Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1945

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1945 tal-10 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

    ST/14668/2018/INIT

    ĠU L 314, 11.12.2018, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1945/oj

    11.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 314/61


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1945

    tal-10 ta' Diċembru 2018

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK (1).

    (2)

    Fl-14 ta' Novembru 2018, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2444 (2018). Din ir-Riżoluzzjoni tinnota li wieħed mill-kriterji għall-elenkar taħt ir-Riżoluzzjoni 1844 (2008) huwa l-impenn fi jew il-forniment ta' appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, u tiddeċiedi li atti bħal dawn jistgħu jinkludu wkoll, iżda mhumiex limitati għall-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u vjolenza bbażata fuq il-ġeneru.

    (3)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/231/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2010/231/PESK, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “—

    huma impenjati fi, jew li jipprovdu appoġġ għal, atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, meta tali atti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

    (i)

    l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u vjolenza bbażata fuq il-ġeneru;

    (ii)

    atti li jheddu l-proċess ta' paċi u r-rikonċiljażżjoni fis-Somalja;

    (iii)

    atti li jheddu l-Gvern Federali tas-Somalja jew l-AMISOM bil-forza,”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, l-10 ta' Diċembru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).


    Top