This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1871
Commission Regulation (EU) 2018/1871 of 23 November 2018 registering a geographical indication for a spirit drink in Annex III to Regulation (EC) No 110/2008 (‘Карнобатска гроздова ракия’/‘Гроздова ракия от Карнобат’/‘Karnobatska grozdova rakya’/‘Grozdova rakya ot Karnobat’ (GI))
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1871 tat-23 ta' Novembru 2018 li jirreġistra indikazzjoni ġeografika ta' xarba spirituża fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 (“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” (IĠ))
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1871 tat-23 ta' Novembru 2018 li jirreġistra indikazzjoni ġeografika ta' xarba spirituża fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 (“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” (IĠ))
C/2018/7995
ĠU L 306, 30.11.2018, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2021; Impliċitament imħassar minn 32019R0787
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R0110 | Żieda | anness III Test | 20/12/2018 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32019R0787 | 25/05/2021 |
30.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1871
tat-23 ta' Novembru 2018
li jirreġistra indikazzjoni ġeografika ta' xarba spirituża fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 (“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” (IĠ))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(8) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ppreżentata mill-Bulgarija għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika “Карнобатска Гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“grozdova rakya ot Karnobat”. |
(2) |
Wara li ddeterminat li t-talba hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-iskeda informattiva skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(3) |
L-ebda dikjarazzjoni tal-oppożizzjoni, skont l-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, ma ntbagħtet lill-Kummissjoni, l-indikazzjoni “Карнобатска Гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“grozdova rakya ot Karnobat”“Гроздова ракия от Търговище/Grozdova rakya ot Targovishte” jenħtieġ li tiġi rreġistrata bħala indikazzjoni ġeografika fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, fil-kategorija “Spirtu magħmul mill-inbid”, tiżdied l-entrata li ġejja:
“Spirtu magħmul mill-inbid |
“Карнобатска Гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” |
Il-Bulgarija” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni