Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0395

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/395 tas-7 ta' Marzu 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

ST/15825/2018/INIT

ĠU L 71, 13.3.2019, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/395/oj

Related international agreement

13.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/395

tas-7 ta' Marzu 2019

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 87(2) u l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mad-Danimarka dwar l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-proċedura għat-tqabbil u t-trażmissjoni ta' data għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kif previst fil-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(2)

In-negozjati ġew konklużi u l-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-'Eurodac' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (il-“Protokoll”) ġie inizjalat fil-11 ta' Diċembru 2017.

(3)

Il-Protokoll jenħtieġ li jiġi ffirmat.

(4)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta mir-Regolament (UE) Nru 603/2013 u għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(5)

B'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

C.D. DAN


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(2)  It-test tal-Protokoll se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top