produtturi esportaturi fil-kampjun ipprovdew il-piż reali għall-prodott ikkonċernat u l-prodott simili mibjugħ lill-Unjoni u domestikament. Il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' fatturi lill-klijenti fis-suq domestiku u lill-klijenti fl-Unjoni u vvalutat il-piż ibbażat fuq il-karti tal-merkanzija u l-fatturi tal-merkanzija kif ukoll fuq id-dikjarazzjonijiet tad-dwana għall-bejgħ lil klijenti fl-Unjoni. Il-verifika kkonfermat li l-produtturi esportaturi kienu rrappurtaw il-piż attwali tal-prodott mibjugħ u mhux piż teoretiku bbażat fuq in-norma. |
(87) |
Fis-sottomissjoni tiegħu tal-15 ta' April 2019, l-ilmentatur argumenta wkoll li, skont l-informazzjoni dwar is-suq, l-esportaturi Torok, għalkemm jiffatturaw lir-Renju Unit abbażi tal-EN 10219, fil-fatt qed jipproduċu u jittrasportaw lejn ir-Renju Unit, profili vojta li huma prodotti għal BS 4848. L-ilmentatur allega wkoll li, jekk dan ikun il-każ, il-piż teoretiku tal-fatturi kien ikun distort. L-ilmentatur argumenta li d-distorsjoni sseħħ għaliex (i) il-piż nominali huwa bbażat fuq it-tul immultiplikat bil-piż nominali ta' unità ta' tul; u (ii) in-norma EN iffatturata tippermetti inqas kilogrammi għal kull metru (3,30) mill-produzzjoni reali skont in-norma BS (3,45 kg/m). L-ilmentatur allega li sabiex jaġġusta għal din id-distorzjoni, il-prezz tal-bejgħ tar-Renju Unit għandu jitnaqqas b'medja ta' 3,5 %. |
(88) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-ilmentatur ma pprovda l-ebda evidenza għal din il-prattika. Matul l-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li tissostanzja din il-prattika. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa 82, il-Kummissjoni sabet li, fit-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju dwar l-antidumping, il-produtturi esportaturi fil-kampjun ipprovdew il-piż reali għall-prodott ikkonċernat u l-prodott simili mibjugħ lill-Unjoni u domestikament. Dak il-piż reali, mhux teoretiku, intuża fil-kalkolu tad-dumping. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni tal-ilmentatur ġiet miċħuda wkoll. |
(89) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur tenna l-affermazzjoni tiegħu msemmija fil-qosor fil-premessa 87 hawn fuq, li tikkonċerna l-fatturazzjoni EN 10219 iżda l-bejgħ BS 4848 li jirriżulta f'allegata differenza fil-piż nominali. L-ilmentatur sostna wkoll li kien ipprovda evidenza li turi din il-prattika. |
(90) |
L-evidenza msemmija mill-ilmentatur turi li l-importaturi qed joffru l-BS 4848 iżda mhux li qed jiffatturawhom bħala EN 10219. Madankollu, kif spjegat hawn fuq, anki jekk dan kien il-każ, il-kalkolu tad-dumping kien ibbażat fuq il-piż reali u mhux nominali. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(91) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, parti interessata ddikjarat li l-istruttura tal-kost tal-produtturi Torok tkun differenti minn dik tal-produtturi tal-Unjoni u li din id-differenza għandha titqies għall-kalkoli tal-marġni tad-dumping. |
(92) |
Huwa mfakkar li ma hemm l-ebda bażi legali sabiex jitqiesu d-differenzi fl-istrutturi tal-kostijiet tal-produtturi esportaturi kkonċernati u tal-industrija tal-Unjoni fid-determinazzjoni tal-marġnijiet tad-dumping. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(93) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, parti interessata ddikjarat li l-valur normali Tork huwa influwenzat mid-differenza bejn il-prezz tal-materja prima għall-prodott simili prodott għas-suq domestiku Tork u l-prezz tal-materja prima għall-prodott ikkonċernat li jiġi prodott għas-suq tal-esportazzjoni. B'mod partikolari, din il-parti sostniet li għas-suq domestiku l-esportaturi Torok jużaw materja prima aktar għalja mis-swieq tal-esportazzjoni. |
(94) |
Bħala tweġiba għal dawn il-kummenti, il-Kummissjoni nnutat dan li ġej. Hija fakkret li l-aġġustamenti magħmula skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jistgħu jsiru biss għal differenzi li jaffettwaw it-tqabbil tal-prezzijiet u mhux il-komparabbiltà tal-kost. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-parti interessata li għamlet it-talba ma pproduċietx prova li jkun hemm differenza fl-ispiża tal-prodott domestiku u dak esportat. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni osservat li l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza biex issostni din id-dikjarazzjoni b'mod li l-kummenti tal-parti interessata baqgħu mhux sostanzjati. Il-parti interessata lanqas ma pprovdiet prova li kwalunkwe differenza fil-kost bħal din, quod non, tkun riflessa fil-prezz tal-prodott mitlub, sabiex taffettwa l-komparabbiltà tal-prezzijiet bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.3.4. Il-marġini tad-dumping
(95) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
(96) |
Il-livell ta' kooperazzjoni mit-Turkija kien għoli ħafna minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera ammontaw għal madwar 100 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping, espressi bħala perċentwali tal-valur ta' importazzjoni CIF, huma kif ġej:
|
(97) |
Minħabba li produttur esportatur wieħed li għandu marġni ta' dumping negattiv u ieħor b'marġni ta' dumping taħt il-limitu de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vverifikat jekk il-marġni medju peżat ta' dumping mal-pajjiż kollu kienx 'il fuq minn dak il-limitu. |
(98) |
Il-marġni mal-pajjiż kollu ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-marġini ta' dumping stabbiliti għall-kumpaniji fil-kampjun. Il-marġini ta' dumping ikkalkulat b'dan il-mod, espress bħala perċentwali tal-valur CIF tal-esportazzjonijiet tal-kampjun, kien ta' – 0,03 %. |
(99) |
Fid-dawl tal-marġni tad-dumping negattiv mal-pajjiż kollu, l-investigazzjoni jenħtieġ li tintemm fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-profili vojta mit-Turkija mingħajr miżuri. |
(100) |
B'kunsiderazzjoni ta' din il-konklużjoni, it-talba għal eżami individwali msemmija fil-premessa 14 hawn fuq hija irrilevanti. |
(101) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, parti interessata ddikjarat li r-Rumanija, minħabba l-viċinanza relattiva tagħha mat-Turkija, hija partikolarment vulnerabbli għall-importazzjonijiet minn dak il-pajjiż. Il-parti interessata argumentat li din is-sitwazzjoni speċifika tas-suq Rumen għandha titqies meta jiġi kkalkulat il-marġni tad-dumping. |
(102) |
Madankollu, il-parti interessata ma spjegatx kif tali valutazzjoni speċifika għall-pajjiż għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping tista' ssir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, l-argumenti li l-parti interessata ressqet biex tappoġġa l-affermazzjoni tagħha huma relatati ma' aspetti ta' dannu u ta' interess tal-Unjoni u mhux mad-dumping. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(103) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, produttur esportatur Tork sostna li l-marġni attwali tiegħu tad-dumping kien ikun de minimis kieku l-Kummissjoni użat struttura aktar dettaljata meta qabblet it-tipi ta' prodott, b'mod partikolari billi identifikat id-dimensjoni u l-ħxuna reali tat-taqsimiet, aktar milli ġabrithom flimkien. Dan l-argument kien diġà ġie ppreżentat matul l-investigazzjoni. Meta oriġinarjament għamel dan l-argument, il-produttur esportatur sostna li l-prezz ta' profili vojta jvarja mad-dimensjonijiet u l-ħxuna tagħhom. |
(104) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-prezz ta' profili vojta fil-fatt ivarja b'mod sinifikanti bid-dimensjonijiet u l-ħxuna tagħhom, jekk dan il-prezz ikun ibbażat fuq it-tul (jiġifieri kull metru). Dan il-varjant ma jkunx tant sinifikanti meta s-sezzjonijiet vojta jkunu qed jinbiegħu skont il-piż (jiġifieri għal kull kilogramma). Il-kalkolu tad-dumping kien ibbażat fuq prezzijiet għal kull kilogramma u b'hekk raggruppament ta' dimensjonijiet u ħxuna kien ġustifikat. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-Industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(105) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn aktar minn 40 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(106) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-industrija tal-Unjoni, bħall-informazzjoni li tinsab fl-ilment, u d-data vverifikata miġbura mill-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Tubi tal-Azzar. Għalhekk, il-produzzjoni totali tal-Unjoni waqt il-perjodu ta' investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 3,4 miljun tunnellata. |
(107) |
Kif indikat fil-premessa 7 erba' produtturi tal-Unjoni ntagħżlu fil-kampjun li jirrappreżenta aktar minn 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Il-konsum tal-Unjoni
(108) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-bejgħ totali tal-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni, u l-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi, abbażi tad-data tal-Eurostat. Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit għal 4 251 597 tunnellata għall-perjodu ta' investigazzjoni. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
(109) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet, kif spjegat fil-premessi 63 u 96 l-marġini ta' dumping de minimis fil-pajjiż kollu fir-Russja u fit-Turkija u bħala riżultat l-investigazzjoni għandha tintemm għal dawn il-pajjiżi. |
(110) |
Il-Maċedonja ta' Fuq nstabet li għandha marġni ta' dumping mal-pajjiż kollu ta' 2,9 %. Madankollu, huma biss l-importazzjonijiet mill-kumpanija FZC li jistgħu jitqiesu bħala importazzjonijiet oġġett ta' dumping, billi kif stipulat fil-premessi 41 u 42, il-marġnijiet ta' dumping għaż-żewġ kumpaniji l-oħra kienu taħt il-limitu de minimis ta' 2 % kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. |
(111) |
Il-volumi ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Maċedonja ta' Fuq matul il-perjodu ta' investigazzjoni ammontaw għal [15 000 sa 25 000] tunnellata. Dawn kienu jikkostitwixxu [0,35 % sa 0,59 %] tal-konsum tal-Unjoni u [1,60 % sa 2,66 %] tal-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
(112) |
Skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, id-dannu normalment titqies negliġibbli meta l-importazzjonijiet ikkonċernati jkunu jirrappreżentaw inqas mill-volumi stabbiliti fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. L-Artikolu 5(7), min-naħa tiegħu, u fin-nuqqas ta' akkumulazzjoni, jinnota li tali volumi għandhom jammontaw għal sehem mis-suq ta' mill-inqas 1 % tal-konsum tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. |
(113) |
Fl-investigazzjoni preżenti, kif innutat fil-premessa 109, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet inkwistjoni kien jikkostitwixxi [0,35 % sa 0,59 %] tal-konsum tal-Unjoni, jiġifieri inqas mir-rekwiżit tas-sehem mis-suq stabbilit mill-Artikolu 9(3). |
(114) |
Għalhekk, u fin-nuqqas ta' evidenza għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu għandu jitqies bħala negliġibbli billi l-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Maċedonja ta' Fuq jirrappreżenta inqas mill-volumi stabbiliti fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. |
(115) |
Minħabba d-dannu negliġibbli, jekk ikun hemm, l-investigazzjoni għandha tintemm fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' profili vojta mill-Maċedonja ta' Fuq mingħajr miżuri, skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. |
5. KONKLUŻJONI U DIVULGAZZJONI
(116) |
Meta jitqies dan ta' hawn fuq, il-proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' profili vojta minn ġewwa, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, mir-Russja u mit-Turkija jenħtieġ li jintemm. |
(117) |
Fid-dawl tas-sejbiet ta' hawn fuq, it-talba għar-reġistrazzjoni sottomessa mill-ilmentatur saret irrilevanti. |
(118) |
Il-partijiet kollha ġew infurmati dwar il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni u ngħataw perjodu li fih setgħu jippreżentaw il-kummenti. |
(119) |
Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku ma tax l-opinjoni tiegħu. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' tubi wweldjati, pajpipjiet u profili vojta minn ġewwa b'sezzjoni trasversali fil-forma ta' kaxxa jew rettangolari, tal-ħadid għajr ħadid fondut jew azzar għajr dak stainless iżda esklużi l-pajpijiet tal-linja tat-tip użat għall-pajpijiet taż-żejt jew tal-gass u l-kisi u t-tubi ta' tip użat fit-tħaffir għaż-żejt jew il-gass li joriġinaw mir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, mir-Russja u mit-Turkija, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7306 61 92 u 7306 61 99, huwa b'dan mitmum.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Avviż ta' bidu ta' proċediment ta' antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' tubi wweldjati, pajpijiet u profili vojta minn ġewwa b'sezzjoni trasversali fil-forma ta' kaxxa jew rettangolari, tal-ħadid għajr ħadid fondut jew azzar għajr dak stainless, li joriġinaw mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja u mit-Turkija (ĠU C 347, 28.9.2018, p. 6).